
4 minute read
Katidral Kattoliku Fiċ‑Ċina
Katidral Iddedikat lil San Ġużepp
Tul il‑missjonijiet edukattivi tiegħi fiċ‑Ċina mhux darba jew tnejn li jkolli mmur ngħallem l‑Ingliż fil‑belt famuża ta’ Tianjin. Hawn ma ngħallimx biss l‑Ingliż, iżda nwettaq appostolat ieħor mal‑familji kif ukoll mat‑tfal minn familji foqra. Din il‑belt hija magħrufa ħafna għall‑Katidral Kattoliku ddedikat lil San Ġużepp. Il‑belt ta’ Tianjin hija wkoll magħrufa bl‑isem ta’ Tientsin, belt Metropolitana fit‑Tramuntana taċ‑ċentru taċ‑Ċina. Tianjin għandha popolazzjoni ta’ 15,469,500 miljun ruħ u hija s‑sitt belt l‑aktar popolata fid‑dinja. Din il‑belt tinsab fuq il‑fruntiera tal‑Provinċja ta’ Hebei u hija meqjusa bħala l‑ikbar belt mal‑kosta fit‑Tramuntana taċ‑Ċina. Tianjin hija wkoll meqjusa bħala r‑raba’ l‑ikbar belt fiċ‑Ċina wara l‑bliet ta’ Shanghai, Beijing u Guangzhou. Il‑ħitan li jdawru din il‑belt inbnew fl‑1404 u fl‑1860 il‑belt saret port marittimu għall‑kummerċ peress li tmiss max‑Xmara Hai, xmara li tgħaqqad flimkien żewġ xmajjar oħra, ix‑Xmara s‑Safra u x‑Xmara Yangtze. Tul il‑perijodu tad‑dinastija Qing, f’din il‑belt inbnew diversi binjiet bi stil arkitettoniku Ewropew. Il‑famuż Katidral Kattoliku ta’ Tianjin, li huwa ddedikat lil San Ġużepp, jissejjaħ biċ‑Ċiniż Xikāi Táng (西開堂) u jinsab fiċ‑ċentru kummerċjali tal‑belt u xi darba kien meqjus bħala d‑Distrett Franċiż; eżattament fin‑Nofsinhar ta’ Binjiang Dao fid‑Distrett ta’ Heping. Illum dan il‑Katidral Kattoliku huwa l‑ikbar Knisja Kattolika fil‑belt u huwa meqjus bħala wieħed mill‑monumenti arkitettoniċi tal‑belt ta’ Tianjin. Kien fl‑1912, li s‑Santa Sede ħarġet editt li bih twaqqfet is‑sede veskovili tal‑belt ta’ Tianjin. L‑ewwel isqof tal‑Katidral ta’ San Ġużepp kien Monsinjur Paul‑Marie Dumond li kien membru tal‑kongregazzjoni Franċiża tal‑missjonijiet. Il‑bini tal‑katidral beda f’Awwissu tal‑1913 u kull ġebla ġiet impurtata minn Franza. Il‑katidral

tlesta f’Ġunju tal‑1916 u sar il‑katidral principali tad‑Djocesi ta’ Tianjin. Mons. Dumond fetaħ ukoll skola primarja fil‑belt u ddedikaha wkoll lil San Ġużepp. Fl‑10 t’Ottubru 1916 beda l‑inkwiet bejn il‑pulizija Franċiża u dawk lokali fil‑belt ta’ Tianjin, tant li l‑puliżija Franċiża ġiet ordnata tbaxxi l‑armi. Iktar tard din it‑tensjoni u dawn l‑irvellijiet ġew ikkalmati. Però fit‑23 t’Awwissu 1966, l‑Armata Ħamra Ċiniża ħadet f’idejha ż‑żona tal‑belt ta’ Tianjin u f’din il‑battalja ntlaqtu t‑tliet kampnari tal‑knisja.

Fl‑1976, it‑terremot ta’ Tangshan li ħakem ukoll il‑belt ta’ Tianjin, ikkawża ħsarat strutturali fil‑binja tal‑katidral u ż‑żewġ kampnari sofrew ħsarat kbar. Kien fl‑1979 li beda x‑xogħol ta’ restawr fuq il‑ħsarat li seħħew fil‑binja tal‑katidral, u x‑xogħol tlesta fl‑1980. F’Awwissu tal‑1991, il‑Katidral ta’ San Ġużepp ġie meqjus bħala bini ta’ wirt kulturali fil‑belt ta’ Tianjin. L‑istil arkitettoniku tal‑Katidral huwa wieħed Romanesk u jesa’ fih madwar 1,500 persuna. Il‑koppla tal‑katidral hija miksija bir‑ram, u fuqha twaħħal salib tal‑bronż. Għal żmien twil il‑koppla
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB
ta’ dan il‑katidral kienet waħda mill‑ogħla binjiet fil‑belt, imma mbagħad mal‑modernizzazzjoni tal‑belt inbena bini ħafna aktar għoli. Interressanti ngħidu li l‑ħitan tal‑katidral huma miksijin b’madum taċ‑ċeramika isfar u aħmar li jkomplu jsebbħu dan l‑imkien. Il‑katidral fih ukoll twieqi kbar tondi, 14‑il kolonna kbira kif ukoll orgni mill‑isbah. Fuq in‑naħa ta’ wara l‑katidral għandu żewġ entraturi, waħda għall‑irġiel u l‑oħra għan‑nisa. Il‑koppla għandha forma ottagonali li tikkumplimenta ħafna lit‑twieqi ottagonali tal‑ġnub li huma magħmulin minn ħġieġ ikkulurit. Isebbħu wkoll lill‑katidral minn ġewwa hemm diversi pitturi b’xeni Bibliċi. Ta’ kull nhar ta’ Ħadd, fil‑11:30 ta’ filgħodu, tiġi ċċelebrata quddiesa bl‑Ingliż. Din kien bdieha Dun Joseph Loftus fl‑2007. Tajjeb ngħidu wkoll li San Ġużepp huwa l‑patrun qaddis ta’ 10 pajjiżi, li huma: l‑Awstrija, il‑Belġju, il‑Boħemja, il‑Kanada, il‑Kroazja, il‑Korea, il‑Messiku, il‑Peru, il‑Vjetnam kif ukoll iċ‑Ċina. Għalhekk, fit‑talb tagħna għaċ‑Ċina ninvokaw dejjem l‑interċessjoni ta’ San Ġużepp sabiex il‑Mulej jibqa’ jbierek dan il‑pajjiż, b’mod speċjali lill‑Insara Ċiniżi. Nitolbu wkoll ħalli jasal iż‑żmien li l‑Gvern Ċiniż jerġa’ joħloq trattat ta’ paċi u ftehim diplomatiku mas‑Santa Sede biex b’hekk l‑Insara Kattoliċi Ċiniżi li jipprattikaw il‑fidi bil‑moħbi, ikunu jistgħu jagħmlu dan fil‑libertà u fil‑beraħ.


RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt