4 minute read

Dehriet tal‑Madonna

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja

It‑Tielet Parti

Din id‑darba ser nitkellmu dwar żewġ dehriet ta’ Marija Santissma li huma:

1. Il‑Madonna ta’ Knock fl‑Irlanda fl‑1879.

Din id‑dehra hija partikularment interessanti għax mhux biss Marija Santissima kienet preżenti, iżda wkoll żewġ qaddisin oħra. Il‑lejl tal‑21 ta’ Awwissu 1879, kien lejl ta’ xita. Għall‑ħabta tat‑8 ta’ filgħodu kienet għadha x‑xita hekk kif Mary Byrne, mir‑raħal ta’ Knock, fil‑Kontea ta’ Id‑dehra tal‑Madonna ġiet deskritta bħala sabiħa, wieqfa ftit piedi ’il fuq mill‑art u liebsa mantell abjad. Kienet qiegħda titlob b’għajnejha mgħollija lejn is‑sema. Xi xhieda qalu li San Ġwann l‑Evanġelista

Mayo, l‑Irlanda, kienet sejra d‑dar meta qalet li rat tliet figuri, daqs ta’ bniedem, li kienu tal‑Madonna, ta’ San Ġużepp u ta’ San Ġwann l‑Evanġelista. Ġriet lejn darha biex tgħid lill‑ġenituri u immedjatament inġabru ħafna nies. Xi xhieda qalu li fil‑ġenb tal‑knisja ta’ San Ġwann Battista, raw ukoll artal żgħir, b’salib imdendel fuqu, u fuq l‑artal kien hemm il‑Ħaruf tal‑Għid (Simbolu ta’ Ġesù), u xi anġli madwaru. Id‑dehra damet għal kważi sagħtejn, li matulhom ix‑xhieda (madwar 15‑il ruħ), bilwieqfa fix‑xita, qalu r‑rużarju. Kien hemm ukoll maltempata waqt id‑dehra, madanakollu l‑art madwar l‑artal baqgħet niexfa għalkollox.

Statwa tal‑Madonna li tinsab fis‑Santwarju ta’ Knock.

kellu ktieb miftuħ kbir f’idu x‑xellugija. Differenti minn dehriet oħra Marjani, il‑qaddisin ma lissnu l‑ebda kelma. Kummissjoni ta’ inkjesta ekkleżjastika ġiet maħtura mill‑Arċisqof ta’ Tuam, John Machale nhar it‑8 ta’ Ottubru 1879. Wara studju u stħarriġ intensifikat il‑kummissjoni ġġudikat id‑dehra bħala ‘affidabbli’. Knock żviluppa f’ċentru ta’ pellegrinaġġi. Id‑dehra seħħet fi żmien ta’ taqbida agrikola u kriżi kulturali fl‑Irlanda, meta l‑lingwa komuni qalbet mill‑Gaeliku għall‑Ingliż. Aktar stħarriġ baqa’ jsir minn kummissjoni oħra tal‑Knisja, sakemm l‑Arċisqof ta’ Tuam, Thomas Gilmartin, fl‑1936 approva u kkonferma l‑verdett pożittiv tal‑ewwel kummissjoni. Nies li ddikjaraw li ġew imfejqa f’Knock, ħallew fil‑post tad‑dehra krozzi, bsaten u ħwejjeġ oħra li kienu jużaw waqt il‑mard tagħhom. Kull djoċesi Irlandiża tagħmel pellegrinaġġ annwali lejn is‑Santwarju Marjan ta’ Knock. Din id‑dehra kienet rikonoxxuta minn diversi Papiet. Fil‑festa tal‑Qaddisin kollha tal‑1945, Papa Piju XII bierek il‑bandalora ta’ Knock mill‑Bażilika ta’ San Pietru u żejjinha b’midalja speċjali; fil‑Jum tal‑Kandlora tal‑1960, Papa Ġwanni XXIII ippreżenta xemgħa speċjali lill‑Madonna ta’ Knock, fis‑6 ta’ Ġunju 1974 l‑ewwel ġebla għas‑Santwarju tal‑Madonna Reġina tal‑Irlanda, f’Knock, tbierket minn Papa Pawlu VI, fit‑30 ta’ Settembru 1979 Papa Ġwanni Pawlu II żar is‑santwarju biex ifakkar iċ‑Ċentinarju mid‑Dehra. Matul din iż‑żjara storika, il‑Papa indirizza lill‑pellegrini, morda u infermiera tagħhom, iċċelebra quddiesa, stabbilixxa l‑knisja tas‑santwarju bħala bażilika, ippreżenta xemgħa u warda tad‑deheb lill‑Madonna ta’ Knock, u għarkopptejh talab mal‑ħajt tad‑dehra. Fis‑26 ta’ Awwissu 2018 Papa Franġisku żar is‑santwarju ta’ Knock bħala parti miż‑żjara tiegħu fl‑Irlanda għad‑disa’ laqgħa dinjija tal‑familji. Il‑Kungress Ewkaristiku Nazzjonali tal‑Irlanda sar fis‑Santwarju Marjan f’Knock fil‑25 u fis‑26 ta’ Ġunju 2011. Attendew madwar 13,000 pellegrin. Knock baqa’ għal kważi 100 sena sit ewlieni ta’ pellegrinaġġi Irlandiżi, u stabbilixxa ruħu bħala sit reliġjuż dinji matul l‑aħħar kwart tas‑Seklu Għoxrin. Madre Tereża ta’ Kalkutta kienet ukoll żaret is‑santwarju f’Ġunju tal‑1993. Il‑festa ta’ din id‑dehra Marjana hija ċċelebrata fil‑21 ta’ Awwissu.

2. Il‑Madonna ta’ Beauraing fil‑Belġju.

Il‑Madonna ta’ Beauraing, magħrufa wkoll bħala ‘Il‑Verġni tal‑Qalb tad‑Deheb’, l‑isem li bih huma magħrufin it‑33 dehra Marjana rrapportati li ġraw f’Beauraing, fil‑Belġju, bejn Novembru 1932 u Jannar 1933 minn ħamest itfal li l‑etajiet tagħhom ivarjaw bejn id‑9 u l‑15‑il sena. Għal diversi snin wara, il‑pellegrini marru u għadhom imorru lejn il‑belt żgħira ta’ Beauraing, fil‑provinċja ta’ Namur, u jitolbu lill‑Madonna biex tinterċedi għalihom għall‑fejqan u grazzji oħra. Il‑ħamest itfal u adoloxxenti kienu: Fernande (15), Gilberte (13) u Albert (11) ulied Hector, li kien skrivan tal‑linja tal‑ferrovija u martu M’Louise Perpete Voisein; magħhom kien hemm

Andrée (14) u Gilberte (9) l‑aħwa bniet Degeimbre, ulied l‑armla ta’ bidwi.

Fil‑lejla tad‑29 ta’ Novembru 1932, erbgħa mit‑tfal imxew lejn l‑iskola mmexxija mis‑Sorijiet tad‑Duttrina Nisranija biex jiltaqgħu ma’ Gilberte Voisin u jmorru flimkien. Meta waslu ħdejn l‑iskola, Albert wera mara liebsa libsa twila bajda, qrib vjadott tal‑ferrovija eżatt wara l‑iskola. It‑tfal l‑oħra qalu li rawha wkoll. Matul il‑bosta ġimgħat ta’ wara, lill‑mara rawha tnejn u tletin darba oħra, ġeneralment fil‑ġnien tal‑kunvent‑skola. Id‑dehra tal‑aħħar kienet fit‑3 ta’ Jannar 1933. It‑tfal qalu li s‑Sinjura talbet li tinbena kappella fuq dak is‑sit u qaltilhom: “Jiena l‑Verġni Immakulata.” Hija xtaqet ukoll li l‑pellegrini jiġu fis‑sit, u qalet lit‑tfal u

lil kulħadd: “Itolbu, itolbu, itolbu għall‑konverżjoni tal‑midinbin,” u f’waħda mill‑aħħar viżjonijiet hija wriet ‘Il‑Qalb tad‑Deheb’ tagħha. Fit‑23 ta’ Diċembru 1932, il‑Madonna allegatament staqsiet lil Fernande: “Inti tħobbu lil Ibni?” u hi wieġbet: “Iva.” Imbagħad staqsietha: “Tħobbni,” u Fernande reġgħet wieġbet: “Iva”. Imbagħad il‑Madonna qaltilha: “Mela ssagrifika ruħek għalija.” U sellmitilhom qabel ma t‑tifla setgħet twieġeb. Fl‑aħħar dehra tagħha tat‑3 ta’ Jannar 1933, il‑Madonna qalet hekk: “Jiena se nikkonverti lill‑midinbin.” Fl‑1935, l‑Isqof t’Namur, Thomas–Louis Heylen, ħatar Kummissjoni Episkopali biex tinvestiga l‑avvenimenti ta’ dawn l‑allegati dehriet Marjani. Ix‑xogħol tkompla taħt is‑suċċessur tiegħu l‑Isqof ta’ Namur André‑Marie Charue. Fit‑2 ta’ Lulju 1949, huwa ppubblika digriet li awtorizza devozzjonijiet pubbliċi lill‑Madonna ta’ Beauraing, u f’ittra lill‑Kleru tad‑Djoċesi kiteb hekk: “Aħna kapaċi fis‑serenità u l‑prudenza kollha nasserixxu li r‑Reġina tas‑Sema dehret lit‑tfal ta’ Beauraing matul ix‑xitwa 1932‑1933, b’mod speċjali biex turina fil‑Qalb materna tagħha l‑appell anzjuż għat‑talb u l‑wegħda tal‑medjazzjoni qawwija tagħha għall‑konverżjoni tal‑midinbin.”

L‑approvazzjoni finali għad‑dehriet Marjani ngħatat fl‑1949 bil‑permess tal‑Kongregazzjoni għad‑Duttrina tal‑Fidi. Fl‑1949, f’Lowell, Massachusetts, twaqqaf il‑Kumitat Pro Maria biex ixerred l‑istorja tad‑dehriet tal‑Madonna f’Beauring. Wara d‑dehriet, il‑ħamest itfal kollha kibru, iżżewġu u għexu ħajja kwieta mal‑familji tagħhom. Papa Ġwanni Pawlu II żar Beauraing fit‑18 ta’ Mejju 1985. Il‑festa ta’ dawn id‑dehriet hija ċċelebrata fit‑22 ta’ Awwissu. 

This article is from: