3 minute read

Editorjal

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 15 Santa Infanzja 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 30 Dehriet tal‑Madonna 34 Poeżija 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata:

Statwa ta’ San Ġużepp mal‑faċċata tal‑Knisja ta’ San Ġużepp, li tifforma parti mill‑Istitut ta’ San Ġużepp f’Santa Venera.

Is‑Sena Ġużeppina

Kristu jinkuruna lil San Ġużepp; pittura ta’ Francisco de Zurbara.

Papa Franġisku għażel din is‑sena, mit‑8 ta’ Diċembru 2020 sat‑8 ta’ Diċembru 2021, bħala s‑sena ddedikata lil San Ġużepp, ir‑raġel ta’ Marija u l‑missier tad‑dinja ta’ Ġesù Kristu. Din l‑aħbar ħabtet mal‑150 anniversarju tal‑proklama ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal‑Knisja Universali minn Papa Piju IX fid‑dokument ‘Quemadmodum Deus’ tat‑8 ta’ Diċembru 1870. Il‑Knisja tfakkarna li fil‑Ġenna għandna ħabib b’saħħtu, li għex u ħadem għal żmien twil fid‑dell bħal tant u tant eroj li qatt ma jissemmew, li huwa kemm Patrun tal‑Ħaddiema kif ukoll Patrun ta’ Mewta Sabiħa.

Il‑Garigor ta’ San Ġużepp

Jingħad li fil‑knisja tal‑Madonna ta’ Loreto f’Santa Fe, fil‑Messiku, jinsab taraġ tond u misterjuż, li jiġbed aktar minn kwart ta’ miljun viżitatur kull sena. Il‑knisja ta’ Loreto nbniet bejn is‑sena 1873 u s‑sena 1878. Meta tlestiet, is‑sorijiet kien jeħtiġilhom isibu lil xi mastrudaxxa biex jagħmlilhom taraġ biex ikunu jistgħu jitilgħu fuq il‑gallarija tal‑kor li kien hemm fuq wara tal‑knisja, eżatt fuq il‑bieb ta’ barra. Biex jagħmlu dan it‑taraġ ġew diversi mastrudaxxi, iżda kollha stqarrew li kienet ħaġa impossibbli li jagħmlu garigor ta’ tnejn u għoxrin pied għoli fi spazju daqshekk ristrett. Allura s‑sorijiet bdew jitolbu lil San Ġużepp biex isibilhom lil xi ħadd u għamlu novena lil San Ġużepp.

Meta spiċċaw in‑novena, proprju fl‑għaxar jum, ġie raġel bil‑ħmara u ftit għodda, jitlob ix‑xogħol. Is‑sorijiet qalulu li kellhom bżonn jagħmlu garigor biex jitilgħu fil‑gallarija, iżda kienu għadhom ma sabu lil ħadd li jidħol għal din il‑biċċa xogħol. Huwa offra li jagħmel dak ix‑xogħol hu. Dam tmien xhur sħaħ jaħdem fuq dak il‑garigor u fl‑aħħar lestieh. Kien taraġ tond, kollu tal‑injam li bħalu qatt ma deher. Meta l‑garigor tlesta, il‑mastrudaxxa ma deherx aktar. Dan it‑taraġ, li għadu jeżisti sal‑lum, huwa meqjus bħala kapolavur tal‑karpenterija għar‑raġuni li fih żewġ dawriet sħaħ ta’ 360 digrì u ma ntużawx la kolla, la msiemer u lanqas viti biex sar. Dan ifisser li ma kien marbut ma mkien u l‑piż tiegħu kien kollu fuq il‑bażi tiegħu. L‑inġiniera jgħidu, li skont il‑liġi tal‑gravità, kellu jaqa’ u jsir biċċiet malli ppruvaw jitilgħu l‑ewwel tarġa. Safrattant ilu jintuża kuljum għal aktar minn mitt sena. Is‑sorijiet jemmnu li dak il‑mastrudaxxa li bena l‑garigor ma kien ħadd ħlief San Ġużepp, li sama’ t‑talb tagħhom għan‑novena li kienu għamlu.

Tliet kurżitajiet dwar dan it‑taraġ:

1. L‑identità ta’ dak il‑mastrudaxxa baqgħet mhix magħrufa.

2.L‑inġiniera ma jistgħux jifhmu kif jinsab wieqaf mingħajr arblu fin‑nofs.

3.L‑injam li ntuża ma jinstab imkien f’dak il‑pajjiiż tal‑Messiku.

Storja mibgħuta minn Salvinu Lombardi. 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm. Int tista’ tgħinni?

This article is from: