Malta Missjunarja Awwissu 2021

Page 6

Awwissu 2021

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Awwissu 2021 Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni – Il‑Knisja

“Nitolbu għall‑Knisja, sabiex hija tirċievi mill‑Ispirtu s‑Santu l‑grazzja u l‑qawwa għat‑tiġdid tagħha nfisha fid‑dawl tal‑Evanġelju.”

I

l‑Knisja hija s‑sagrament universali tas‑salvazzjoni kif jgħidilna l‑Konċilju Vatikan II fil‑Kostituzzjoni Dommatika dwar il‑Knisja, Lumen Gentium, tal‑21 ta’ Novembru 1964 fin‑numru 9: “Alla ġabar lil dawk kollha 6

li jħarsu lejn Kristu bħala l‑awtur tas‑salvazzjoni u l‑prinċipju tal‑unità u tal‑paċi, u waqqafhom bħala Knisja sabiex din tkun għall‑bnedmin kollha u għal kull wieħed minnhom sagrament viżibbli ta’ din l‑unità salvifika”. Din il‑komunjoni ekkleżjali hija mibnija fuq il‑fidi, fuq is‑sagramenti u fuq il‑ministeru pastorali. Il‑Lumen Gentium tkompli turina ’l‑Knisja bħala misteru, sagrament, waħda qaddisa Kattolika, appostolika, radikata fi Kristu, il‑Ġisem ta’ Kristu, il‑poplu t’Alla, ewkaristika, ġerarkika u pellegrina.

Dan il‑ħsieb insibuh ukoll fil‑Kostituzzjoni Pastorali dwar il‑Knisja fid‑dinja tal‑lum tal‑Koncilju Vatikan II, Gaudium et Spes tas‑7 ta’ Dicembru 1965, fejn fin‑numru 5 tgħid li: “Il‑Knisja hija s‑sagrament universali tas‑salvazzjoni li juri u fl‑istess ħin iwettaq il‑misteri tal‑imħabba t’Alla lejn il‑bnedmin”. F’dan il‑ħsieb ta’ sagrament li aħna applikajna għall‑Knisja, qegħdin nifhmu dejjem bl‑għaqda li hemm bejn r‑realtà u l‑azzjoni divina, il‑ġrajja tas‑sinjali terrestri li dejjem hija mimlija bir‑realtà tal‑azzjoni u tal‑grazzja t’Alla.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.