
5 minute read
Maratona Hope MissioFest
Il‑‘Qattiel Sieket’ tal‑Albini Afrikani
Fanileti Nangwale, minn Chikwawa, fir‑Reġjun tan‑Nofsinhar fil‑Malawi, hija omm albina ta’ ħamest itfal. Xi snin ilu, hija sfat maħruqa ħajja minn xi nies li jemmnu li l‑albini huma saħta u jġibu xorti ħażina. Mill‑banda l‑oħra, fil‑Malawi u f’pajjiżi oħra qrib, nies albini bħal Fanileti huma mfittxija biex jinqatlu għaliex jemmnu li partijiet minn ġisimhom iġibu risq tajjeb u saħħa. L‑omm tgħix kull ġurnata muġugħa minħabba l‑ħruq li ġarrbet u l‑ġrieħi li għandha kkawżati mix‑xemx. Fost oħrajn l‑omm spiċċat bla xagħar u xofftejha mikulin. Din hija kundizzjoni li taffettwa lill‑albini Afrikani, li minħabba l‑ġilda ċara u delikata tagħhom jispiċċaw litteralment maħruqin bix‑xemx, li fl‑Afrika hija qawwija ħafna. Bi ftit flus din l‑omm tista’ faċilment ittaffi xi ftit mill‑uġigħ li għaddejja minnu u fl‑istess ħin tipproteġi l‑ġilda tagħha, dan billi jinxtrawlha l‑krema ta’ kontra x‑xemx u l‑mediċina. Sfortunatament, il‑ħsara diġà saret u Fanileti llum il‑ġurnata żviluppalha kanċer tal‑ġilda. Idealment hija tibqa’ ġewwa tistkenn mill‑qilla tax‑xemx, iżda l‑omm ikollha toħroġ taħdem fl‑għelieqi sabiex tmantni lil uliedha. Fl‑eqqel tal‑ġurnata fl‑għelieqi ma jkunx hemm nitfa dell fejn Fanileti tkun tista’ tistkenn jew forsi żżomm umbrella f’idha, għaliex inkella kif ser taħdem?
Dak li għalina l‑Ewropej, li napplikaw il‑krema ta’ kontra x‑xemx huwa neċessità bażika speċjalment fix‑xhur sħan tas‑sajf, għall‑albini fl‑Afrika, dan huwa lussu li ma jifilħux għalih. Il‑faqar jaqbad lill‑albini f’ċiklu vizzjuż fejn ħafna minnhom jispiċċaw jaħdmu fl‑għelieqi barra fix‑xemx u l‑espożizzjoni tagħhom għax‑xemx ta’ kuljum flimkien mal‑kundizzjoni tagħhom li ma jkollhomx melanin fil‑ġilda biex jipproteġihom, għandhom riskju wisq ogħla li jbatu l‑kanċer tal‑ġilda. Protezzjoni mix‑xemx
Maratona fuq it-TV b’risq il-Missjoni
effettiva tgħin lill‑albini jipproteġu lilhom infushom mir‑raġġi tax‑xemx qawwija tal‑Ekwatur.
Grazzi għal diversi donazzjonijiet, Missio qed jgħin lil Fanileti fil‑bżonn bażiku tal‑mediċina u l‑krema kontra x‑xemx. L‑omm ilha snin twal tbati kemm bil‑problema tal‑ġilda kif ukoll il‑faqar. Riċentament, kawża ta’ għargħar li laħaq ir‑raħal fejn tgħix, Fanileti u ħafna familji oħra tilfu djarhom. Bħalissa l‑omm qed tgħix f’gorboġ flimkien ma’ ommha. Huma m’għandhomx biżżejjed ikel u lanqas ħtiġijiet oħra. Dan, flimkien maż‑żjarat li trid tagħmel fl‑isptar, qed jagħmlu l‑ħajja tagħha diffiċli ħafna. Għalhekk, Missio qed jitlob l‑għajnuna tagħkom sabiex għal darba oħra nerġgħu ngħinu lil Fanileti kif ukoll familji oħra fil‑Malawi jibnu djarhom mill‑ġdid ħalli jgħixu ħajjithom b’dinjità. Grazzi tad‑donazzjonijiet tagħkom.

Ngħinuhom Ikunu Dak Kollu li Jistgħu Jkunu
L‑ilma fiżiku u spiritwali huma vitali għall‑iżvilupp tagħna. L‑ilma huwa ħtieġa bażika, iżda għal ħafna nies madwar id‑dinja, mhuwiex aċċessibbli faċilment. Imgeddes fl‑għoljiet muntanjużi tal‑Grigal tal‑Indja hemm l‑Istat ta’ Nagaland, fejn, minħabba l‑bogħod li fih jinsab, ħafna nies m’għandhomx aċċess għall‑elettriku jew għall‑ilma ġieri, aħseb u ara għall‑edukazzjoni u għall‑opportunitajiet ta’ karrieri varjati.

B’xorti tajba l‑Eden Gardens Children’s Home toffri lill‑aktar minn 250 tifel u tifla edukazzjoni mimlija opportunitajiet, kif ukoll dar sigura li tissodisfa l‑bżonnijiet fiżiċi u spiritwali tagħhom. Immexxija mis‑saċerdoti Ġiżwiti Patri Raymond De Souza u Patri Rajesh Lobo, id‑dar tgħin biex iħejju lit‑tfal għall‑futur tagħhom ħalli jsegwu l‑ħolm tagħhom li jista’ jkun differenti mill‑biedja ta’ sussistenza tradizzjonali jew il‑kummerċ lokali komuni fir‑reġjun tagħhom. Peress li dawn it‑tfal huma l‑ewwel ġenerazzjoni ta’ studenti

li qed jistudjaw, isibuha diffiċli biex jitgħallmu, iżda min‑naħa l‑oħra jsibu affarijiet oħra faċli, bħall‑mużika u l‑isports.
Vikhonuo, tfajla ta’ 15‑il sena, ilha tgħix fid‑dar għal dawn l‑aħħar erba’ snin, minn meta l‑ġenituri tagħha sseparaw u l‑edukazzjoni li tirċievi tippermettilha taħdem lejn il‑viżjoni tagħha għall‑futur tagħha. Hija tixtieq issir disinjatriċi sabiex taqla’ l‑għajxien ħalli tkun tista’ tgħin lill‑ġenituri tagħha. Vikhonuo trid li l‑ġenituri tagħha jkunu kuntenti b’dak li se ssir fil‑futur. Bħal Vikhonuo, it‑tfal fid‑dar ġejjin minn sitwazzjonijiet ta’ bżonn, żoni żvantaġġati jew familji mkissrin li jeħtieġu appoġġ prattiku u ħafna mħabba. Dan ifisser aċċess għall‑ilma u n‑nutrizzjoni, edukazzjoni ta’ kwalità u dar sigura. Huma wkoll mrawma spiritwalment permezz tal‑formazzjoni tal‑fidi bil‑quddiesa ta’ kuljum, it‑talb tar‑rużarju u l‑katekiżmu.
Parti mill‑ħajja fid‑dar tinkludi li jagħmlu xi xogħlijiet, bħal ġbir ta’ ilma mix‑xmara lokali sabiex jimtlew it‑tankijiet tal‑ilma. Matul l‑istaġun xott, madankollu, in‑nixxiegħa tista’ tinxef u jkollhom jirrazzjonaw l‑ilma miġbur fit‑tankijiet. Dan joħloq stress kbir fuq l‑istaff u l‑istudenti, peress li l‑ħtiġijiet bażiċi, bħall‑ħasil, kultant ikollhom jinqatgħu. B’tant tfal fid‑dar u b’ħafna aktar qed jistennew li jiġu aċċettati, Patri Raymond u Patri Rajesh huma konxji li jista’ jkollhom jixtru l‑ilma li jiswa ħafna flus.
L‑appoġġ tiegħek jista’ jgħin fl‑ispiża tat‑tmexxija tad‑dar, billi tiżgura li t‑tfal ikollhom aċċess kostanti għall‑ilma ħelu permezz ta’ tank ġdid, ikel nutrittiv, kura tas‑saħħa, edukazzjoni ta’ kwalità, kif ukoll opportunitajiet biex jappoġġjaw il‑kreattivitajiet tagħhom. Permezz tal‑ħidma tagħhom, Patri Raymond, Patri Rajesh u l‑missjunarji fid‑dar qed jagħtu lil tfal bħal Vikhonuo l‑appoġġ prattiku u l‑ilma spiritwali li għandhom bżonn sabiex iwettqu l‑ħolm tagħhom.
“Il‑kontribut tiegħek, ikun ta’ għajnuna kbira għalina. Ikun qed jagħti direzzjoni għall‑ħolm ta’ dawn it‑tfal. Għalkemm tista’ tkun xi ħaġa żgħira għalik, għalina tagħmel differenza kbira,” Patri Rajesh.
Grazzi tal‑donazzjonijiet tiegħek.




POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)
'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna. Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek.