NEWSPAPER POST AWWISSU 2021 SENA 89
90
sena ħidma għall‑missjoni
02 Is‑Sena Ġużeppina 08 L‑Arti Li Tħobb 15 Skola Fuq L‑Andes 24 90 Sena Ta’ Storja għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL – CLAUDIA CINI
Awwissu 2021
Is‑Sena Ġużeppina
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 15 Santa Infanzja 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 30 Dehriet tal‑Madonna 34 Poeżija 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Statwa ta’ San Ġużepp mal‑faċċata tal‑Knisja ta’ San Ġużepp, li tifforma parti mill‑Istitut ta’ San Ġużepp f ’Santa Venera. 2
P
Kristu jinkuruna lil San Ġużepp; pittura ta’ Francisco de Zurbara.
apa Franġisku għażel din is‑sena, mit‑8 ta’ Diċembru 2020 sat‑8 ta’ Diċembru 2021, bħala s‑sena ddedikata lil San Ġużepp, ir‑raġel ta’ Marija u l‑missier tad‑dinja ta’ Ġesù Kristu. Din l‑aħbar ħabtet mal‑150 anniversarju tal‑proklama ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal‑Knisja Universali minn Papa Piju IX fid‑dokument ‘Quemadmodum Deus’ tat‑8 ta’ Diċembru 1870. Il‑Knisja tfakkarna li fil‑Ġenna għandna ħabib b’saħħtu, li għex u ħadem għal żmien twil fid‑dell bħal tant u tant eroj li qatt ma jissemmew, li huwa kemm Patrun tal‑Ħaddiema kif ukoll Patrun ta’ Mewta Sabiħa.
Awwissu 2021
Il‑Garigor ta’ San Ġużepp Jingħad li fil‑knisja tal‑Madonna ta’ Loreto f ’Santa Fe, fil‑Messiku, jinsab taraġ tond u misterjuż, li jiġbed aktar minn kwart ta’ miljun viżitatur kull sena. Il‑knisja ta’ Loreto nbniet bejn is‑sena 1873 u s‑sena 1878. Meta tlestiet, is‑sorijiet kien jeħtiġilhom isibu lil xi mastrudaxxa biex jagħmlilhom taraġ biex ikunu jistgħu jitilgħu fuq il‑gallarija tal‑kor li kien hemm fuq wara tal‑knisja, eżatt fuq il‑bieb ta’ barra. Biex jagħmlu dan it‑taraġ ġew diversi mastrudaxxi, iżda kollha stqarrew li kienet ħaġa impossibbli li jagħmlu garigor ta’ tnejn u għoxrin pied għoli fi spazju daqshekk ristrett. Allura s‑sorijiet bdew jitolbu lil San Ġużepp biex isibilhom lil xi ħadd u għamlu novena lil San Ġużepp. Meta spiċċaw in‑novena, proprju fl‑għaxar jum, ġie raġel bil‑ħmara u ftit għodda, jitlob ix‑xogħol.
Is‑sorijiet qalulu li kellhom bżonn jagħmlu garigor biex jitilgħu fil‑gallarija, iżda kienu għadhom ma sabu lil ħadd li jidħol għal din il‑biċċa xogħol. Huwa offra li jagħmel dak ix‑xogħol hu. Dam tmien xhur sħaħ jaħdem fuq dak il‑garigor u fl‑aħħar lestieh. Kien taraġ tond, kollu tal‑injam li bħalu qatt ma deher. Meta l‑garigor tlesta, il‑mastrudaxxa ma deherx aktar. Dan it‑taraġ, li għadu jeżisti sal‑lum, huwa meqjus bħala kapolavur tal‑karpenterija għar‑raġuni li fih żewġ dawriet sħaħ ta’ 360 digrì u ma ntużawx la kolla, la msiemer u lanqas viti biex sar. Dan ifisser li ma kien marbut ma mkien u l‑piż tiegħu kien kollu fuq il‑bażi tiegħu. L‑inġiniera jgħidu, li skont il‑liġi tal‑gravità, kellu jaqa’ u jsir biċċiet malli ppruvaw jitilgħu l‑ewwel tarġa. Safrattant ilu jintuża kuljum għal aktar minn mitt sena. Is‑sorijiet jemmnu li dak il‑mastrudaxxa li bena l‑garigor ma kien ħadd ħlief
San Ġużepp, li sama’ t‑talb tagħhom għan‑novena li kienu għamlu.
Tliet kurżitajiet dwar dan it‑taraġ: 1. L‑identità ta’ dak il‑mastrudaxxa baqgħet mhix magħrufa. 2. L‑inġiniera ma jistgħux jifhmu kif jinsab wieqaf mingħajr arblu fin‑nofs. 3. L‑injam li ntuża ma jinstab imkien f’dak il‑pajjiiż tal‑Messiku. Storja mibgħuta minn Salvinu Lombardi.
Biex infiq għandi bżonn id‑demm.
Int tista’ tgħinni? Grazzi mill‑qalb! 3
Awwissu 2021
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
Id‑Domma tal‑Assunzjoni ta’ Marija
L-Assunzjoni ta’ Marija tal-artist rinaxximentali Taljan Titian.
F
’nofs il‑qilla tas‑sajf, il‑Knisja tiċċelebra waħda mill‑festi solenni ta’ Marija: l‑Assunta jew kif inhi iżjed magħrufa, Santa Marija. Din il‑festa hija popolari ħafna magħna hekk li diversi parroċċi f ’Malta u Għawdex għażlu l‑Assunta biex tkun il‑patruna tar‑raħal jew tal‑belt tagħhom. Barra dan, ma’ din il‑festa hemm marbuta l‑ġrajja tas‑salvazzjoni ta’ dawn il‑gżejjer fl‑eqqel tat‑Tieni Gwerra Dinjija. 4
Il‑popolazzjoni ta’ dawn il‑gżejjer kienet ilha tbati l‑ġuħ u l‑proviżjoni tal‑ikel kienet dejjem tonqos. Ikel kien fadal biss għal ftit jiem. Il‑Gvernatur, Lord Gort, kien qiegħed jibża’ li l‑flotta Taljana tinvadi lil Malta. Mons. Mikiel Gonzi, li f ’dak iż‑żmien kien isqof t’Għawdex, kien providenzjali għaliex ipperswada lill‑bdiewa Għawdxin biex jagħtu l‑qamħ li kienu għadhom kemm ħasdu lil Malta. Dan il‑fatt għen biex Malta setgħet tirreżisti ftit ġimgħat oħra. Imma Marija semgħet it‑talb tal‑poplu li kien jitlobha bil‑ħerqa bit‑talba tar‑Rużarju. Ftit wara, daħlu fil‑Port il‑Kbir tliet bastimenti nofshom imkissra: Port Chalmers, Rochester Castle u Melbourne Star, mgħobbija bl‑ikel meħtieġ fost il‑ferħ tal‑poplu Malti. Iżda ftit kienu jafu li Malta kienet teħtieġ iż‑żejt biex tkompli tirreżisti l‑ħruxija tal‑gwerra. Kien nhar Santa Marija, li l‑vapur Ohio, nofsu imniżżel u sostnut minn kull naħa tiegħu mill‑bastimenti HMS Penn
u HMS Bramham, daħal fil‑port biż‑żejt meħtieġ. Bir‑raġun kollu, dan il‑konvoj li salva lil Malta baqa’ magħruf bħala l‑konvoj ta’ Santa Marija. Imma fiex tikkonsisti din il‑festa hekk għażiża? Fil‑qosor din il‑festa solenni turina li l‑Immakulata dejjem Verġni Marija, Omm Alla, wara li temmet il‑kors ta’ ħajjitha fuq din l‑art, kienet meħuda bil‑ġisem u r‑ruħ fil‑glorja tal‑ġenna. Il‑Knisja mhux dejjem għarfet u stqarret din il‑verità tal‑fidi bl‑istess mod ċar u definittiv li bih tagħrafha u tistqarrha llum. Matul il‑medda tas‑snin, il‑Knisja, taħt il‑ħarsien tal‑Ispirtu s‑Santu, għamlet progress fl‑għarfien u fl‑istqarrija tagħha. Fil‑bidu nett tal‑istorja tagħha, il‑Knisja ma jidhirx li kellha informazzjoni storika dwar it‑tmiem tal‑ħajja ta’ Marija. Infatti, l‑Evanġelji jkellmuna b’enfasi fuq
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
Papa Piju XII, wara li sema’ l‑poplu kollu t’Alla u ra li kien favorevoli li jiddikjara l‑Assunta bħala domma tal‑fidi tagħna, nhar l‑1 ta’ Novembru 1950, bl‑awtorità
appostolika tiegħu, iddikjara bħala verità tal‑fidi tagħna l‑Assunzjoni ta’ Marija bir‑ruħ u l‑ġisem fil‑glorja tal‑ġenna. Dan ifisser li f’Marija ġa seħħ għal kollox il‑misteru tal‑Għid ta’ binha Ġesù. Il‑glorja ta’ Marija fil‑ġenna hija sħiħa, bħalma hija l‑glorja ta’ Kristu Rxoxt u bħalma għad tkun tagħna fit‑tmiem il‑glorja tal‑ġusti mad‑dehra ta’ Kristu. Id‑domma tal‑Assunzjoni ta’ Marija titkellem mhux biss dwar Marija fil‑glorja, iżda fl‑istess waqt ixxandar ukoll veritajiet dwar il‑bniedem, is‑salvazzjoni finali u l‑Knisja. Din id‑domma tiġbor b’mod konkret dak kollu li aħna, bħala Nsara, nemmnu fih.
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
il‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù u fuq diversi dehriet tiegħu lill‑appostli, imma ma jgħidulna xejn dwar it‑tmiem ta’ Marija fuq din l‑art. Il‑fidi tal‑Knisja fl‑Assunta bħala verità rivelata minn Alla, tiddependi mhux fuq informazzjoni storika li xi ħadd ra lil Marija tqum mill‑mewt, iżda mill‑iżvilupp ta’ veritajiet oħra rivelati, bħall‑inkarnazzjoni tal‑Verb t’Alla, il‑wegħda tal‑qawmien mill‑mewt ta’ dawk kollha li emmnu fi Kristu u l‑istess qawmien ta’ Ġesù. Ma’ dawn, wieħed irid iżid il‑qdusija ta’ Marija li sa mill‑ewwel mument tat‑tnissil tagħha kienet mimlija bil‑grazzja; ir‑rabta singulari tagħha ma’ binha Ġesù fit‑twettiq tal‑pjan tas‑salvazzjoni.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Awwissu 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
Awwissu 2021
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Awwissu 2021 Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni – Il‑Knisja
“Nitolbu għall‑Knisja, sabiex hija tirċievi mill‑Ispirtu s‑Santu l‑grazzja u l‑qawwa għat‑tiġdid tagħha nfisha fid‑dawl tal‑Evanġelju.”
I
l‑Knisja hija s‑sagrament universali tas‑salvazzjoni kif jgħidilna l‑Konċilju Vatikan II fil‑Kostituzzjoni Dommatika dwar il‑Knisja, Lumen Gentium, tal‑21 ta’ Novembru 1964 fin‑numru 9: “Alla ġabar lil dawk kollha 6
li jħarsu lejn Kristu bħala l‑awtur tas‑salvazzjoni u l‑prinċipju tal‑unità u tal‑paċi, u waqqafhom bħala Knisja sabiex din tkun għall‑bnedmin kollha u għal kull wieħed minnhom sagrament viżibbli ta’ din l‑unità salvifika”. Din il‑komunjoni ekkleżjali hija mibnija fuq il‑fidi, fuq is‑sagramenti u fuq il‑ministeru pastorali. Il‑Lumen Gentium tkompli turina ’l‑Knisja bħala misteru, sagrament, waħda qaddisa Kattolika, appostolika, radikata fi Kristu, il‑Ġisem ta’ Kristu, il‑poplu t’Alla, ewkaristika, ġerarkika u pellegrina.
Dan il‑ħsieb insibuh ukoll fil‑Kostituzzjoni Pastorali dwar il‑Knisja fid‑dinja tal‑lum tal‑Koncilju Vatikan II, Gaudium et Spes tas‑7 ta’ Dicembru 1965, fejn fin‑numru 5 tgħid li: “Il‑Knisja hija s‑sagrament universali tas‑salvazzjoni li juri u fl‑istess ħin iwettaq il‑misteri tal‑imħabba t’Alla lejn il‑bnedmin”. F’dan il‑ħsieb ta’ sagrament li aħna applikajna għall‑Knisja, qegħdin nifhmu dejjem bl‑għaqda li hemm bejn r‑realtà u l‑azzjoni divina, il‑ġrajja tas‑sinjali terrestri li dejjem hija mimlija bir‑realtà tal‑azzjoni u tal‑grazzja t’Alla.
Awwissu 2021
Fil‑Knisja naraw tassew dik l‑istruttura u viżjoni ġenerali tal‑pjan tas‑salvazzjoni. Hija tassew sinjal viżibbli u effikaċi ta’ din il‑grazzja t’Alla li topera fil‑Knisja. Din is‑sagramentalità tal‑Knisja hija mwaqqfa fuq is‑sagrament fundamentali ta’ Ġesù Kristu, il‑Verb t’Alla nkarnat: “Min jara lili jara l‑Missier”. (Ġw. 14:9) Għalhekk, il‑Knisja, il‑Ġisem Mistiku ta’ Kristu, hija l‑preżenza viżibbli fuq l‑art tal‑Mulej: “For every benefit which the People of God during its earthly pilgrimage can offer to the human family from the fact that the Church is the universal sacrament of salvation, simultaneously manifesting and exercising the mystery of God’s love”. (Redemptoris Missio 45)
Hans Kung fil‑ktieb tiegħu ‘The Church’ jgħid li l‑Knisja ma teżistix minghajr Kristu. Dan huwa wkoll affermat tassew fl‑Iskrittura Mqaddsa permezz tad‑diversi immaġni Bibliċi għall‑Knisja: il‑binja, l‑għalqa tad‑dwieli, it‑tunika mingħajr ħjata, il‑merħla, ix‑xibka, id‑dgħajsa u l‑għarusa. Fost riferimenti oħra Bibliċi huma: id‑dar ta’ Iżrael (Mtw. 10:6), id‑dar ta’ David (Lq. 1:27), id‑dar ta’ Ġakobb (Lq. 1:33) u d‑dar ta’ Ġuda (Lhud 8:8). Il‑Knisja hija Kattolika u mxerrda ma’ kullimkien kif jikteb tajjeb San Ċirillu ta’ Ġerusalemm fir‑4 Seklu: “The Church is called Catholic because it is spread through the whole world, from one end of the earth to the other, and because it never stops teaching in all
its fullness every doctrine that men ought to be brought to know”. Fl‑aħħar nett Papa Franġisku jgħidilna: “Il‑Knisja hija ommna għax wilditna fil‑Magħmudija. Kull darba li ngħammdu xi tarbija, din issir iben jew bint tal‑Knisja; tidħol tagħmel parti mill‑Knisja. U minn dakinhar, bħal omm attenta għalina, trabbina fil‑fidi u turina, bil‑qawwa tal‑Kelma t’Alla, il‑mixja tas‑salvazzjoni, hija u tħarisna mill‑ħażin.” (Katekeżi ta’ Papa Franġisku 3 ta’ Settembru 2014). Inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija.
BAŻAR
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Awwissu 2021
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
L‑Arti Li Tħobb – It‑Tielet Parti Nibdew Inħobbu Aħna l‑Ewwel “Hawn qiegħda l‑imħabba: mhux għax aħna ħabbejna ’l Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna.” (1Ġw. 4:10) Pass ieħor fl‑arti tal‑imħabba, forsi l‑aktar wieħed impenjattiv minnhom kollha, li jipprova jekk l‑imħabba tagħna hijiex awtentika u safja, jitlob minna li nħobbu aħna l‑ewwel, li aħna nieħdu l‑inizjattiva bla ma noqogħdu nistennew lil ħaddieħor jagħmel l‑ewwel pass. Dan il‑mod ta’ mħabba jpoġġina fuq quddiem nett, imma jekk aħna rridu 8
nħobbu bħalma jħobb Alla, u niżviluppaw din il‑ħila li Alla jpoġġilna f ’qalbna, irridu nagħmlu kif għamel Hu. Alla ma qagħadx jistenna li aħna nħobbuh, imma minn dejjem uriena b’ħafna modi li jibda jħobbna Hu l‑ewwel, tkun xi tkun it‑tweġiba tagħna. Aħna ġejna maħluqa bħala don għal xulxin u aħna nitwettqu meta ningħataw għall‑oħrajn b’dik l‑imħabba li tiġi qabel kull ġest ta’ mħabba tal‑ieħor. Biex iħobb, in‑Nisrani jrid jagħmel bħal Alla: ma joqgħodx
jistenna li jħobbuh, imma jibda jħobb hu l‑ewwel. Issa billi hu ma jistax jagħmel dan ma’ Alla, għax Alla dejjem jibda jħobb l‑ewwel, in‑Nisrani jagħmel dan mal‑proxxmu tiegħu. Wara li qalilna li Alla ħabbna, San Ġwann ma jtemmx jgħid, kif kien
Awwissu 2021
ikun aktar loġiku, li jekk Alla ħabbna, aħna rridu nweġbuh bl‑imħabba tagħna, iżda jgħid: “Għeżież, jekk Alla ħabbna, aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin.” (1Ġw. 4:11) Hu biss għax l‑imħabba hija sehem mill‑‘agape’ t’Alla, li aħna nistgħu naqbżu l‑limiti naturali, inħobbu lill‑għedewwa tagħna u nagħtu ħajjitna għal ħutna. Għalhekk, l‑imħabba Nisranija tagħmel parti miż‑żminijiet il‑ġodda u l‑kmandament huwa ġdid minn għeruqu. Hu daħħal novità assoluta fl‑istorja umana u fl‑etika tal‑bniedem. Santu Wistin
jikteb: “Din hija mħabba li ġġeddidna, tagħmel minna bnedmin ġodda, werrieta tat‑Testment il‑Ġdid, għannejja tal‑għanja l‑ġdida”. L‑imħabba t’Alla ħadet l‑inizjattiva u ħabbitna meta aħna ma kienx jistħoqqilna nkunu maħbuba (mejta għax midinba). Dan il‑ħsieb ifakkarni fil‑bidu meta ma’ sħabi bdejna din il‑mixja, meta Alla kebbes ġo qalbna x‑xrara (kif esprima ruħu San Ġwanni Pawlu II) tal‑ideal kbir tagħna. Tgħid dak iż‑żmien, fil‑faqar tal‑gwerra u fid‑deżert ta’ madwarna, aħna konna se nsibu ’l xi ħadd li kien se jieħu l‑inizjattiva li jħobbna?
Le. Għalhekk konna aħna li, b’don partikolari t’Alla, konna nqabbdu l‑fjamma tal‑imħabba f ’ħafna u ħafna qlub bix‑xewqa li din tibda tħeġġeġ f ’kulħadd. Lanqas konna naraw jekk il‑proxxmu kienx ta’ min iħobbu biex inkunu nistgħu inħobbuh. Imma konna aktarx miġbudin lejn dawk li l‑aktar kienu fqar, li fihom konna naraw aħjar wiċċ Kristu, u lejn dawk li l‑aktar kienu jeħtieġu l‑ħniena tiegħu. Jista’ jkun li biex jgħallimna nħobbu aħna l‑ewwel, f ’dak iż‑żmien ta’ gwerra, Alla ma ħeġġiġniex biex inħobbu lil ħutna kollha,
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
MALTA
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
9
Awwissu 2021
iżda kien iħajjarna nersqu lejn dawk l‑aktar fil‑bżonn: fqar, morda, ħabsin u orfni. Issa qed nindunaw li Hu kien poġġielna bħal qisu paraventu m’għajnejna biex ma narawhx ħlief u fuq kollox, f ’dawn in‑nies. Il‑foqra kollha tal‑belt kienu fil‑mira tagħna. Fil‑ħin liberu mix‑xogħol, sħabi u jien konna nimlew il‑bagalji u mmorru nżuruhom fil‑griebeġ tagħhom; huma kienu Ġesù. Konna noħolmu li xi darba, f ’jum il‑ħaqq, il‑Mulej kien se jurina dik il‑libsa li konna tajna, dik ix‑xalpa, dawk l‑ingwanti li konna ċċaħħadna minnhom, miksija kollha bil‑ħaġar prezzjuż, kif kien ġralha Santa Katerina ta’ Siena meta kienet tat salib lil wieħed fqir. Fil‑fqir il‑Mulej kien uriena ’l min stajna nibdew inħobbu l‑ewwel. Fl‑imħabba umana, ġeneralment, il‑bnedmin iħobbu għax ikunu maħbuba, u anki meta l‑imħabba tkun sabiħa, inti tħobb fl‑ieħor xi ħaġa minnek innifsek. Fl‑imħabba umana hemm dejjem element ta’ egoiżmu jew inkella nħobbu meta jkun hemm xi ħaġa x’niggwadanjaw, iżda l‑imħabba divina 10
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
sopranaturali hija b’xejn, u tħobb hi l‑ewwel. Mela jekk irridu li jgħix fina l‑bniedem il‑ġdid, jekk irridu li l‑fjamma tal‑imħabba sopranaturali tibqa’ tixgħel fina, irridu aħna wkoll nibdew inħobbu l‑ewwel. Fl‑imħabba, dak li jgħodd hu li tħobb. L‑istess f ’din id‑dinja. L‑imħabba (qed nitkellmu fuq l‑imħabba sopranaturali, li ma teskludix l‑imħabba naturali), tant
hija ħaġa sempliċi u tant hija kumplessa. Titlob li inti tagħmel il‑parti tiegħek u tistenna l‑parti tal‑ieħor. Jekk tipprova tgħix l‑imħabba, tinduna li f ’din id‑dinja jaqbillek tagħmel il‑parti tiegħek. Il‑parti l‑oħra qatt ma taf jekk tasalx u mhux meħtieġ li tasal. Xi drabi tibqa’ b’xiber imnieħer, imma qatt m’int se titlef il‑kuraġġ jekk tikkonvinċi ruħek li fl‑imħabba, li
jgħodd hu li tħobb. Tħobb lil Ġesù f ’ħuk; Ġesù li dejjem jerġa’ lura, anki minn toroq oħra. Hu żgur li jqawwilek ruħek kontra l‑maltempati tad‑dinja u jħollhielek f ’imħabba għal dawk ta’ madwarek; basta żżomm quddiem għajnejk li fl‑imħabba, li jgħodd hu li tħobb. Esperjenza ta’ ħajja minn meta bdejna ngħixu flimkien, serviet biex nibdew inħobbu aħna l‑ewwel. Ma kinitx ħaġa faċli, l‑aktar fil‑bidu, li grupp ta’ tfajliet jibdew jgħixu l‑imħabba b’mod sħiħ. Konna nies bħal ħaddieħor, għalkemm Alla kien tana don speċjali biex il‑Moviment ikun jista’ jibda. U anki fostna, fir‑rabtiet ta’ bejnietna, seta’ jkun hemm it‑tfixkil u l‑unità setgħet tiddgħajjef. Pereżempju dan kien jiġri meta konna nindunaw bid‑difetti ta’ xulxin u konna nibdew niġġudikaw. Minħabba f ’hekk l‑imħabba ta’ bejnietna kienet tibda tibred. Biex negħlbu din is‑sitwazzjoni, darba minnhom ħsibna li nagħmlu patt bejnietna. Dan semmejnieh ‘il‑patt tal‑ħniena’. Qtajnieha li
Awwissu 2021
kull filgħodu kellna nħarsu b’mod ġdid lejn ħutna l‑bnedmin: bejnietna fid‑dar, fl‑iskola, fil‑post tax‑xogħol, eċċ... B’mod ġdid, ġdid għal kollox, billi ninsew kompletament id‑difetti u n‑nuqqasijiet tagħhom u ngħattuhom bl‑imħabba. Konna nersqu lejn kulħadd b’din il‑maħfra sħiħa f ’qalbna. Kien impenn iebes li ħadnieh ilkoll flimkien u li kien jgħinna biex inkunu dejjem l‑ewwel fl‑imħabba. Hekk konna qed nimitaw ’l Alla li huwa kollu ħniena, li jaħfer u jinsa. Irrid inqum filgħodu u ngħid ħaġa waħda biss: “Inħobb jien l‑ewwel lil kull min se niltaqa’
miegħu matul dan il‑jum, ikun min ikun, irrid inħobb jien l‑ewwel, dejjem jien l‑ewwel”. Nintefa’ nħobb jiena l‑ewwel. Xi ġmiel! Dan jagħti togħma tajba lil ħajjitna, nimtlew b’ħafna grazzji għax l‑imħabba, fost affarijiet oħra, tiġbed lill‑Ispirtu s‑Santu lejha u hija kollha kemm hi
mdawla. Hekk jgħid Ġesù: “Min iħobbni nurih lili nnifsi”. (Ġw. 14:21) Meta nħobbu ’l ħutna nkunu qed inħobbu Lilu, li dejjem juri lilu nnifsu bid‑dawl tiegħu. Xita ta’ grazzji jinżlu fuqna u fl‑aħħar tal‑ġurnata nkunu għajjenin, imma ferħanin. Chiara Lubich
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11
SAN PIETRU APPOSTLU
Awwissu 2021
Patri Messikan Martri Ritratt: (CNS photo/Facebook)
F
12
Ir‑rapport taċ‑Ċentru Kattoliku Multimedia rrapporta fl‑aħħar ta’Marzu, 245 mewt fost isqfijiet, saċerdoti, djakni u reliġjużi. Iżda dawn huma ċifri parzjali, minħabba li mhux id‑djoċesijiet kollha jikkollaboraw billi jibagħtu minnufih listi aġġornati.
Ritratt: fides.org
’Ġunju li għadda, saċerdot żagħżugħ, Patri Franġiskan, inqatel b’tiri ta’ armi tan‑nar ġejjin minn diversi direzzjonijiet, minn traffikanti tad‑droga li jappartjenu għal żewġ kartelli rivali fl‑istat ta’ Durango. In‑numru tad‑demm imħallas mill‑komunitajiet Messikani tal‑fidili vittmi huwa kbir. Dan minbarra l‑imwiet mill‑COVID‑19, fejn mill‑inqas 245 isqof, saċerdoti, djakni u reliġjużi tilfu ħajjithom. “Iktar minn 250 qassis mietu fil‑Messiku,” qal Monsinjur Alfonso Miranda Guardiola, isqof awżiljarju ta’ Monterrey u segretarju tal‑Konferenza tal‑Isqfijiet Messikani.
Patri Juan Antonio Orozco ta’ 33 sena, kien fi triqtu biex jiċċelebra quddiesa fil‑komunità Tepehuana ta’ Pajaritos meta xita ta’ balal temmitlu ħajtu. Kien it‑12 ta’ Ġunju, lejlet il‑festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, figura sinifikanti għall‑familja Franġiskana, li l‑vjolenza temmet l‑eżistenza ta’ dan il‑patri żagħżugħ, vittma tal‑gwerra tal‑kartell tad‑droga Messikana. Il‑Franġiskan reċentement kien kappillan tal‑parroċċa f ’Santa Luċija, fl‑istat ta’ Zacatecas, art rikka fl‑istorja, inkluża waħda Franġiskana, fit‑tramuntana tal‑Messiku, u kien sejjer lejn il‑komunità ta’ Pajarito, żona ġirien. Abbord vann miftuħ,
Awwissu 2021
akkumpanjat minn xi parruċċani, sab ruħu f ’nofs sparatura fil‑muniċipalità ta’ Tepehuanes, fl‑istat ta’ Durango. Għal bosta snin, il‑kartelli Sinaloa u Jalisco Nueva Generacion (CJNG) ilhom jiġġieldu biex jirbħu ż‑żoni mill‑Paċifiku sal‑fruntieri mal‑Istati Uniti. Drogi, iżda wkoll armi, prostituzzjoni u fidwa tal‑maħtufa, huma l‑bażi tan‑negozju tal‑miljunarju. Din id‑darba kien imiss lill‑Patri Juan Antonio li jsib ruħu f ’nofs il‑ħruq bejn gruppi kriminali fil‑fruntieri tal‑istati ta’ Durango u ta’ Zacatecas. Fl‑ewwel erba’ xhur ta’ din is‑sena, 11,595 persuna tilfu ħajjithom bħala vittmi ta’ qtil jew femiċidju. Bħala medja, kważi 80 ruħ jinqatlu kuljum, ferita li minkejja t‑tamiet għall‑bidla tal‑President tal‑Messiku Andrés Manuel Lopez Obrador, tkompli tnixxi. L‑attakki sorpriża kontra r‑rgħajja u dawk li jemmnu, fosthom lajċi impenjati li jgħixu l‑Evanġelju f’art diffiċli bħall‑Messiku, iżidu uġigħ ma’ dak ikkawżat minn massakru ieħor silenzjuż: dak ikkawżat mill‑pandemija li ħasad ukoll lil dawk li jistinkaw biex jibqgħu qrib il‑morda u fil‑bżonn.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 13
Awwissu 2021
SAN PIETRU APPOSTLU
Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Għin lill-Isqof Kike jagħti l-kuraġġ lin-nies b'diżabilità fiċ-Ċentru Arrupe, fil-Kambodja. Agħti donazzjoni llum! . Grazzi MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt 14
SANTA INFANZJA – DUN VICTOR AGIUS
Awwissu 2021
Skola fuq l‑Andes
B
olivar hija belt ċkejkna ta’ 2,500 ruħ, fil‑qalba tal‑Andes, fil‑Peru, f’għoli ta’ 3,200 metru. It‑territorju tagħha jinkludi 30 raħal żgħir, imxerrda fuq territorju enormi u fejn l‑ivvjaġġar huwa wisq diffiċli. Biex tasal għal dan il‑post minn Lima, il‑belt kapitali, trid tivvjaġġa għal 31 siegħa u l‑aħħar tmien sigħat fuq trejqat imħarbta għall‑aħħar. Hawnhekk, l‑aktar mezz komuni tat‑trasport huwa d‑debba. Biex tasal f’xi wħud mill‑irħula tieħu jumejn sejjer fuq id‑debba. Skond l‑istatistiċi tan‑Nazzjonijiet Magħquda, f’Bolivar,
l‑iżvilupp uman huwa aktar ’l isfel minn dak tan‑Niġer, li jinsab fl‑aħħar post fl‑istatistiċi tal‑2019. Ħafna min‑nies jgħixu mill‑agrikoltura, ikabbru patata, qamħ għall‑annimali u jrabbu xi baqra għall‑ħalib. Xi ftit jirnexxilhom isibu xogħol f’xi postijiet pubbliċi (fi skola jew fil‑muniċipju), waqt li l‑maġġoranza taż‑żgħażagħ jinżlu jfittxu x‑xogħol mal‑kosta tal‑baħar: l‑irġiel f’xogħol agrikolu u n‑nisa f’xogħol domestiku ma’ xi familja. Minħabba dan, is‑sitwazzjoni li jinsabu fiha ġġiblek għajnejk wara widnejk. F’Bolivar hemm faxxa ta’ età li hija nieqsa
kompletament. Għandek it‑tfal u għandek l‑anzjani; it‑tfal jgħixu man‑nanniet. Il‑proġett ‘Skola fuq l‑Andes’ beda mill‑kappillan ta’ Bolivar, Dun Emeterio Castaneda, li nduna li ħafna mit‑tfal ma jmorrux l‑iskola, kemm minħabba d‑distanzi kbar u kemm minħabba li ħafna familji jkollhom jinqdew bit‑tfal biex jaħdmu l‑art. Dun Emeterio beda billi fetaħ skola żgħira fil‑qalba tal‑parroċċa, u beda jmur minn dar għall‑oħra u b’kollox ġabar 80 tifel u tifla. Sab dar kbira, li ħadha b’kera u użaha bħala skola. In‑numru tat‑tfal malajr 15
Awwissu 2021
kiber. Biex jipperswadihom jibqgħu jiġu l‑iskola, għax ta’ kuljum kellhom jimxu sigħat biex jaslu, beda jippreparalhom ikla sħuna kuljum. Bl‑għajnuna tal‑‘Amu onlus’, li hija NGO, u tal‑Konferenza Episkopali Taljana, bnew skola ġdida li semmewha San Francisco de Asis, b’sitt klassijiet għall‑elimentarja u ħamsa għas‑sekondarja. Din hija skola li fiha, kull sena, madwar 150 student, anki dawk ġejjin mill‑bogħod ħafna, jistgħu jkollhom aċċess għall‑edukazzjoni u alimentazzjoni tajba u kompluta. L‑iskola għandha għalliema mħallsa mill‑istat u magħżula minn fost l‑abitanti tal‑parroċċa li huma kkwalifikati għat‑tagħlim. Fil‑Peru, il‑gvern iħallas is‑salarju għal
16
SANTA INFANZJA – DUN VICTOR AGIUS
kull skola pubblika, anki jekk ġestita mill‑privat, bħal f ’dan il‑każ mill‑parroċċa. Fl‑2015 il‑ministeru tal‑edukazzjoni Peruvjan ikklassifika, mill‑iskejjel kollha ta’ dak ir‑reġjun, lil din l‑iskola fost l‑aqwa bi kwalità ta’ suċċess tliet darbiet aktar għolja mill‑medja nazzjonali. Ta’ importanza fundamentali hija l‑formazzjoni tal‑għalliema u magħha l‑kwalità ta’ ħajja tal‑istudenti. Biex iħajru lill‑familji jibagħtu lit‑tfal l‑iskola, jagħtuhom ‘il‑pakkett student’, li jkun fih pitazzi, lapsijiet, pinen, kuluri, uniformi u kotba, u d‑dritt għal platt sħun kuljum li jkun ippreparat mill‑ġenituri stess ta’ xi studenti. Il‑komunità
kollha hija involuta f ’dan il‑proġett: il‑parroċċa u l‑kunsill lokali, ġenituri, studenti u edukaturi, u dan qed iħalli ħafna frott. Mingħajr dan l‑impenn ta’ kulħadd ikun diffiċli tifhem is‑suċċess ta’ din l‑iskola li tinsab imdawra minn tant diffikultajiet ta’ trasport, faqar u tant problemi oħra. Wieħed mill‑aktar punti importanti fuq il‑livell tal‑edukazzjoni, huwa l‑attenzjoni kbira fuq ir‑relazzjonijiet bejn il‑persuni, bejn il‑ġenituri u l‑iskola, kif ukoll bejn l‑għalliema u l‑istudenti. Nagħtu eżempju: Claudia li għandha 9 snin, kienet tħoss li l‑għalliema tal‑Matematika tagħha ma kinitx qed tagħti kasha daqskemm kienet taghti kas tal‑istudenti l‑oħra fil‑klassi. L‑okkażjoni biex tgħid dak li xtaqet ġiet waqt il‑Festa taż‑Żgħażagħ, festa li l‑għalliema jorganizzaw għall‑istudenti. Fil‑klassi ta’ din it‑tifla nħass li l‑festa ma setgħetx tibda qabel ma ssir ir‑rikonċiljazzjoni. Dakinhar bejn Claudia u l‑għalliema tagħha kien hemm tgħanniqa li ma riedet tispiċċa qatt. “Inħobbok ħafna Miss,” qalet Claudia, “ma nistgħux nibqgħu niġġieldu.” L‑għalliema qalet: “Ma naħsibx li ġġilidna verament, forsi
Awwissu 2021
nistgħu ngħidu li ma tkellimniex biżżejjed. Mil‑lum ’ il quddiem nitkellmu aktar ma’ xulxin u tara kif kollox imur għall‑aħjar.” M’hemmx xi tgħid aktar. Dakinhar kienet festa vera u kulħadd feraħ b’din il‑paċi, anki l‑ġenituri meta semgħu x’kien ġara. Francis għandu d‑Down syndrome. F’din l‑iskola
l‑ġenituri tiegħu sabu dak li għal żmien kienu qed ifittxu; spazju ta’ akkoljenza u ta’ ġentilezza. Bl‑imħabba tal‑għalliema u tal‑istudenti, Francis integra ruħu tajjeb fl‑attivitajiet kollha tal‑iskola. Ma kinitx ħaġa stramba filgħodu tarah joffri ruħu biex imexxi t‑talba flimkien. L‑istudenti tgħallmu mhux biss jaċċettawh, iżda saru jħobbuh għall‑mod kif imlielhom ħajjithom b’tant ferħ. Din is‑sena Francis spiċċa b’suċċess il‑livel elimentarju. Waqt il‑gradwazzjoni, ommu kienet kommossa waqt li kienet qed tirringrazzja lil kulħadd għas‑suċċess ta’ binha. F’dan iż‑żmien li l‑pandemija tal‑COVID‑19 ħolqot diffikultajiet enormi, minn Bolivar ikomplu jaslu
aħbarijiet ta’ komunità aktar magħquda u aktar b’saħħitha li hija determinata li tkompli ssaħħah il‑formazzjoni taż‑żgħażagħ akkost ta’ kull sagrifiċċju. Din hija parti minn ittra li fiha Dun Emeterio kiteb fuq kif huma sejrin l‑istudji u l‑ħajja tal‑komunità: “It‑tfal tal‑iskola tagħna sejrin tajjeb. Minn Marzu bdew isegwu l‑lezzjonijiet bid‑distanza minħabba n‑nuqqas tal‑mezzi diġitali. L‑għalliema b’kuraġġ impressjonanti, iffaċċjaw is‑sitwazzjoni billi marru lura għall‑mezzi qodma. Min m’għandux mowbajl, jista’ jsegwi l‑lezzjonijiet fuq ir‑radju. Min lanqas radju m’għandu, l‑għalliema jgħaddu d‑dar tagħhom u jagħtuhom il‑lezzjoni
17
SANTA INFANZJA – DUN VICTOR AGIUS
Awwissu 2021
stampata fuq karta. Sigħat ta’ mixi fuq il‑muntanji minn dar għall‑oħra. Bħalissa, uffiċjalment il‑liġi hija li wieħed ma jistax jivvjaġġa minn raħal għall‑ieħor billejl. Għall‑protezzjoni tal‑popolazzjoni ta’ Bolivar, in‑nies għamlu liġi li ma tħalli lil ħadd jidħol jew joħroġ mill‑belt, jekk mhux f ’każijiet eċċezzjonali. Grazzi għal din il‑prekawzjoni, bħalissa f ’Bolivar hemm biss 21 każ tal‑imxija u ħadd ma miet, filwaqt li fil‑bqija tal‑Peru l‑każijiet huma ħafna. Anki l‑Knisja Peruvjana għamlet ħafna biex tgħin. Biżżejjed ngħidu li l‑isqof il‑ġdid tad‑djoċesi, li Bolivar jagħmel parti
xi imprendituri u Nsara mid‑djoċesi. Din l‑inizjattiva ħajret biex isir ftehim ma’ ditta farmaċewtika tal‑post biex jipproduċu ‘paracetamol’ bi rħis u hekk eliminaw il‑possibbiltà ta’ kuntrabandu fejn il‑prezz kien tela’ għal 15‑il darba aktar.”
minnha, bena fabbrika żgħira li tipproduċi l‑ossiġnu għall‑bżonnijiet tal‑morda, għax fl‑isptarijiet hemm nuqqas tiegħu, u l‑istess għamel Patri Walter li jinsab f ’żona mhux ’il bogħod minn Bolivar. Dan kien possibbli grazzi għall‑kontribut minn
Imma dan mhux kollox. Waħda mill‑ħolmiet ta’ Dun Emeterio u l‑komunità hija li jibnu poliambulatorju ġo Bolivar, li jkun jista’ jaqdi lill‑popolazjoni għall‑kura medika bażika. Dan ikun żvilupp importanti għall‑popolazzjoni. Ħolma li l‑kuraġġ u l‑ispirtu determinat ta’ komunità jistgħu jagħmluh realtà.
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT
(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.
18
• 51802064 ‑ €25
Awwissu 2021
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 120 Kotba tal‑iskola
għal 18‑il student għal sena skolastika sħiħa
€ 27 Qażquż lil familja
€ 66 Kors intensiv ta’
fil‑bżonn
tagħlim bażiku għal omm biex tgħin lil uliedha
€ 200 Trasport lejn l‑isptar
€ 2,000 Tħaffir ta’ spiera
għal nisa tqal li jgħixu f’żoni remoti
li tissuplixxi ilma nadif lil komunità sħiħa
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 19
Awwissu 2021
Pittura ġdida għall-artal ta’ San Duminku fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata fil-Birgu. Il-pittura, xogħol l-artist Għawdxi Manuel Farrugia, turi lil San Duminku fil-glorja. L-Arċisqof Charles Scicluna inawgura u bierek il-pittura fid-19 ta' Mejju 2021. Ritratt: Mark Micallef Perconte 20
Awwissu 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
TALBA TAL‑ĠUBLEW Dies Natalis Sancti Dominici (1221‑2021)
O Alla, Ħallieq, Salvatur u Difensur Tagħna, lejk induru fit‑talb, waqt li ngħollu t‑tifħir tagħna, il‑barkiet tagħna, ix‑xandir tagħna. Tmien mitt sena ilu, int sejjaħt lil San Duminku biex jgħaddi għall‑ħajja ta’ dejjem, u daħħaltu miegħek għall‑mejda tas‑sema. Aħna u niċċelebraw dan il‑ġublew, mexxina u imliena bil‑grazzja tiegħek, sabiex inwettqu l‑missjoni tagħna ta’ predikazzjoni għas‑salvazzjoni tal‑erwieħ. Għinna nqawwu l‑poplu tiegħek, permezz tal‑verità, tal‑ħniena u l‑imħabba tiegħek, sa dak il‑jum imwiegħed li fih ningħaqdu mal‑qaddisin. Dan nitolbuhulek, bħala familja waħda Dumnikana, bl‑interċessjoni tal‑Verġni Marija, f’isem Ġesù Kristu Sidna.
DUMI
N KU
SA N
Ammen.
San Duminku (1170‑1221) twieled fi Spanja nhar it‑8 t’Awwissu u miet nhar is‑6 t’Awwissu fl‑Italja. Sar qaddis minn Papa Gregorju IX nhar it‑13 ta’ Lulju 1234. Huwa l‑fundatur tal‑Ordni Dumnikan (1215) u patrun tal‑astronomi fost oħrajn. Il‑festa tiegħu tiġi ċċelebrata nhar it‑8 t’Awwissu. 21
Awwissu 2021
IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
Beata Sor Marija Laura Mainetti
S
or Marija Laura Mainetti, Taljana ta’ 60 sena li nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina minn tliet tfajliet fis‑sena 2000 f ’Chiavenna, ġiet ibbeatifikata nhar il‑Ħadd 6 ta’ Ġunju, 2021 wara li Papa Franġisku ddikkjaraha martri. Hija kienet is‑superjura li tieħu ħsieb il‑kunvent tas‑Sorijiet tas‑Salib f ’Chiavenna. Kienet magħrufa għall‑impenn soċjali li kellha u għall‑karità li kienet tagħmel maż‑żgħażagħ u man‑nies fil‑bżonn. Fis‑6 ta’ Ġunju 2000, tliet tfajliet li kienu jafuha sew għax kienet tgħallimhom il‑katekizmu, qalu lil Sor Marija biex tiltaqa’ magħhom filgħaxija fi ġnien pubbliku, għax waħda minnhom riedet tkellimha peress li sfat stuprata, ħarġet tqila u kienet qed tikkonsidra tagħmel abort. Kif waslet, it‑tfajliet bdew jgħajtu magħha u ġegħluha toqgħod għarkupptejha. Waħda mit‑tfaljliet bdiet tagħtiha b’kantun tal‑briks u oħra bdiet tħabbtilha rasha mal‑ħajt, filwaqt li waħda wara l‑oħra bdew jagħtuha daqqiet b’sikkina tal‑kċina; b’kollox dsatax‑il daqqa. 22
Kellhom l‑intenzjoni li jagħtuha tmintax‑il daqqa ta’ sikkina, sitt darbiet kull waħda biex jiffurmaw in‑numru 666. Sor Mainetti talbet il‑ħin kollu waqt l‑attakk u talbet lil Alla biex jaħfer lil dawn it‑tfajliet. L‑aħħar kelmiet li nisslet kienu: “Mulej, aħfrilhom.” It‑tfajliet li nstabulhom xi noti b’kitbiet sataniċi, ammettew dak li għamlu, ġew akkużati u weħlu l‑ħabs.
Meta ħarġu mill‑ħabs, dawn it‑tfajliet bdew ħajja u familji ġodda. Waħda minnhom kitbet ittra lis‑sorijiet tal‑kongregazzjoni li tgħid li l‑memorja ta’ Sor Mainetti taħfrilha waqt li kienet qed toqtolha, baqgħet magħha. “Jien tagħha għandi biss memorja ta’ mħabba. U barra minn dan, ġegħlitni nemmen f ’xi ħaġa li la hi Alla u lanqas Satana, imma li hija mara sempliċi li għelbet il‑ħażen.
Issa fiha nsib wens u l‑grazzja li nissaporti dak kollu li ngħaddi minnu. Jien dejjem nitlobha u ċerta li ser tgħinni nkun persuna aħjar.” Il‑quddiesa tal‑beatifikazzjoni saret fi grawnd tal‑isport f ’Chiavenna, fejn attendew mal‑2,500 ruħ. Papa Franġisku qal: “Illum Chianvenna, fid‑Djoċesi ta’ Como, Sor Maria Laura Mainetti, li nqatlet minn tliet tfajliet taħt l‑influwenza ta’ setta satanika, 21 sena ilu, ser tiġi bbeatifikata. Hija kienet tħobb lil dawn iż‑żgħażagħ b’qalbha kollha u kienet hi stess li għenithom u waslet biex ħafritilhom fl‑aħħar nifs ta’ ħajjitha. Din is‑soru ħallitilna programm għal ħajjitna, dak li nagħmlu l‑affarijiet, anki żgħar, b’fidi, b’imħabba u b’entużjażmu. Jalla l‑Mulej jagħtina lkoll l‑fidi, l‑imħabba u l‑entużjażmu.”
“Li taqdi lil Kristu huwa li ssaltan: Hawn jien: il‑ferħ tas‑servizz tiegħi kull mument f’konformità mar‑Rieda Divina Tiegħek.” Sor Marija Laura Mainetti kitbet dan fid‑djarju tagħha, fil‑ġurnata li fih ipprofessat fl‑1959.
Awwissu 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 23
Awwissu 2021
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
MALTA MISSJUNARJA – Il‑5 PARTI Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi
I
l‑kelmtejn ta’ V.D.Ciappara fuq ix‑xogħlijiet tal‑konkors letterarju missjunarju dehru f ’Malta Missjunarja Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.97‑101 u kienu maqsumin kif ġej:
Is‑Sur Nin Cremona
(1) Radd ta’ Ħajr: (a) lis‑Sur Nin Cremona (1880‑1972) u l‑Prof. P.P. Saydon (1895‑1971) bħala eżaminaturi għas‑sabar li ħadu u għar‑reqqa li biha għarblu x‑xogħlijiet; (b) Lil dawk kollha li wieġbu b’ħeġġa qaddisa 24
għall‑istedina tagħna u b’hekk urew l‑imħabba li għandhom lejn il‑missjoni u l‑ilsien Malti; (2) Sejħa liż‑Żgħażagħ Tagħna: V.D.C. jilmenta min‑nuqqas ta’ parteċipazzjoni żagħżugħa; (3) Xtaqna Aħjar: għad li l‑konkors tnieda fl‑eqqel tal‑gwerra, id‑direzzjoni xorta waħda stenniet xi ħaġa aħjar miż‑żgħażagħ, anki jekk kienet taf li ħadd ma jista’ jinġabar fi ħsibijietu kif jixtieq u jagħtihom sura, li togħġob, kif trid is‑sengħa tal‑kitba. Ħafna mix‑xogħlijiet li daħlu għall‑konkors kienu neqsin mill‑ħila biex il‑kitba tkun mill‑aħjar u milquta minn kollox; (4) Il‑Proża u l‑Poeżija: V.D.C. jagħżel li jitkellem l‑ewwel fuq il‑proża, li għall‑kuntrarju tal‑poeżija, ma titkellimx ħlief fuq ftit nies fiż‑żminijiet tagħhom biss. Skontu wkoll, il‑poeżija, miktuba f ’liema żmien miktuba, tħaddan fiha ż‑żminijiet kollha u twieġeb
Prof. P.P. Saydon
għall‑mistoqsijiet u l‑ħtiġijiet ta’ ruħ il‑bniedem ta’ kull żmien u għalhekk hija dejjem eqreb lejna mill‑proża. (5) Il‑Proża: skont V.D.C. din kienet bil‑bosta aħjar mill‑poeżija minn kull aspett. Bħala eżempju jieħu n‑novella rebbieħa tal‑ewwel premju ‘Qalb ta’ Missjunarju’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.103‑5) ta’ Ġużè Galea (1901‑78). Fiha wieħed jinnota kemm hu mexxej il‑ħsieb tal‑kittieb, li jidher imħarreġ sewwa fis‑sengħa tal‑kitba, kemm hi qawwija u ħajja l‑kelma tiegħu, kemm huma mwieżna tajjeb u marbutin sewwa bejniethom il‑ħsibijiet
Awwissu 2021
tiegħu, x’ħila għandu li jġibilna f ’erba’ kelmiet dehra sabiħa u ħajja quddiem għajnejna, u fl‑aħħar nett x’tagħlima jħallilna tal‑kobor u tal‑ħniena ta’ min ta ruħu lil Alla, u mħabba fih jaħfer minn qalbu u jħobb tabilħaqq lil min għamillu d‑deni u kien sa jwasslu għall‑mewt. Ciappara kellu wkoll kliem ta’ tifħir għan‑novella Atumokra1 (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.107‑8/114) ta’ Ġużi Mallia (1917‑2004), psewdonimu: Ta’ Pitanu, li b’kitbietu jġegħilna nħossu dak kollu li għaddej mill‑qalb u mir‑ruħ imħawda tal‑ħalliel. In‑novella, li ġiet fit‑tieni post, għandha kitba mexxejja, bla tlellix żejjed u bla xkiel li tieħu spunt minn ġrajja mill‑ħajja tal‑missjoni, b’tagħlima li: “Alla dejjem jaħfer lill‑midneb niedem.” U għad li fiha xi nuqqasijiet, fiha nsibu din l‑intensità psikoloġika‑drammatika, li tixraq lill‑aħjar kittieba.” Iżda għal Ciappara, in‑novella ‘Il‑Kandlieri taċ‑Ċomb’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.110‑111) ta’ Albert M. Cassola (1915‑74), psewdonimu: Barka, li ġiet 1
fit‑tielet post, hija l‑aħjar fost kollha f’dik li hi s‑sengħa tan‑novella moderna. Fiha l‑kittieb jurina fi tliet kwadri l‑ħajja tal‑missjunarju: sejħa għall‑missjoni, fil‑qasam tal‑missjoni, mewt tal‑missjunarju u li minnha wieħed jista’ jislet tagħlima: “Meta nagħrfu s‑sejħa f ’Alla, noqogħdu għaliha.” Skont Ciappara, il‑ħila li biha l‑kittieb
iħallina naħsbu x’ġara minn taqsima għall‑oħra mingħajr ma jgħidilna u b’danakollu jġegħilna ngħaqqdu ġrajja m’oħra, turi bid‑dieher li hu mħarreġ tajjeb. Barra minn dan, in‑novella mill‑bidu sat‑tmiem hi ħaġa sħiħa. Ciappara jgħid xi ħaġa wkoll dwar in‑novella l‑oħra li ħadet ir‑raba’ premju: ‘Issalva Ruħ u Tmut’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941,
Atumokra huwa l-isem ta’ żagħżugħ Abissin, ta’ sura twila u mimlija, felħan u ta’ dehra sabiħa li kien jgħix f ’għar moħbi b’ħafna siġar, fuq waħda mill-iġbla li jkennu r-raħal ċkejken ta’ Dun Ġwann fil-ġewwieni tal-Abissinja, mgħammar minn ftit nies kollha rgħajja u bdiewa, fqar u nieqsa mit-tagħlim Nisrani. 25
Awwissu 2021
nri. 6‑7, pp.115‑117) ta’ Pawlu Attard, psewdonimu: Spama. Skontu, hija titkellem fuq ġrajja meħuda mill‑ħajja tal‑lum fil‑gwerra u għalhekk il‑kittieb jurina li aħna nistgħu niktbu fuq il‑missjoni jekk inħarsu ftit madwarna u nfittxu ftit x’rabta għandhom il‑ġrajjiet tal‑lum mal‑missjoni; ħaġa ewlenija li xtaqna sibna fil‑kitba li bagħtulna! B’hekk, il‑kittieb jirnexxilu jidħol f’qalb il‑patri u jikxef it‑taħbit tagħha, filwaqt li jġiegħel lill‑qarrej iħossu. Rigward il‑kitba, l‑uniku kritika li saritilha kienet l‑użu żejjed ta’ xi kliem barrani. It‑tagħlima li nieħdu minn din in‑novella: “Alla dejjem jisma’ t‑talb u x‑xewqat ta’ qalb umli u marbuta mar‑rieda tas‑superjuri.” (6) Il‑Poeżija: il‑kritika ta’ V.D.C. hawnhekk kienet waħda ħarxa: “Tneħħi tnejn, tlieta mill‑poeżija, il‑bqija ma jgħidu xejn, il‑lehma nieqsa fihom, is‑sura mħarbta, ir‑ritmu bla widna u l‑vrejjes zopop.” Mill‑banda l‑oħra kellu tifħir għall‑poeżija rebbieħa: ‘Tliet Allat’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.101‑2) fejn Karmenu Vassallo (1913‑87), psewdonimu: Melintesis Militans, bi kliem, li 26
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
jaqbel ma’ ħsibijietu, bla tbatija jfehemna dak li jrid jgħid; kemm huma mexxejja l‑vrejjes, kif huma magħqudin flimkien bħal qtajjar tal‑ilma ta’ gelgul wieħed li ħiereġ minn blata, jinżel fil‑ġonna mfewħa tar‑ruħ u jisraq minnhom il‑ħlewwiet u l‑ilwien ta’ ħsibijiet imqabbla. Il‑poeżija ta’ Vassallo fiha għaxar strofi endekasillabi, imqassmin fi tliet gruppi ta’ tlieta l‑waħda u bl‑aħħar waħda għaliha, weħidha. Ħsieb: “La l‑ġid tad‑dinja, la l‑flus u lanqas l‑imħabba ta’ ħliqa, li tħobb kif trid id‑dinja, ma jistgħu jagħtu l‑hena li ġġib magħha l‑ħidma għall‑fidwa tal‑erwieħ.” Il‑poeżija li ġiet fit‑tieni post: ‘Horas non numero nisi serenas’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, p.106) t’Amante Buontempo (1920‑2004), psewdonimu: Felicitas, fiha disa’ strofi bil‑vers tat‑12 u rima abċb, imqassmin fi tliet partijiet: 2‑5‑2. Ħsieb: “Fil‑ġmiel u l‑ħemda tan‑natura wara nżul u fi tlugħ ix‑xemx il‑missjunarju jsib l‑hena tax‑xogħol bla heda tiegħu għall‑ġid tal‑erwieħ.” Fi kliem Ciappara, din hija poeżija sabiħa, iżda fiha xi ħsibijiet mhux ġodda. Dan il‑poeta jidher jaħseb iżżejjed u għalhekk ħsibijietu jitgħabbru b’dell mudlami u min jaqrahom
ma jifhimhomx mill‑ewwel. It‑tixbih ta’ xi wħud minn ħsibijietu jaħsad il‑qarrej, bħallikieku domna ftit biex fhimna li l‑qamar huwa ‘qanpiena bi lsien bla leħen’. Madankollu, din il‑poeżija toħloq dinja għaliha, sema sabiħ ta’ ħemda u ġabra li jġibulek quddiem għajnejk dehra mistika tar‑ruħ missjunarja. (7) Dak li ma sibniex fil‑kitba kollha: hawn qed jirreferi għan‑nuqqas t’oriġinalità li kien hemm tista’ tgħid fix‑xogħlijiet kollha; (8) Għal li Ġej: messaġġ tal‑aħħar indirizzat liż‑żgħażagħ biex ma jaqtgħux qalbhom mill‑kritika, u għal li ġej ikunu aktar kotrana u jiktbu kitba aħjar. U ieħor lir‑rebbieħa biex jibqgħu jiktbu u b’hekk jagħmluha ta’ missjunarji bil‑kitba, li twassal ’il bogħod aktar mill‑kelma. Ciappara jagħlaq il‑kelmtejn tiegħu billi jgħid: “tħarsux lejn il‑ħaġa żgħira li se tirbħu u mħabba fiċ‑ċokon tagħha ma tiktbulniex. Il‑faqar ta’ ‘Malta Missjunarja’ ma jistax jagħti aħjar! Ħarsu dejjem ’l fuq ‘l fuq fis‑smewwiet fejn Alla jrodd bil‑mija fil‑wieħed ta’ kull għemil tajjeb li tagħmlu fuq din l‑art għall‑ġieħ u s‑sebħ tiegħu.”
FAITH H
ARITY H
E &C P O
G IF
T SHOP
Awwissu 2021
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u l‑5:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
27
X’Qed Tistenna?
Awwissu 2021
Kellimna issa biex tippjana s-safra tiegħek għax‑xhur li ġejjin, b’moħħok mistrieħ fuq prevenzjonijiet minħabba l‑COVID‑19, divertiment garantit u bi prezzijiet għall-but ta’ kulħadd. Il‑Bulgarija ‑ Mill‑Ġimgħa 3 sal‑Ġimgħa 10 ta’ Settembru Jekk tixtieq tara postijiet fejn ikun diffiċli tasal mingħajr ma tmur ma’ grupp, din hija l‑ġita għalik. Il‑Bulgarija toffri ħafna opportunitajiet bil-varjetà li fiha. F’din il‑ġita ser inżuru postijiet li mhumiex dawk tas‑soltu: Veliko Tarnovo, Arbanassi, Varna, Albena, Golden Sands, Nessebar u Plovdiv. Kollha huma partikolari tant li ma tħossokx li għadek ġol‑istess pajjiż. Mhux biss, imma għandna wkoll garanzija ta’ arti, storja, ikel bnin u ambjent naturali li jsaħħrek. Ser immorru f ’bajjiet mill-isbaħ, knejjes ta’ preġju, nisimgħu l‑leġġendi u naraw kif dan il‑pajjiż iħabbatha mal‑isbaħ pajjiżi fl‑Ewropa. Inżuru wkoll tliet postijiet fuq il-Baħar l-Iswed, ir-riserva naturali Cape Kaliakra u l-belt żgħira Balchik. Prezz ta’ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half Board. Eskursjonijiet inklużi!
Il‑Polonja ‑ Mill‑Ħamis 16 sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru Pajjiż mimli kultura, mogħni b’affarijiet tradizzjonali u moderniżmu sfrenat, veduti li jimmeraviljawk, kastelli misterjużi, irħula żgħar, bliet b’temp mgħaġġel u ikel verament eskwiżit. Inżuru Katowice, noqogħdu fil‑belt eleganti ta’ Krakovja, il‑kapitali tal‑għerf u tal‑ġmiel, imdawra bir‑ristoranti u ħwienet mill‑aqwa. Inżuru Citadella Wavel, id‑diversi pjazez sbieħ u knejjes li jimmeraviljawk, kif ukoll Wielizka, l‑isbaħ minjieri tal‑melħ fl‑Ewropa. Naraw ukoll il‑kampijiet ta’ konċentrament t’Auschwitz‑Birkenu u Wadowice, fejn twieled il‑maħbub qaddis Papa San Ġwanni Pawlu II. Inżuru s‑santwarju famuż ta’ Jasna Gora f ’Cestokowa u s‑santwarju tal‑Ħniena Divina. Naslu wasla sa Zakopane, il‑belt fil‑Muntanji Tatras, l‑aktar imfittxija mill‑Pollakki għall‑vaganzi kemm fis‑sajf u kemm fix‑xitwa, b’bini tradizzjonali u b’bejgħ ta’ suveniers tal‑injam maħdum bis‑sengħa. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas immorru Varsavja, il‑belt kapitali li tisboq b’bosta teatri, ristoranti, mużewijiet, bars u diskoteki li huma mxerrdin f ’kull parti tal‑belt. Ġranet ta’ tgawdija u ta’ mistrieħ, f ’arja nadifa u f ’ambjent mill‑aktar pittoresk. Prezz ta’ €945 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast li tista’ tinqaleb Half Board għal €20 biss kull lejl. Eskursjonijiet inklużi.
Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek ġo Sqallija? Kellimna! Aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd.
YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta 28
Awwissu 2021
YTC tinkludi l‑eskursjonijiet fil‑prezz!
4’t ibliet differenti b’veduti mill‑isbaħ jistennewna f’ġita li tisboq kull aspettattiva tal‑ġmiel naturali li ħalaq Alla Mill‑Ġimgħa 3 sal‑Ħamis 9 ta’ Settembru Ejjew magħna f ’Berchtegaden il‑Ġermanja, Salzburg, Bratislava u Vjenna. Immorru wkoll Munich fejn inżuru l‑Olympic Complex u ċ‑ċentru. Nagħmlu bosta attivitajiet, bħal canoeing, hiking, għawm f ’thermal pools, nirkbu dgħajsa ġol‑aktar għadira nadifa fil‑Ġermanja u nitgħaxqu b’monumenti naturali ta’ kull għamla u daqs. Naraw muntanji, widien, foresti, ġonna li qishom ħerġin minn xi pittura, toroq dojoq, pontijiet u bini grandjuż, u nżuru distillerija tal‑birra u minjiera tal‑melħ. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas inżuru ż‑zoo ta’ Schönbrunn. L‑eskursjonijiet inklużi fil‑prezz huma dik ta’ Munich, Berchtesgaden, Salzburg, Vjenna u Bratislava, fejn fl‑aħħar tnejn ikollna saħansitra gwida tal‑post. Prezz ta’ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half board. Eskursjonijiet inklużi.
Lourdes – Pellegrinaġġ immexxi minn Dun Reno Muscat - mill‑Ħadd 26 sal‑Ħamis 30 ta’ Settembru Kemm hemm minnkom li marru diġà Lourdes? Iżda ma’ kull min niltaqa’ jesprimi x‑xewqa li jerġa’ jżur il‑grotta ta’ Massabielle mimli devozzjoni lejn Sidtna Marija li dehret lil Bernardette Soubirous tul is‑sena 1858. Post fejn saru u jibqgħu jsiru l‑mirakli ma’ dawk li l‑fidi tagħhom tfejjaqhom minn kull tip ta’ mard. Nattendu l‑quddiesa internazzjonali u wara l‑purċissjoni ‘aux flambeaux’ (bix‑xemgħa f ’idejna). Naraw postijiet bħal Gavarnie fuq il‑Muntanji Pirinej, il‑ Pont ta’ Napuljun, kaskati, xmajjar u xenarji mill‑isbaħ. Nirkbu ferrovija li teħodna dawra bejn il‑muntanji li jifirdu lil Franza minn ma’ Spanja. Immorru raħal ċkejken ġo Spanja u ma jistax jonqos li nerġgħu ngħixu l‑istorja tat‑tfajla l‑magħżula mill‑Madonna: Bernardette. Prezz ta’ €615 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Full Board. Eskursjonijiet inklużi.
Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista’ jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 02040
SMS: 7979 2040
Imejl: info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours • Websajt: www.ytc.com.mt 29
Awwissu 2021
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja It‑Tielet Parti
Din id‑darba ser nitkellmu dwar żewġ dehriet ta’ Marija Santissma li huma: (Simbolu ta’ Ġesù), u xi anġli madwaru. Id‑dehra damet għal kważi sagħtejn, li matulhom ix‑xhieda (madwar 15‑il ruħ), bilwieqfa fix‑xita, qalu r‑rużarju. Kien hemm ukoll maltempata waqt id‑dehra, madanakollu l‑art madwar l‑artal baqgħet niexfa għalkollox.
1. Il‑Madonna ta’ Knock fl‑Irlanda fl‑1879. Din id‑dehra hija partikularment interessanti għax mhux biss Marija Santissima kienet preżenti, iżda wkoll żewġ qaddisin oħra. Il‑lejl tal‑21 ta’ Awwissu 1879, kien lejl ta’ xita. Għall‑ħabta tat‑8 ta’ filgħodu kienet għadha x‑xita hekk kif Mary Byrne, mir‑raħal ta’ Knock, fil‑Kontea ta’ 30
Mayo, l‑Irlanda, kienet sejra d‑dar meta qalet li rat tliet figuri, daqs ta’ bniedem, li kienu tal‑Madonna, ta’ San Ġużepp u ta’ San Ġwann l‑Evanġelista. Ġriet lejn darha biex tgħid lill‑ġenituri u immedjatament inġabru ħafna nies. Xi xhieda qalu li fil‑ġenb tal‑knisja ta’ San Ġwann Battista, raw ukoll artal żgħir, b’salib imdendel fuqu, u fuq l‑artal kien hemm il‑Ħaruf tal‑Għid
Statwa tal-Madonna li tinsab fis-Santwarju ta’ Knock.
Id‑dehra tal‑Madonna ġiet deskritta bħala sabiħa, wieqfa ftit piedi ’il fuq mill‑art u liebsa mantell abjad. Kienet qiegħda titlob b’għajnejha mgħollija lejn is‑sema. Xi xhieda qalu li San Ġwann l‑Evanġelista
Awwissu 2021
kellu ktieb miftuħ kbir f ’idu x‑xellugija. Differenti minn dehriet oħra Marjani, il‑qaddisin ma lissnu l‑ebda kelma. Kummissjoni ta’ inkjesta ekkleżjastika ġiet maħtura mill‑Arċisqof ta’ Tuam, John Machale nhar it‑8 ta’ Ottubru 1879. Wara studju u stħarriġ intensifikat il‑kummissjoni ġġudikat id‑dehra bħala ‘affidabbli’. Knock żviluppa f ’ċentru ta’ pellegrinaġġi. Id‑dehra seħħet fi żmien ta’ taqbida agrikola u kriżi kulturali fl‑Irlanda, meta l‑lingwa komuni qalbet mill‑Gaeliku għall‑Ingliż. Aktar stħarriġ baqa’ jsir minn kummissjoni oħra tal‑Knisja, sakemm l‑Arċisqof ta’ Tuam, Thomas Gilmartin, fl‑1936 approva u kkonferma l‑verdett pożittiv tal‑ewwel kummissjoni. Nies li ddikjaraw li ġew imfejqa f ’Knock, ħallew fil‑post tad‑dehra krozzi, bsaten u ħwejjeġ oħra li kienu jużaw waqt il‑mard tagħhom. Kull djoċesi Irlandiża tagħmel pellegrinaġġ annwali lejn is‑Santwarju Marjan ta’ Knock. Din id‑dehra kienet rikonoxxuta minn diversi Papiet. Fil‑festa tal‑Qaddisin kollha tal‑1945, Papa Piju XII bierek il‑bandalora ta’ Knock mill‑Bażilika ta’ San Pietru u żejjinha b’midalja speċjali; fil‑Jum
tal‑Kandlora tal‑1960, Papa Ġwanni XXIII ippreżenta xemgħa speċjali lill‑Madonna ta’ Knock, fis‑6 ta’ Ġunju 1974 l‑ewwel ġebla għas‑Santwarju tal‑Madonna Reġina tal‑Irlanda, f ’Knock, tbierket minn Papa Pawlu VI, fit‑30 ta’ Settembru 1979 Papa Ġwanni Pawlu II żar is‑santwarju biex ifakkar iċ‑Ċentinarju mid‑Dehra. Matul din iż‑żjara storika, il‑Papa indirizza lill‑pellegrini, morda u infermiera tagħhom, iċċelebra quddiesa, stabbilixxa l‑knisja tas‑santwarju bħala bażilika, ippreżenta xemgħa u warda tad‑deheb lill‑Madonna ta’ Knock, u għarkopptejh talab mal‑ħajt tad‑dehra.
Fis‑26 ta’ Awwissu 2018 Papa Franġisku żar is‑santwarju ta’ Knock bħala parti miż‑żjara tiegħu fl‑Irlanda għad‑disa’ laqgħa dinjija tal‑familji. Il‑Kungress Ewkaristiku Nazzjonali tal‑Irlanda sar fis‑Santwarju Marjan f ’Knock fil‑25 u fis‑26 ta’ Ġunju 2011. Attendew madwar 13,000 pellegrin. Knock baqa’ għal kważi 100 sena sit ewlieni ta’ pellegrinaġġi Irlandiżi, u stabbilixxa ruħu bħala sit reliġjuż dinji matul l‑aħħar kwart tas‑Seklu Għoxrin. Madre Tereża ta’ Kalkutta kienet ukoll żaret is‑santwarju f ’Ġunju tal‑1993. Il‑festa ta’ din id‑dehra Marjana hija ċċelebrata fil‑21 ta’ Awwissu. 31
Awwissu 2021
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
2. Il‑Madonna ta’ Beauraing fil‑Belġju. Il‑Madonna ta’ Beauraing, magħrufa wkoll bħala ‘Il‑Verġni tal‑Qalb tad‑Deheb’, l‑isem li bih huma magħrufin it‑33 dehra Marjana rrapportati li ġraw f ’Beauraing, fil‑Belġju, bejn Novembru 1932 u Jannar 1933 minn ħamest itfal li l‑etajiet tagħhom ivarjaw bejn id‑9 u l‑15‑il sena. Għal diversi snin wara, il‑pellegrini marru u għadhom imorru lejn il‑belt żgħira ta’ Beauraing, fil‑provinċja ta’ Namur, u jitolbu lill‑Madonna biex tinterċedi għalihom għall‑fejqan u grazzji oħra. Il‑ħamest itfal u adoloxxenti kienu: Fernande (15), Gilberte (13) u Albert (11) ulied Hector, li kien skrivan tal‑linja tal‑ferrovija u martu M’Louise Perpete Voisein; magħhom kien hemm Andrée (14) u Gilberte (9) l‑aħwa bniet Degeimbre, ulied l‑armla ta’ bidwi. Fil‑lejla tad‑29 ta’ Novembru 1932, erbgħa mit‑tfal imxew lejn l‑iskola mmexxija mis‑Sorijiet tad‑Duttrina Nisranija biex jiltaqgħu ma’ Gilberte Voisin u jmorru flimkien. Meta waslu ħdejn l‑iskola, Albert wera mara liebsa libsa twila bajda, qrib vjadott tal‑ferrovija eżatt 32
wara l‑iskola. It‑tfal l‑oħra qalu li rawha wkoll. Matul il‑bosta ġimgħat ta’ wara, lill‑mara rawha tnejn u tletin darba oħra, ġeneralment fil‑ġnien tal‑kunvent‑skola. Id‑dehra tal‑aħħar kienet fit‑3 ta’ Jannar 1933. It‑tfal qalu li s‑Sinjura talbet li tinbena kappella fuq dak is‑sit u qaltilhom: “Jiena l‑Verġni Immakulata.” Hija xtaqet ukoll li l‑pellegrini jiġu fis‑sit, u qalet lit‑tfal u
Awwissu 2021
lil kulħadd: “Itolbu, itolbu, itolbu għall‑konverżjoni tal‑midinbin,” u f ’waħda mill‑aħħar viżjonijiet hija wriet ‘Il‑Qalb tad‑Deheb’ tagħha. Fit‑23 ta’ Diċembru 1932, il‑Madonna allegatament staqsiet lil Fernande: “Inti tħobbu lil Ibni?” u hi wieġbet: “Iva.” Imbagħad staqsietha: “Tħobbni,” u Fernande reġgħet wieġbet: “Iva”. Imbagħad il‑Madonna qaltilha: “Mela ssagrifika ruħek għalija.” U sellmitilhom qabel ma t‑tifla setgħet twieġeb. Fl‑aħħar dehra tagħha tat‑3 ta’ Jannar 1933, il‑Madonna qalet hekk: “Jiena se nikkonverti lill‑midinbin.” Fl‑1935, l‑Isqof t’Namur, Thomas–Louis Heylen, ħatar Kummissjoni Episkopali biex tinvestiga l‑avvenimenti ta’ dawn
l‑allegati dehriet Marjani. Ix‑xogħol tkompla taħt is‑suċċessur tiegħu l‑Isqof ta’ Namur André‑Marie Charue. Fit‑2 ta’ Lulju 1949, huwa ppubblika digriet li awtorizza devozzjonijiet pubbliċi lill‑Madonna ta’ Beauraing, u f ’ittra lill‑Kleru tad‑Djoċesi kiteb hekk: “Aħna kapaċi fis‑serenità u l‑prudenza kollha nasserixxu li r‑Reġina tas‑Sema dehret lit‑tfal ta’ Beauraing matul ix‑xitwa 1932‑1933, b’mod speċjali biex turina fil‑Qalb materna tagħha l‑appell anzjuż għat‑talb u l‑wegħda tal‑medjazzjoni qawwija tagħha għall‑konverżjoni tal‑midinbin.” L‑approvazzjoni finali għad‑dehriet Marjani ngħatat fl‑1949 bil‑permess tal‑Kongregazzjoni għad‑Duttrina tal‑Fidi.
Fl‑1949, f ’Lowell, Massachusetts, twaqqaf il‑Kumitat Pro Maria biex ixerred l‑istorja tad‑dehriet tal‑Madonna f ’Beauring. Wara d‑dehriet, il‑ħamest itfal kollha kibru, iżżewġu u għexu ħajja kwieta mal‑familji tagħhom. Papa Ġwanni Pawlu II żar Beauraing fit‑18 ta’ Mejju 1985. Il‑festa ta’ dawn id‑dehriet hija ċċelebrata fit‑22 ta’ Awwissu. 33
Awwissu 2021
Lil Ommna Marija Ngħaddi minn quddiemek filgħodu U narak kull filgħaxija, Għajnejja jmorru fuqek O ħelwa Sidtna Marija. Id-dar tiegħi żejjintli O statwa ħelwa tal-Madonna, minn qalbi nixtieq noffrilek Il-ward kollu tal-ġonna. O Madonna l-aktar ħelwa Imżejna bl-isbaħ ġmiel, Nitolbuk begħedna mill-ħażen, Mill-mard u minn kull xkiel. Madonna Omm ħanina Int żgur li tħenn għalija, Tifhem l-uġigħ ta’ qalbna, Għinna nerfgħu din it-tbatija. Minn qalbi Madonna niktiblek Għax int żgur tidħol għalina, Taf kemm bata’ l-għażiż ibnek U ħa l-mewt minħabba fina. Paul Caruana
34
POEŻIJA
Awwissu 2021
Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
www.missio.org.mt
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Awwissu 2021
KEJK TAT‑TUFFIEĦ U L‑BANANA MILL‑MALASJA
Metodu: • Saħħan il‑forn fuq sħana moderata. X’għandek bżonn: • 2 bananiet imqattgħa roti • 2 tuffiħat imqaxxra u mqattgħa f ’dadi • 3 bajdiet • Nofs kikkra ħalib • Kikkra u nofs zokkor • 4 mgħaref butir • 2 kikkri dqiq • Mgħarfa baking powder *qies tal‑kikkra – 200ml
• Idlek landa tal‑kejkijiet bi ftit butir u dqiq. • Ġo blender ħawwad sew flimkien il‑banana, it‑tuffieħ, il‑bajd, il‑ħalib, iz‑zokkor u l‑butir. • Itfa’ t‑taħlita ġo skutella kbira, żid id‑dqiq u ħawwad sew flimkien. • Żid il‑baking powder u ħawwad bil‑mod sakemm jinħall. • Ferra’ t‑taħlita fil‑landa u aħmi għal madwar nofs siegħa.
SELAMAT MENJAMU SELERA (L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Awwissu 2021
ED
VA
INAT C C
D
N AT E
D
O
“Jiena ħadt il‑vaċċin b’xejn u għalhekk qed nagħti donazzjoni ta’ €10 għall‑‘emergency fund’ ta’ Missio. Dan sabiex ngħin lil nies fil‑missjoni li għaddejjin mill‑pandemija. Din l‑€10 ser tissarraf f’mediċini, ‘safety kits’ kif ukoll f'ikel u xorb għan‑nies fil‑bżonn.” Kurt Calleja – Kantant
Metodu kif tista' tagħti d‑donazzjoni: Tel: 5160 2062 – €10
Mill‑websajt: www.missio.org.mt/V&D
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
37
KOMPETIZZJONI ‑ AWWISSU 2021
Awwissu 2021
LOGĦBA TAL‑LOĠIKA
Wara li taqra l‑ħjiliet t’hawn taħt, ipprova aqta’ kull tifel u tifla x’annimal għandhom bħala pet. Uża l‑kaxxi tat‑tabella biex jgħinuk. Ikteb it‑tweġibiet tiegħek fil‑vojt u ibgħathom flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. QATTUS
KELB
GĦASFUR
ĦUTA
KLARA
1. It‑tifel għandu pet li jinbaħ.
MARTA BERTU
2. Il‑pet ta’ Tanja għandu żewġ saqajn.
TANJA
Klara għandha
_____________________________________________________________________________.
Marta għandha _____________________________________________________________________________.
3. Il‑pet ta’ Marta mhux ħuta.
Bertu għandu ________________________________________________________________________________. Tanja għandha ______________________________________________________________________________. Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Ġunju 2021: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Marija Camilleri mill‑Qrendi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
5 + 9 ‑ 8 = 6 + ‑ + 2 x 4 ‑ 6 = 2 + + ÷ 3 ÷ 1 + 7 = 10 = = = 10 6 2
Nitbissmu ftit: L‑imgħallem: Bert, kif ħuk Ġanni ma daħalx xogħol illum? Bertu: Qiegħed l‑isptar. L‑imgħallem: Imma lbieraħ rajtu Tas‑Sliema jieħu kafè ma’ tfajla! Bertu: Iva. U martu ratu wkoll!! 38
Frans qala’ gatò u xħin wasal id‑dar sejjaħ lit‑tliet uliedu. “Ara x’għandi! Ħa nara lil min se nagħtih; min qagħad l‑iktar bil‑għaqal illum? Min obda lill‑mamà u għenha fix‑xogħol tad‑dar? Min mar jagħmel ix‑xirja llum?” It‑tfal dendlu l‑geddum u daru biex jitilqu ’l hemm. Frans sejħilhom lura u staqsiehom: “X’ġara? Għalfejn ser titilqu?” “Mhux ovvja pa!?” wieġbet il‑kbira. “Mhux inti se tieħdu l‑gatò! Mhux int tagħmel dawk l‑affarijiet kollha!”
Awwissu 2021
Eżempji sbieħ
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż-Żurrieq
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
• John Farrugia u Catherine Grech miż-Żurrieq
• 20 ta' Mejju 2021 Ġuża Avellino mill-Birgu.
• Marija Camilleri mill-Qrendi
• 30 ta’ Mejju 2021 Albert Sciberras minn Ħal Għargħur
• Siġġiewi Festival Brass Band
• 3 ta' Ġunju 2021 Spira Vella (eks-voluntiera ta’ Missio) minn Marsaxlokk. • 15 ta’ Ġunju 2021 Patrick Mula minn Ħal Għargħur • 4 ta’ Lulju 2021 Nicholas Baldacchino mis‑Siġġiewi Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
• Rita Bonello mill-Ibraġ
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. • Grazzi wkoll lil Sor Martha mill-Ursolini ta’ Ħaż-Żabbar li tat diversi oġġetti għall-bażar. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.
Missio Malta • Missio Tfal
39
Awwissu 2021
FREE DELIVERY
Main Street, St Paul's Bay, Malta Mob: 7722 9904 / 9945 5282 · Tel: 2758 1500
OPENING HOURS Monday: Tuesday: Wednesday: Thursday: Friday: Saturday: Sunday:
7:00 - 12:00 / 16:00 - 18:00 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 7:00 - 13:00 Closed
Calypso MFG Ltd. 5, Cospicua Road, Fgura FGR 1261, Malta. Tel: +356 21 804588 Fax: +356 21 804487 Mob: +356 79065125 Email: louis@calypsomfg.com Website: www.calypsomfg.com 40