
2 minute read
Messaġġ mid‑Direttur
Kristu Qam Tassew Mill‑Mewt
“Morru malajr għidu lid‑dixxipli tiegħu li huwa qam mill‑imwiet.” Dan kien l‑amar mogħti mill‑anġli lin‑nisa, wara li dawn marru biex, skont id‑drawwa ta’ dak iż‑żmien, jidilku il‑ġisem mejjet ta’ Ġesù. Illum, dan l‑istess amar huwa mogħti lilna lkoll. Permezz tas‑Sagrament tal‑Magħmudija, aħna tassew indfinna ma’ Ġesù u qomna miegħu biex ngħixu mhux aktar għalina nfusna, imma għalih li miet u rxoxta għalina. Għalhekk, aħna lkoll msejħin biex inxandru mhux sett ta’ regoli; x’għandna jew m’għandniex nagħmlu, imma nxandru lil Kristu li kien tassew mejjet, imma li qam tassew mill‑mewt.
Il‑missjoni tagħna bħala Nsara llum hija li ngħinu lill‑oħrajn jagħmlu din l‑esperjenza ħajja ta’ Kristu Rxoxt fil‑ħajja tagħhom. Din il‑missjoni nistgħu nwettquha daqskemm aħna qegħdin nippruvaw ngħixu din l‑esperjenza. Ħadd ma jista’ jagħti minn dak li m’għandux. Hekk ukoll aħna, ma nistgħux inkunu t‑triq għal ħaddieħor biex isib lil Kristu, jekk aħna
‘The Pious Women at Christ's Tomb’ hija pittura taż‑żejt fuq tila ta’ madwar is‑Sena 1600 ta’ Annibale Carraci. Din il‑pittura lllum tinsab fil‑Mużew tal‑Eremitaġġ f’San Pietruburgu. ma nkunux diġà f’din it‑triq. Ġesù, la huwa ħaj, illum irid jiltaqa’ magħna fl‑ispirtu tiegħu, kif iltaqa’ mad‑dixxipli tiegħu. Kristu jrid jibdilna, iġeddidna u jagħmilna nies ‘ġodda’. L‑esperjenza ta’ Kristu Rxoxt għenet lid‑dixxipli jirbħu t‑trawma li kienu għaddew minnha ftit tal‑jiem qabel, meta dawn raw lil Kristu minxur fuq is‑salib. Issa rebħu l‑biża’ u ħarġu jistqarru quddiem kulħadd li Kristu qam tassew mill‑mewt. Hekk li l‑kapijiet tal‑Lhud wara li raw il‑kuraġġ li bih Pietru u Ġwanni kienu tkellmu, baqgħu mistagħġba bihom, għax kienu jafu kemm dawn kienu nies sempliċi u bla tagħlim, u fiehmu sewwa li kienu nies ta’ madwar Ġesù. (Atti 4:13)

L‑appostli, minkejja kull theddid u swat, ma setgħux
ma jitkellmux dwar dak kollu li kienu għaddew minnu. Aħna llum, kemm qegħdin nagħmlu l‑istess? Kemm qegħdin nuru li aħna ta’ Ġesù Rxoxt? Dan irridu nwettquh mhux biss bil‑kliem, imma fuq kollox bl‑imġiba ta’ ħajjitna. Id‑dinja trid tara biex temmen. Id‑dinja temmen li Kristu qam tassew daqskemm tara lilna, li ngħidu li aħna ta’ Kristu, ngħixu b’mod ġdid. L‑ewwel Insara rebħu d‑dinja pagana għal Kristu billi fittxew li jkunu ħaġa waħda bejniethom. “Dawk kollha li kienu jemmnu kienu ħaġa waħda, u kienu jaqsmu kollox bejniethom, ibigħu ġidhom u kulma kellhom, u jqassmu d‑dħul bejn kulħadd, skont il‑ħtieġa ta’ kull wieħed.” (Atti 3:43) Il‑pagani kienu jiskantaw b’dawn l‑Insara xħin jarawhom iħobbu tassew lil xulxin. Min ma jafx li aħna Nsara, qiegħed jagħrafna li aħna dixxipli ta’ Kristu bil‑mod li qegħdin ngħixu? Kif Kristu waqaf mal‑ewlenin Insara, hekk illum jieqaf magħna biex aħna nkunu xhieda ħajja tiegħu.

DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL‑MISSJONI
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
B’SMS ta’ €6.99 tkun qed B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla tixtri l‑kotba għal tifel jew għal sena skolastika. tifla għal sena skolastika.
B’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ B’SMS ta’ 2.33 tkun qed 7 t’itfal għal ġurnata. titma’ 7t itfal għal ġurnata.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962
