SANTA INFANZJA – DUN VICTOR AGIUS
Awwissu 2021
Skola fuq l‑Andes
B
olivar hija belt ċkejkna ta’ 2,500 ruħ, fil‑qalba tal‑Andes, fil‑Peru, f’għoli ta’ 3,200 metru. It‑territorju tagħha jinkludi 30 raħal żgħir, imxerrda fuq territorju enormi u fejn l‑ivvjaġġar huwa wisq diffiċli. Biex tasal għal dan il‑post minn Lima, il‑belt kapitali, trid tivvjaġġa għal 31 siegħa u l‑aħħar tmien sigħat fuq trejqat imħarbta għall‑aħħar. Hawnhekk, l‑aktar mezz komuni tat‑trasport huwa d‑debba. Biex tasal f’xi wħud mill‑irħula tieħu jumejn sejjer fuq id‑debba. Skond l‑istatistiċi tan‑Nazzjonijiet Magħquda, f’Bolivar,
l‑iżvilupp uman huwa aktar ’l isfel minn dak tan‑Niġer, li jinsab fl‑aħħar post fl‑istatistiċi tal‑2019. Ħafna min‑nies jgħixu mill‑agrikoltura, ikabbru patata, qamħ għall‑annimali u jrabbu xi baqra għall‑ħalib. Xi ftit jirnexxilhom isibu xogħol f’xi postijiet pubbliċi (fi skola jew fil‑muniċipju), waqt li l‑maġġoranza taż‑żgħażagħ jinżlu jfittxu x‑xogħol mal‑kosta tal‑baħar: l‑irġiel f’xogħol agrikolu u n‑nisa f’xogħol domestiku ma’ xi familja. Minħabba dan, is‑sitwazzjoni li jinsabu fiha ġġiblek għajnejk wara widnejk. F’Bolivar hemm faxxa ta’ età li hija nieqsa
kompletament. Għandek it‑tfal u għandek l‑anzjani; it‑tfal jgħixu man‑nanniet. Il‑proġett ‘Skola fuq l‑Andes’ beda mill‑kappillan ta’ Bolivar, Dun Emeterio Castaneda, li nduna li ħafna mit‑tfal ma jmorrux l‑iskola, kemm minħabba d‑distanzi kbar u kemm minħabba li ħafna familji jkollhom jinqdew bit‑tfal biex jaħdmu l‑art. Dun Emeterio beda billi fetaħ skola żgħira fil‑qalba tal‑parroċċa, u beda jmur minn dar għall‑oħra u b’kollox ġabar 80 tifel u tifla. Sab dar kbira, li ħadha b’kera u użaha bħala skola. In‑numru tat‑tfal malajr 15