6 minute read

Propagazzjoni tal‑Fidi

Next Article
Editorjal

Editorjal

L‑Arti Li Tħobb – It‑Tielet Parti

Nibdew Inħobbu Aħna l‑Ewwel

“Hawn qiegħda l‑imħabba: mhux għax aħna ħabbejna ’l Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat lil Ibnu biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna.” (1Ġw. 4:10)

Pass ieħor fl‑arti tal‑imħabba, forsi l‑aktar wieħed impenjattiv minnhom kollha, li jipprova jekk l‑imħabba tagħna hijiex awtentika u safja, jitlob minna li nħobbu aħna l‑ewwel, li aħna nieħdu l‑inizjattiva bla ma noqogħdu nistennew lil ħaddieħor jagħmel l‑ewwel pass. Dan il‑mod ta’ mħabba jpoġġina fuq quddiem nett, imma jekk aħna rridu nħobbu bħalma jħobb Alla, u niżviluppaw din il‑ħila li Alla jpoġġilna f’qalbna, irridu nagħmlu kif għamel Hu. Alla ma qagħadx jistenna li aħna nħobbuh, imma minn dejjem uriena b’ħafna modi li jibda jħobbna Hu l‑ewwel, tkun xi tkun it‑tweġiba tagħna. Aħna ġejna maħluqa bħala don għal xulxin u aħna nitwettqu meta ningħataw għall‑oħrajn b’dik l‑imħabba li tiġi qabel kull ġest ta’ mħabba tal‑ieħor. Biex iħobb, in‑Nisrani jrid jagħmel bħal Alla: ma joqgħodx jistenna li jħobbuh, imma jibda jħobb hu l‑ewwel. Issa billi hu ma jistax jagħmel dan ma’ Alla, għax Alla dejjem jibda jħobb l‑ewwel, in‑Nisrani jagħmel dan mal‑proxxmu tiegħu.

Wara li qalilna li Alla ħabbna, San Ġwann ma jtemmx jgħid, kif kien

ikun aktar loġiku, li jekk Alla ħabbna, aħna rridu nweġbuh bl‑imħabba tagħna, iżda jgħid: “Għeżież, jekk Alla ħabbna, aħna wkoll għandna nħobbu lil xulxin.” (1Ġw. 4:11) Hu biss għax l‑imħabba hija sehem mill‑‘agape’ t’Alla, li aħna nistgħu naqbżu l‑limiti naturali, inħobbu lill‑għedewwa tagħna u nagħtu ħajjitna għal ħutna. Għalhekk, l‑imħabba Nisranija tagħmel parti miż‑żminijiet il‑ġodda u l‑kmandament huwa ġdid minn għeruqu. Hu daħħal novità assoluta fl‑istorja umana u fl‑etika tal‑bniedem. Santu Wistin jikteb: “Din hija mħabba li ġġeddidna, tagħmel minna bnedmin ġodda, werrieta tat‑Testment il‑Ġdid, għannejja tal‑għanja l‑ġdida”. L‑imħabba t’Alla ħadet l‑inizjattiva u ħabbitna meta aħna ma kienx jistħoqqilna nkunu maħbuba (mejta għax midinba). Dan il‑ħsieb ifakkarni fil‑bidu meta ma’ sħabi bdejna din il‑mixja, meta Alla kebbes ġo qalbna x‑xrara (kif esprima ruħu San Ġwanni Pawlu II) tal‑ideal kbir tagħna. Tgħid dak iż‑żmien, fil‑faqar tal‑gwerra u fid‑deżert ta’ madwarna, aħna konna se nsibu ’l xi ħadd li kien se jieħu l‑inizjattiva li jħobbna? Le. Għalhekk konna aħna li, b’don partikolari t’Alla, konna nqabbdu l‑fjamma tal‑imħabba f’ħafna u ħafna qlub bix‑xewqa li din tibda tħeġġeġ f’kulħadd. Lanqas konna naraw jekk il‑proxxmu kienx ta’ min iħobbu biex inkunu nistgħu inħobbuh. Imma konna aktarx miġbudin lejn dawk li l‑aktar kienu fqar, li fihom konna naraw aħjar wiċċ Kristu, u lejn dawk li l‑aktar kienu jeħtieġu l‑ħniena tiegħu.

Jista’ jkun li biex jgħallimna nħobbu aħna l‑ewwel, f’dak iż‑żmien ta’ gwerra, Alla ma ħeġġiġniex biex inħobbu lil ħutna kollha,

Adopt a Grandparent

Combat Loneliness

POWERED BY

MALTA

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org

POWERED BY

iżda kien iħajjarna nersqu lejn dawk l‑aktar fil‑bżonn: fqar, morda, ħabsin u orfni. Issa qed nindunaw li Hu kien poġġielna bħal qisu paraventu m’għajnejna biex ma narawhx ħlief u fuq kollox, f’dawn in‑nies. Il‑foqra kollha tal‑belt kienu fil‑mira tagħna. Fil‑ħin liberu mix‑xogħol, sħabi u jien konna nimlew il‑bagalji u mmorru nżuruhom fil‑griebeġ tagħhom; huma kienu Ġesù. Konna noħolmu li xi darba, f’jum il‑ħaqq, il‑Mulej kien se jurina dik il‑libsa li konna tajna, dik ix‑xalpa, dawk l‑ingwanti li konna ċċaħħadna minnhom, miksija kollha bil‑ħaġar prezzjuż, kif kien ġralha Santa Katerina ta’ Siena meta kienet tat salib lil wieħed fqir. Fil‑fqir il‑Mulej kien uriena ’l min stajna nibdew inħobbu l‑ewwel. Fl‑imħabba umana, ġeneralment, il‑bnedmin iħobbu għax ikunu maħbuba, u anki meta l‑imħabba tkun sabiħa, inti tħobb fl‑ieħor xi ħaġa minnek innifsek. Fl‑imħabba umana hemm dejjem element ta’ egoiżmu jew inkella nħobbu meta jkun hemm xi ħaġa x’niggwadanjaw, iżda l‑imħabba divina sopranaturali hija b’xejn, u tħobb hi l‑ewwel. Mela jekk irridu li jgħix fina l‑bniedem il‑ġdid, jekk irridu li l‑fjamma tal‑imħabba sopranaturali tibqa’ tixgħel fina, irridu aħna wkoll nibdew inħobbu l‑ewwel. Fl‑imħabba, dak li jgħodd hu li tħobb. L‑istess f’din id‑dinja. L‑imħabba (qed nitkellmu fuq l‑imħabba sopranaturali, li ma teskludix l‑imħabba naturali), tant

hija ħaġa sempliċi u tant hija kumplessa. Titlob li inti tagħmel il‑parti tiegħek u tistenna l‑parti tal‑ieħor. Jekk tipprova tgħix l‑imħabba, tinduna li f’din id‑dinja jaqbillek tagħmel il‑parti tiegħek. Il‑parti l‑oħra qatt ma taf jekk tasalx u mhux meħtieġ li tasal. Xi drabi tibqa’ b’xiber imnieħer, imma qatt m’int se titlef il‑kuraġġ jekk tikkonvinċi ruħek li fl‑imħabba, li jgħodd hu li tħobb. Tħobb lil Ġesù f’ħuk; Ġesù li dejjem jerġa’ lura, anki minn toroq oħra. Hu żgur li jqawwilek ruħek kontra l‑maltempati tad‑dinja u jħollhielek f’imħabba għal dawk ta’ madwarek; basta żżomm quddiem għajnejk li fl‑imħabba, li jgħodd hu li tħobb.

Esperjenza ta’ ħajja minn meta bdejna ngħixu flimkien, serviet biex nibdew inħobbu aħna l‑ewwel. Ma kinitx ħaġa faċli, l‑aktar fil‑bidu, li grupp ta’ tfajliet jibdew jgħixu l‑imħabba b’mod sħiħ. Konna nies bħal ħaddieħor, għalkemm Alla kien tana don speċjali biex il‑Moviment ikun jista’ jibda. U anki fostna, fir‑rabtiet ta’ bejnietna, seta’ jkun hemm it‑tfixkil u l‑unità setgħet tiddgħajjef. Pereżempju dan kien jiġri meta konna nindunaw bid‑difetti ta’ xulxin u konna nibdew niġġudikaw. Minħabba f’hekk l‑imħabba ta’ bejnietna kienet tibda tibred. Biex negħlbu din is‑sitwazzjoni, darba minnhom ħsibna li nagħmlu patt bejnietna. Dan semmejnieh ‘il‑patt tal‑ħniena’. Qtajnieha li

kull filgħodu kellna nħarsu b’mod ġdid lejn ħutna l‑bnedmin: bejnietna fid‑dar, fl‑iskola, fil‑post tax‑xogħol, eċċ... B’mod ġdid, ġdid għal kollox, billi ninsew kompletament id‑difetti u n‑nuqqasijiet tagħhom u ngħattuhom bl‑imħabba. Konna nersqu lejn kulħadd b’din il‑maħfra sħiħa f’qalbna. Kien impenn iebes li ħadnieh ilkoll flimkien u li kien jgħinna biex inkunu dejjem l‑ewwel fl‑imħabba. Hekk konna qed nimitaw ’l Alla li huwa kollu ħniena, li jaħfer u jinsa. Irrid inqum filgħodu u ngħid ħaġa waħda biss: “Inħobb jien l‑ewwel lil kull min se niltaqa’ mdawla. Hekk jgħid Ġesù: “Min iħobbni nurih lili nnifsi”. (Ġw. 14:21) Meta nħobbu ’l ħutna nkunu qed inħobbu Lilu, li dejjem juri lilu nnifsu bid‑dawl tiegħu. Xita ta’ grazzji jinżlu fuqna u fl‑aħħar tal‑ġurnata nkunu għajjenin, imma ferħanin.

Chiara Lubich 

miegħu matul dan il‑jum, ikun min ikun, irrid inħobb jien l‑ewwel, dejjem jien l‑ewwel”. Nintefa’ nħobb jiena l‑ewwel. Xi ġmiel! Dan jagħti togħma tajba lil ħajjitna, nimtlew b’ħafna grazzji għax l‑imħabba, fost affarijiet oħra, tiġbed lill‑Ispirtu s‑Santu lejha u hija kollha kemm hi

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt

This article is from: