9 minute read

90 Sena ta’ Storja

MALTA MISSJUNARJA – Il-5 PARTI

Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi

Il‑kelmtejn ta’ V.D.Ciappara fuq ix‑xogħlijiet tal‑konkors letterarju missjunarju dehru f’Malta Missjunarja Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.97‑101 u kienu maqsumin kif ġej:

Is‑Sur Nin Cremona

(1) Radd ta’ Ħajr: (a) lis‑Sur Nin Cremona (1880‑1972) u l‑Prof. P.P. Saydon (1895‑1971) bħala eżaminaturi għas‑sabar li ħadu u għar‑reqqa li biha għarblu x‑xogħlijiet; (b) Lil dawk kollha li wieġbu b’ħeġġa qaddisa għall‑istedina tagħna u b’hekk urew l‑imħabba li għandhom lejn il‑missjoni u l‑ilsien Malti; (2) Sejħa liż‑Żgħażagħ Tagħna: V.D.C. jilmenta min‑nuqqas ta’ parteċipazzjoni żagħżugħa; (3) Xtaqna Aħjar: għad li l‑konkors tnieda fl‑eqqel tal‑gwerra, id‑direzzjoni xorta waħda stenniet xi ħaġa aħjar miż‑żgħażagħ, anki jekk kienet taf li ħadd ma jista’ jinġabar fi ħsibijietu kif jixtieq u jagħtihom sura, li togħġob, kif trid is‑sengħa tal‑kitba. Ħafna mix‑xogħlijiet li daħlu għall‑konkors kienu neqsin mill‑ħila biex il‑kitba tkun mill‑aħjar u milquta minn kollox; (4) Il‑Proża u l‑Poeżija: V.D.C. jagħżel li jitkellem l‑ewwel fuq il‑proża, li għall‑kuntrarju tal‑poeżija, ma titkellimx ħlief fuq ftit nies fiż‑żminijiet tagħhom biss. Skontu wkoll, il‑poeżija, miktuba f’liema żmien miktuba, tħaddan fiha ż‑żminijiet kollha u twieġeb

Prof. P.P. Saydon

għall‑mistoqsijiet u l‑ħtiġijiet ta’ ruħ il‑bniedem ta’ kull żmien u għalhekk hija dejjem eqreb lejna mill‑proża. (5) Il‑Proża: skont V.D.C. din kienet bil‑bosta aħjar mill‑poeżija minn kull aspett. Bħala eżempju jieħu n‑novella rebbieħa tal‑ewwel premju ‘Qalb ta’ Missjunarju’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.103‑5) ta’ Ġużè Galea (1901‑78). Fiha wieħed jinnota kemm hu mexxej il‑ħsieb tal‑kittieb, li jidher imħarreġ sewwa fis‑sengħa tal‑kitba, kemm hi qawwija u ħajja l‑kelma tiegħu, kemm huma mwieżna tajjeb u marbutin sewwa bejniethom il‑ħsibijiet

tiegħu, x’ħila għandu li jġibilna f’erba’ kelmiet dehra sabiħa u ħajja quddiem għajnejna, u fl‑aħħar nett x’tagħlima jħallilna tal‑kobor u tal‑ħniena ta’ min ta ruħu lil Alla, u mħabba fih jaħfer minn qalbu u jħobb tabilħaqq lil min għamillu d‑deni u kien sa jwasslu għall‑mewt.

Ciappara kellu wkoll kliem ta’ tifħir għan‑novella Atumokra1 (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.107‑8/114) ta’ Ġużi Mallia (1917‑2004), psewdonimu: Ta’ Pitanu, li b’kitbietu jġegħilna nħossu dak kollu li għaddej mill‑qalb u mir‑ruħ imħawda tal‑ħalliel. In‑novella, li ġiet fit‑tieni post, għandha kitba mexxejja, bla tlellix żejjed u bla xkiel li tieħu spunt minn ġrajja mill‑ħajja tal‑missjoni, b’tagħlima li: “Alla dejjem jaħfer lill‑midneb niedem.” U għad li fiha xi nuqqasijiet, fiha nsibu din l‑intensità psikoloġika‑drammatika, li tixraq lill‑aħjar kittieba.” Iżda għal Ciappara, in‑novella ‘Il‑Kandlieri taċ‑Ċomb’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.110‑111) ta’ Albert M. Cassola (1915‑74), psewdonimu: Barka, li ġiet fit‑tielet post, hija l‑aħjar fost kollha f’dik li hi s‑sengħa tan‑novella moderna. Fiha l‑kittieb jurina fi tliet kwadri l‑ħajja tal‑missjunarju: sejħa għall‑missjoni, fil‑qasam tal‑missjoni, mewt tal‑missjunarju u li minnha wieħed jista’ jislet tagħlima: “Meta nagħrfu s‑sejħa f’Alla, noqogħdu għaliha.” Skont Ciappara, il‑ħila li biha l‑kittieb iħallina naħsbu x’ġara minn taqsima għall‑oħra mingħajr ma jgħidilna u b’danakollu jġegħilna ngħaqqdu ġrajja m’oħra, turi bid‑dieher li hu mħarreġ tajjeb. Barra minn dan, in‑novella mill‑bidu sat‑tmiem hi ħaġa sħiħa. Ciappara jgħid xi ħaġa wkoll dwar in‑novella l‑oħra li ħadet ir‑raba’ premju: ‘Issalva Ruħ u Tmut’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941,

1 Atumokra huwa l‑isem ta’ żagħżugħ Abissin, ta’ sura twila u mimlija, felħan u ta’ dehra sabiħa li kien jgħix f’għar moħbi b’ħafna siġar, fuq waħda mill‑iġbla li jkennu r‑raħal ċkejken ta’ Dun Ġwann fil‑ġewwieni tal‑Abissinja, mgħammar minn ftit nies kollha rgħajja u bdiewa, fqar u nieqsa mit‑tagħlim Nisrani.

nri. 6‑7, pp.115‑117) ta’ Pawlu Attard, psewdonimu: Spama. Skontu, hija titkellem fuq ġrajja meħuda mill‑ħajja tal‑lum fil‑gwerra u għalhekk il‑kittieb jurina li aħna nistgħu niktbu fuq il‑missjoni jekk inħarsu ftit madwarna u nfittxu ftit x’rabta għandhom il‑ġrajjiet tal‑lum mal‑missjoni; ħaġa ewlenija li xtaqna sibna fil‑kitba li bagħtulna! B’hekk, il‑kittieb jirnexxilu jidħol f’qalb il‑patri u jikxef it‑taħbit tagħha, filwaqt li jġiegħel lill‑qarrej iħossu. Rigward il‑kitba, l‑uniku kritika li saritilha kienet l‑użu żejjed ta’ xi kliem barrani. It‑tagħlima li nieħdu minn din in‑novella: “Alla dejjem jisma’ t‑talb u x‑xewqat ta’ qalb umli u marbuta mar‑rieda tas‑superjuri.”

(6) Il‑Poeżija: il‑kritika ta’ V.D.C. hawnhekk kienet waħda ħarxa: “Tneħħi tnejn, tlieta mill‑poeżija, il‑bqija ma jgħidu xejn, il‑lehma nieqsa fihom, is‑sura mħarbta, ir‑ritmu bla widna u l‑vrejjes zopop.” Mill‑banda l‑oħra kellu tifħir għall‑poeżija rebbieħa: ‘Tliet Allat’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, pp.101‑2) fejn Karmenu Vassallo (1913‑87), psewdonimu: Melintesis Militans, bi kliem, li jaqbel ma’ ħsibijietu, bla tbatija jfehemna dak li jrid jgħid; kemm huma mexxejja l‑vrejjes, kif huma magħqudin flimkien bħal qtajjar tal‑ilma ta’ gelgul wieħed li ħiereġ minn blata, jinżel fil‑ġonna mfewħa tar‑ruħ u jisraq minnhom il‑ħlewwiet u l‑ilwien ta’ ħsibijiet imqabbla. Il‑poeżija ta’ Vassallo fiha għaxar strofi endekasillabi, imqassmin fi tliet gruppi ta’ tlieta l‑waħda u bl‑aħħar waħda għaliha, weħidha. Ħsieb: “La l‑ġid tad‑dinja, la l‑flus u lanqas l‑imħabba ta’ ħliqa, li tħobb kif trid id‑dinja, ma jistgħu jagħtu l‑hena li ġġib magħha l‑ħidma għall‑fidwa tal‑erwieħ.” Il‑poeżija li ġiet fit‑tieni post: ‘Horas non numero nisi serenas’ (Sena IX, Ġun.‑Lul. 1941, nri. 6‑7, p.106) t’Amante Buontempo (1920‑2004), psewdonimu: Felicitas, fiha disa’ strofi bil‑vers tat‑12 u rima abċb, imqassmin fi tliet partijiet: 2‑5‑2. Ħsieb: “Fil‑ġmiel u l‑ħemda tan‑natura wara nżul u fi tlugħ ix‑xemx il‑missjunarju jsib l‑hena tax‑xogħol bla heda tiegħu għall‑ġid tal‑erwieħ.” Fi kliem Ciappara, din hija poeżija sabiħa, iżda fiha xi ħsibijiet mhux ġodda. Dan il‑poeta jidher jaħseb iżżejjed u għalhekk ħsibijietu jitgħabbru b’dell mudlami u min jaqrahom ma jifhimhomx mill‑ewwel. It‑tixbih ta’ xi wħud minn ħsibijietu jaħsad il‑qarrej, bħallikieku domna ftit biex fhimna li l‑qamar huwa ‘qanpiena bi lsien bla leħen’. Madankollu, din il‑poeżija toħloq dinja għaliha, sema sabiħ ta’ ħemda u ġabra li jġibulek quddiem għajnejk dehra mistika tar‑ruħ missjunarja.

(7) Dak li ma sibniex fil‑kitba kollha: hawn qed jirreferi għan‑nuqqas t’oriġinalità li kien hemm tista’ tgħid fix‑xogħlijiet kollha; (8) Għal li Ġej: messaġġ tal‑aħħar indirizzat liż‑żgħażagħ biex ma jaqtgħux qalbhom mill‑kritika, u għal li ġej ikunu aktar kotrana u jiktbu kitba aħjar. U ieħor lir‑rebbieħa biex jibqgħu jiktbu u b’hekk jagħmluha ta’ missjunarji bil‑kitba, li twassal ’il bogħod aktar mill‑kelma. Ciappara jagħlaq il‑kelmtejn tiegħu billi jgħid: “tħarsux lejn il‑ħaġa żgħira li se tirbħu u mħabba fiċ‑ċokon tagħha ma tiktbulniex. Il‑faqar ta’ ‘Malta Missjunarja’ ma jistax jagħti aħjar! Ħarsu dejjem ’l fuq ‘l fuq fis‑smewwiet fejn Alla jrodd bil‑mija fil‑wieħed ta’ kull għemil tajjeb li tagħmlu fuq din l‑art għall‑ġieħ u s‑sebħ tiegħu.” 

A I F TH HOPE & CHAR I TY

GIFT SHOP

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u l‑5:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop

7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity

Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

Awwissu 2021 X’Qed Tistenna?

Kellimna issa biex tippjana s‑safra tiegħek għax‑xhur li ġejjin, b’moħħok mistrieħ fuq prevenzjonijiet minħabba l‑COVID‑19, divertiment garantit u bi prezzijiet għall‑but ta’ kulħadd.

Il‑Bulgarija ‑ Mill‑Ġimgħa 3 sal‑Ġimgħa 10 ta’ Settembru Jekk tixtieq tara postijiet fejn ikun diffiċli tasal mingħajr ma tmur ma’ grupp, din hija l‑ġita għalik. Il‑Bulgarija toffri ħafna opportunitajiet bil‑varjetà li fiha. F’din il‑ġita ser inżuru postijiet li mhumiex dawk tas‑soltu: Veliko Tarnovo, Arbanassi, Varna, Albena, Golden Sands, Nessebar u Plovdiv. Kollha huma partikolari tant li ma tħossokx li għadek ġol‑istess pajjiż. Mhux biss, imma għandna wkoll garanzija ta’ arti, storja, ikel bnin u ambjent naturali li jsaħħrek. Ser immorru f’bajjiet mill‑isbaħ, knejjes ta’ preġju, nisimgħu l‑leġġendi u naraw kif dan il‑pajjiż iħabbatha mal‑isbaħ pajjiżi fl‑Ewropa. Inżuru wkoll tliet postijiet fuq il‑Baħar l‑Iswed, ir‑riserva naturali Cape Kaliakra u l‑belt żgħira Balchik.

Prezz ta’ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half Board. Eskursjonijiet inklużi!

Il‑Polonja ‑ Mill‑Ħamis 16 sal‑Ħamis 23 ta’ Settembru Pajjiż mimli kultura, mogħni b’affarijiet tradizzjonali u moderniżmu sfrenat, veduti li jimmeraviljawk, kastelli misterjużi, irħula żgħar, bliet b’temp mgħaġġel u ikel verament eskwiżit. Inżuru Katowice, noqogħdu fil‑belt eleganti ta’ Krakovja, il‑kapitali tal‑għerf u tal‑ġmiel, imdawra bir‑ristoranti u ħwienet mill‑aqwa. Inżuru Citadella Wavel, id‑diversi pjazez sbieħ u knejjes li jimmeraviljawk, kif ukoll Wielizka, l‑isbaħ minjieri tal‑melħ fl‑Ewropa. Naraw ukoll il‑kampijiet ta’ konċentrament t’Auschwitz‑Birkenu u Wadowice, fejn twieled il‑maħbub qaddis Papa San Ġwanni Pawlu II. Inżuru s‑santwarju famuż ta’ Jasna Gora f’Cestokowa u s‑santwarju tal‑Ħniena Divina. Naslu wasla sa Zakopane, il‑belt fil‑Muntanji Tatras, l‑aktar imfittxija mill‑Pollakki għall‑vaganzi kemm fis‑sajf u kemm fix‑xitwa, b’bini tradizzjonali u b’bejgħ ta’ suveniers tal‑injam maħdum bis‑sengħa. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas immorru Varsavja, il‑belt kapitali li tisboq b’bosta teatri, ristoranti, mużewijiet, bars u diskoteki li huma mxerrdin f’kull parti tal‑belt. Ġranet ta’ tgawdija u ta’ mistrieħ, f’arja nadifa u f’ambjent mill‑aktar pittoresk.

Prezz ta’ €945 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Bed & Breakfast li tista’ tinqaleb Half Board għal €20 biss kull lejl. Eskursjonijiet inklużi.

Tixtieq torganizza safra mal‑familjari jew ħbieb tiegħek ġo Sqallija? Kellimna! Aħna nfasslu ġiti għall‑gosti ta’ kulħadd. YTC ‑ 227, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

YTC tinkludi l‑eskursjonijiet fil‑prezz!

4’t ibliet differenti b’veduti mill‑isbaħ jistennewna f’ġita li tisboq kull aspettattiva tal‑ġmiel naturali li ħalaq Alla Mill‑Ġimgħa 3 sal‑Ħamis 9 ta’ Settembru Ejjew magħna f’Berchtegaden il‑Ġermanja, Salzburg, Bratislava u Vjenna. Immorru wkoll Munich fejn inżuru l‑Olympic Complex u ċ‑ċentru. Nagħmlu bosta attivitajiet, bħal canoeing, hiking, għawm f’thermal pools, nirkbu dgħajsa ġol‑aktar għadira nadifa fil‑Ġermanja u nitgħaxqu b’monumenti naturali ta’ kull għamla u daqs. Naraw muntanji, widien, foresti, ġonna li qishom ħerġin minn xi pittura, toroq dojoq, pontijiet u bini grandjuż, u nżuru distillerija tal‑birra u minjiera tal‑melħ. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas inżuru ż‑zoo ta’ Schönbrunn. L‑eskursjonijiet inklużi fil‑prezz huma dik ta’ Munich, Berchtesgaden, Salzburg, Vjenna u Bratislava, fejn fl‑aħħar tnejn ikollna saħansitra gwida tal‑post.

Prezz ta’ €895 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Half board. Eskursjonijiet inklużi.

Lourdes – Pellegrinaġġ immexxi minn Dun Reno Muscat ‑ mill‑Ħadd 26 sal‑Ħamis 30 ta’ Settembru Kemm hemm minnkom li marru diġà Lourdes? Iżda ma’ kull min niltaqa’ jesprimi x‑xewqa li jerġa’ jżur il‑grotta ta’ Massabielle mimli devozzjoni lejn Sidtna Marija li dehret lil Bernardette Soubirous tul is‑sena 1858. Post fejn saru u jibqgħu jsiru l‑mirakli ma’ dawk li l‑fidi tagħhom tfejjaqhom minn kull tip ta’ mard. Nattendu l‑quddiesa internazzjonali u wara l‑purċissjoni ‘aux flambeaux’ (bix‑xemgħa f’idejna). Naraw postijiet bħal Gavarnie fuq il‑Muntanji Pirinej, il‑ Pont ta’ Napuljun, kaskati, xmajjar u xenarji mill‑isbaħ. Nirkbu ferrovija li teħodna dawra bejn il‑muntanji li jifirdu lil Franza minn ma’ Spanja. Immorru raħal ċkejken ġo Spanja u ma jistax jonqos li nerġgħu ngħixu l‑istorja tat‑tfajla l‑magħżula mill‑Madonna: Bernardette.

Prezz ta’ €615 kull persuna f’kamra ta’ 2 fuq bażi Full Board. Eskursjonijiet inklużi.

Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista’ jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 02040 SMS: 7979 2040 Imejl: info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours • Websajt: www.ytc.com.mt

This article is from: