MARATONA HOPE MISSIO FEST
April 2022
Il‑‘Qattiel Sieket’ tal‑Albini Afrikani
F
anileti Nangwale, minn Chikwawa, fir‑Reġjun tan‑Nofsinhar fil‑Malawi, hija omm albina ta’ ħamest itfal. Xi snin ilu, hija sfat maħruqa ħajja minn xi nies li jemmnu li l‑albini huma saħta u jġibu xorti ħażina. Mill‑banda l‑oħra, fil‑Malawi u f ’pajjiżi oħra qrib, nies albini bħal Fanileti huma mfittxija biex jinqatlu għaliex jemmnu li partijiet minn ġisimhom
8
Maratona fuq it-TV
iġibu risq tajjeb u saħħa. L‑omm tgħix kull ġurnata muġugħa minħabba l‑ħruq li ġarrbet u l‑ġrieħi li għandha kkawżati mix‑xemx. Fost oħrajn l‑omm spiċċat bla xagħar u xofftejha mikulin. Din hija kundizzjoni li taffettwa lill‑albini Afrikani, li minħabba l‑ġilda ċara u delikata tagħhom jispiċċaw litteralment maħruqin bix‑xemx, li fl‑Afrika hija qawwija ħafna. Bi ftit flus din l‑omm tista’ faċilment ittaffi xi ftit mill‑uġigħ li għaddejja minnu u fl‑istess ħin tipproteġi l‑ġilda tagħha, dan billi jinxtrawlha l‑krema ta’ kontra x‑xemx u l‑mediċina. Sfortunatament, il‑ħsara diġà saret u Fanileti llum il‑ġurnata żviluppalha kanċer tal‑ġilda. Idealment hija tibqa’ ġewwa
b’risq il-Missjoni
tistkenn mill‑qilla tax‑xemx, iżda l‑omm ikollha toħroġ taħdem fl‑għelieqi sabiex tmantni lil uliedha. Fl‑eqqel tal‑ġurnata fl‑għelieqi ma jkunx hemm nitfa dell fejn Fanileti tkun tista’ tistkenn jew forsi żżomm umbrella f ’idha, għaliex inkella kif ser taħdem? Dak li għalina l‑Ewropej, li napplikaw il‑krema ta’ kontra x‑xemx huwa neċessità bażika speċjalment fix‑xhur sħan tas‑sajf, għall‑albini fl‑Afrika, dan huwa lussu li ma jifilħux għalih. Il‑faqar jaqbad lill‑albini f ’ċiklu vizzjuż fejn ħafna minnhom jispiċċaw jaħdmu fl‑għelieqi barra fix‑xemx u l‑espożizzjoni tagħhom għax‑xemx ta’ kuljum flimkien mal‑kundizzjoni tagħhom li ma jkollhomx melanin fil‑ġilda biex jipproteġihom, għandhom riskju wisq ogħla li jbatu l‑kanċer tal‑ġilda. Protezzjoni mix‑xemx