Malta Missjunarja Awwissu 2021

Page 4

Awwissu 2021

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Id‑Domma tal‑Assunzjoni ta’ Marija

L-Assunzjoni ta’ Marija tal-artist rinaxximentali Taljan Titian.

F

’nofs il‑qilla tas‑sajf, il‑Knisja tiċċelebra waħda mill‑festi solenni ta’ Marija: l‑Assunta jew kif inhi iżjed magħrufa, Santa Marija. Din il‑festa hija popolari ħafna magħna hekk li diversi parroċċi f ’Malta u Għawdex għażlu l‑Assunta biex tkun il‑patruna tar‑raħal jew tal‑belt tagħhom. Barra dan, ma’ din il‑festa hemm marbuta l‑ġrajja tas‑salvazzjoni ta’ dawn il‑gżejjer fl‑eqqel tat‑Tieni Gwerra Dinjija. 4

Il‑popolazzjoni ta’ dawn il‑gżejjer kienet ilha tbati l‑ġuħ u l‑proviżjoni tal‑ikel kienet dejjem tonqos. Ikel kien fadal biss għal ftit jiem. Il‑Gvernatur, Lord Gort, kien qiegħed jibża’ li l‑flotta Taljana tinvadi lil Malta. Mons. Mikiel Gonzi, li f ’dak iż‑żmien kien isqof t’Għawdex, kien providenzjali għaliex ipperswada lill‑bdiewa Għawdxin biex jagħtu l‑qamħ li kienu għadhom kemm ħasdu lil Malta. Dan il‑fatt għen biex Malta setgħet tirreżisti ftit ġimgħat oħra. Imma Marija semgħet it‑talb tal‑poplu li kien jitlobha bil‑ħerqa bit‑talba tar‑Rużarju. Ftit wara, daħlu fil‑Port il‑Kbir tliet bastimenti nofshom imkissra: Port Chalmers, Rochester Castle u Melbourne Star, mgħobbija bl‑ikel meħtieġ fost il‑ferħ tal‑poplu Malti. Iżda ftit kienu jafu li Malta kienet teħtieġ iż‑żejt biex tkompli tirreżisti l‑ħruxija tal‑gwerra. Kien nhar Santa Marija, li l‑vapur Ohio, nofsu imniżżel u sostnut minn kull naħa tiegħu mill‑bastimenti HMS Penn

u HMS Bramham, daħal fil‑port biż‑żejt meħtieġ. Bir‑raġun kollu, dan il‑konvoj li salva lil Malta baqa’ magħruf bħala l‑konvoj ta’ Santa Marija. Imma fiex tikkonsisti din il‑festa hekk għażiża? Fil‑qosor din il‑festa solenni turina li l‑Immakulata dejjem Verġni Marija, Omm Alla, wara li temmet il‑kors ta’ ħajjitha fuq din l‑art, kienet meħuda bil‑ġisem u r‑ruħ fil‑glorja tal‑ġenna. Il‑Knisja mhux dejjem għarfet u stqarret din il‑verità tal‑fidi bl‑istess mod ċar u definittiv li bih tagħrafha u tistqarrha llum. Matul il‑medda tas‑snin, il‑Knisja, taħt il‑ħarsien tal‑Ispirtu s‑Santu, għamlet progress fl‑għarfien u fl‑istqarrija tagħha. Fil‑bidu nett tal‑istorja tagħha, il‑Knisja ma jidhirx li kellha informazzjoni storika dwar it‑tmiem tal‑ħajja ta’ Marija. Infatti, l‑Evanġelji jkellmuna b’enfasi fuq


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Awwissu 2021 by Missio Malta - Issuu