2 minute read

San Pietru Appostlu

Patri Messikan Martri

F’Ġunju li għadda, saċerdot żagħżugħ, Patri Franġiskan, inqatel b’tiri ta’ armi tan‑nar ġejjin minn diversi direzzjonijiet, minn traffikanti tad‑droga li jappartjenu għal żewġ kartelli rivali fl‑istat ta’ Durango. In‑numru tad‑demm imħallas mill‑komunitajiet Messikani tal‑fidili vittmi huwa kbir. Dan minbarra l‑imwiet mill‑COVID‑19, fejn mill‑inqas 245 isqof, saċerdoti, djakni u reliġjużi tilfu ħajjithom. “Iktar minn 250 qassis mietu fil‑Messiku,” qal Monsinjur Alfonso Miranda Guardiola, isqof awżiljarju ta’ Monterrey u segretarju tal‑Konferenza tal‑Isqfijiet Messikani. Ir‑rapport taċ‑Ċentru Kattoliku Multimedia rrapporta fl‑aħħar ta’Marzu, 245 mewt fost isqfijiet, saċerdoti, djakni u reliġjużi. Iżda dawn huma ċifri parzjali, minħabba li mhux id‑djoċesijiet kollha jikkollaboraw billi jibagħtu minnufih listi aġġornati. Patri Juan Antonio Orozco ta’ 33 sena, kien fi triqtu biex jiċċelebra quddiesa fil‑komunità Tepehuana ta’ Pajaritos meta xita ta’ balal temmitlu ħajtu. Kien it‑12 ta’ Ġunju, lejlet il‑festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, figura sinifikanti għall‑familja Franġiskana, li l‑vjolenza temmet l‑eżistenza ta’ dan il‑patri żagħżugħ, vittma tal‑gwerra tal‑kartell tad‑droga Messikana. Il‑Franġiskan reċentement kien kappillan tal‑parroċċa f’Santa Luċija, fl‑istat ta’ Zacatecas, art rikka fl‑istorja, inkluża waħda Franġiskana, fit‑tramuntana tal‑Messiku, u kien sejjer lejn il‑komunità ta’ Pajarito, żona ġirien. Abbord vann miftuħ,

Ritratt: fides.org

akkumpanjat minn xi parruċċani, sab ruħu f’nofs sparatura fil‑muniċipalità ta’ Tepehuanes, fl‑istat ta’ Durango. Għal bosta snin, il‑kartelli Sinaloa u Jalisco Nueva Generacion (CJNG) ilhom jiġġieldu biex jirbħu ż‑żoni mill‑Paċifiku sal‑fruntieri mal‑Istati Uniti. Drogi, iżda wkoll armi, prostituzzjoni u fidwa tal‑maħtufa, huma l‑bażi tan‑negozju tal‑miljunarju. Din id‑darba kien imiss lill‑Patri Juan Antonio li jsib ruħu f’nofs il‑ħruq bejn gruppi kriminali fil‑fruntieri tal‑istati ta’ Durango u ta’ Zacatecas.

Fl‑ewwel erba’ xhur ta’ din is‑sena, 11,595 persuna tilfu ħajjithom bħala vittmi ta’ qtil jew femiċidju. Bħala medja, kważi 80 ruħ jinqatlu kuljum, ferita li minkejja t‑tamiet għall‑bidla tal‑President tal‑Messiku Andrés Manuel Lopez Obrador, tkompli tnixxi. L‑attakki sorpriża kontra r‑rgħajja u dawk li jemmnu, fosthom lajċi impenjati li jgħixu l‑Evanġelju f’art diffiċli bħall‑Messiku, iżidu uġigħ ma’ dak ikkawżat minn massakru ieħor silenzjuż: dak ikkawżat mill‑pandemija li ħasad ukoll lil dawk li jistinkaw biex jibqgħu qrib il‑morda u fil‑bżonn. 

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

This article is from: