
3 minute read
Il‑Qaddisa tax‑Xahar
Santa Margerita ta’ Castello
Margerita kienet mara li għexet fis‑Sekli 13 u 14 fl‑Italja. Hija twieldet f’Peruġja u kienet membru tal‑Ordni Dumnikan. Il‑ħajja tagħha kienet straordinarja. Hija twieldet nieqsa mid‑dawl u b’diżabilità f’daharha li kien kważi impossibbli li timxi. Il‑ġenituri tagħha kienu nobbli u moħħhom kien biss f’li binthom ma tagħmilx isem ħażin lill‑familja tagħhom peress li dak iż‑żmien persuna b’diżabilità kienet stigma. Huma kienu jgħidu li Margerita kienet mietet fit‑twelid, imma fil‑fatt kienu jżommuha priġuniera f’kamra ftit ’il bogħod mill‑kappella tal‑familja tagħhom. Il‑bieb ta’ din il‑kamra kien issiġillat u kienu jgħaddulha l‑ikel fuq gabarrè minn taħt il‑bieb. Qassis biss seta’ jiltaqa’ magħha u jkellimha mit‑tieqa biex jgħallimha l‑katekiżmu u jqarbinha. il‑familja tibdel id‑dar, il‑ġenituri, determinati li ħadd ma jsir jaf b’binthom, reġgħu għalquha f’ċella. Kien f’dan iż‑żmien li Margerita kibret ħafna fil‑fidi. Meta kellha ħmistax‑il sena, il‑ġenituri tagħha ħaduha l‑knisja f’raħal jismu Castello, fejn kienu qed iseħħu ħafna mirakli. Ommha ħasbet li hemm Margerita setgħet tfiq. Imma Margerita baqgħet ma fiqitx u għalhekk il‑ġenituri tagħha abbandunawha u telqu lejn darhom. Kienu n‑nies tal‑lokal li ħadu ħsiebha. Margerita kienet torqod f’xi indana jew fit‑toroq. It‑tallaba kienu jgħallmuha tittallab u xi familji kienu jagħtuha kenn meta tkun il‑kesħa. Żmien wara, Margerita sabet kenn għand id‑Dumnikani tal‑lokal u hemm saret ferventi fil‑fidi tagħha. Hija kienet tħobb ħafna lin‑nies ta’ Castello li laqgħuha minn qalbhom. Meta saret Dumnikana Terzjarja ddeċidiet li tgħix ħajjitha għal dawn in‑nies li tant ħabbewha. Hija fetħet skola fir‑raħal għat‑tfal biex tgħallem il‑katekiżmu, u kienet tmur iżżur lill‑priġunieri u tgħallem il‑katekiżmu hemm ukoll, tant li xi wħud minnhom ikkonvertew. Margerita ħadet ħsieb lill‑morda u ’l‑moribondi. Kienet hemm għan‑nies ta’ Castello u kienet titlob magħhom ħafna, tant li n‑nies ħabbewha.
Santa Margerita mietet fl‑1320 fl‑età ta 33 sena. In‑nies ta’ Castello riduha tindifen fil‑knisja tagħhom, unur riservat biss

għall‑qassisin u għan‑nobbli. Jingħad li meta kienu qed ilestuha għad‑difna, huma u jidilkuha biż‑żejt, sabu tliet ħaġriet f’qalbha li fuqhom kien hemm impittra l‑ikoni ta’ San Ġużepp, il‑Madonna u l‑Bambin Ġesù rispettivament. Il‑membri tal‑Familja Mqaddsa kienu s‑sigriet tal‑ferħ ġewwieni tagħha sabiex setgħet tilqa’ b’tant ferħ l‑iktar provi ħorox li kellha f’ħajjitha: in‑nuqqas ta’ dawl, il‑mard u ċ‑ċaħda. Il‑Mulej qatt ma ħallieha waħedha u hi kienet taf timla l‑vojt li ħallitilha l‑familja tagħha bil‑preżenza tal‑Familja Mqaddsa f’qalbha. Ir‑raħal kollu attenda għall‑funeral tagħha u jingħad li dakinhar tifla li ma kenitx timxi fieqet waqt il‑quddiesa tal‑funeral ta’ din il‑qaddisa ddikjarata Beata fl‑1609. F’April 2021, Papa Franġisku ddikjaraha qaddisa wara li kkonferma li d‑devozzjoni lejn Margerita kienet ilha teżisti u kienet miżjuda wkoll fil‑kalendarju universali tal‑Knisja. Il‑festa tagħha hija ċċelebrata fit‑13 ta’ April.
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal: Tel: Kodiċi Postali:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
PAULINE PAULINE
1799 ‑ 1862



Pauline M. Jaricot waqqfet dik li kellha ssir l‑akbar organizzazzjoni ta’ appoġġ għall‑missjonijiet fid‑dinja kollha, b’120 uffiċċju f’pajjiżi differenti. Il‑200 Sena Anniversarju tal‑Assoċjazzjoni tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi.



