
3 minute read
Editorjal
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Maratona Hope MissioFest 12 Katidral Kattoliku Fiċ‑Ċina 15 Il‑Ħajja Fil‑Missjoni 18 Il‑Qaddisa tax‑Xahar 22 90 Sena ta’ Storja 30 Poeżija 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Pittura ta’ Pauline Marie Jaricot li saret fl‑2020 mill‑artist Awstrijak Clemens Fuchs fuq ritratt oriġinali. Pauline tidher b'kuruna tar‑Rużarju f’idejha għax waqqfet ir‑Rużarju Ħaj, u qed tipponta lejn il‑globu għax waqqfet il‑Ħidma tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi u hija ‘Omm il‑Missjoni Dinjija’.
Min Verament Kienet Pauline Jaricot?
Il‑Knisja Kattolika rrikonoxxiet miraklu bl‑interċessjoni ta’ Pauline Marie Jaricot (1799‑1862) u b’hekk dalwaqt ser tkun Beata. Pauline twieldet f’Lyon fi Franza u missierha kellu fabbrika tal‑ħarir. Għalhekk, minnha nfisha hija kellha diġà sens qawwi ta’ intraprenditorija. Bħala żagħżugħa kienet tħossha miġbuda ħafna lejn l‑affarijiet materjali. Però darba Pauline semgħet prietka dwar il‑vanità, li impressjonatha ħafna, tant li biddlitilha ħajjitha radikament.
It‑tfajla ddeċidiet li tagħti ħajjitha lil Alla, imma baqgħet lajka. Ħuha Phileas, li kien saċerdot, inkoraġġieha tiġbor il‑flus għall‑missjoni. Meta kellha għoxrin sena bdiet tagħmel ġabra ta’ kull ġimgħa minn fost il‑ħaddiema tal‑fabbrika tal‑familja tagħha, li bdiet tissejjaħ id‑’Donazzjoni
ta’ Pauline’. Fit‑3 ta’ Mejju 1822 twaqqfet is‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi. Pauline għaqqdet gruppi ta’ 10 persuni f’kull grupp. Kull wieħed u waħda minn dawn il‑persuni taw kelma li jitolbu ta’ kuljum għall‑missjoni, u li kull ġimgħa jagħtu donazzjoni biex jgħinu lill‑missjoni. Maż‑żmien ġie ffurmat grupp, li beda jinfirex mhux f’Lyon biss, imma ma’ Franza kollha, u fl‑aħħar anke mad‑dinja kollha.
Pauline kienet temmen li t‑Talba tar‑Rużarju tista’ terġa tqajjem fis‑soċjetà il‑fidi, speċjalment fejn din kienet dgħajfa. Fl‑1826, it‑tfajla waqqfet l‑Assoċjazzjoni tar‑Rużarju Ħaj. Kull grupp kien iffurmat minn 15‑il persuna u kull persuna kienet tgħid posta tar‑Rużarju kuljum, filwaqt li titlob għall‑intenzjoni tal‑Papa, titlob għall‑evanġelizzazzjoni tal‑popli kollha, Mela inti wkoll tista’ tkun missjunarju/a fl‑ambjent tiegħek. Ingħaqad fit‑talb u fl‑għajnuna għall‑missjoni billi tappoġġja lil Missio Malta, ix‑xogħol tal‑Papa f’pajjiżna.
Permezz tal‑viżjoni u l‑enerġija ta’ Pauline, illum network dinji ta’ missjunarji lajċi u mexxejja tal‑Knisja, fosthom 354,000 missjunarju u 3 miljun katekist f’1,114‑il Djoċesi fl‑artijiet tal‑missjoni, qed jaħdmu flimkien mal‑komunitajiet l‑aktar fil‑bżonn, kawża ta’ persekuzzjoni, status ta’ minoranza jew nuqqas ta’ riżorsi materjali. Nistednuk tingħaqad magħna fi vjaġġ missjunarju billi żżur il‑website tagħna www.missio.org.mt u tkompli ssegwi l‑artikli fir‑rivista tagħna ‘Malta Missjunarja’.
għall‑konverżjoni tal‑midinbin u sabiex il‑fidili kollha jibqgħu jemmnu fil‑Knisja. Pauline rat l‑importanza tal‑appostolat tal‑lajċi fi żmien li l‑ordnijiet reliġjużi kienu qed jiżdiedu. L‑għaqda tal‑lajċi hija magħrufa bħala ‘Ulied Marija’. Hija waqqfet ukoll pjan għall‑evenġelizzazzjoni għall‑klassi tal‑ħaddiema.
Fis‑sena 1922, mitt sena wara t‑twaqqif tal‑fondazzjoni tagħha, Papa Piju XI ippontifika s‑Soċjetà tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi sabiex taqa’ dirett taħt ir‑responsabbiltà tal‑Papa. Illum hija waħda mill‑erba’ xogħlijiet ewlenin tal‑Papa għall‑missjoni. Papa Franġisku jistieden lill‑fidili kollha biex jimxu wara dan in‑network globali tal‑missjoni.
Inti wieħed jew waħda mill‑1,299 biljun Kattoliku mgħammed/mgħammda? “Jien xgħelt is‑sulfarina li qabbdet in‑nar.” Pauline Jaricot.
F’isem il‑bord editorjali, l‑istaff u l‑voluntiera kollha ta’ Missio, nawguraw lill‑qarrejja u lill‑benefatturi kollha l‑Ghid it‑Tajjeb. J’Alla l‑qawmien tas‑Salvatur taghna jfakkarna kontinwament fl‑imhabba ta’ Kristu lejna u fil‑hajja eterna.
