3 minute read

Il‑Ħajja Fil‑Missjoni

Qatt Mhu Tard Sabiex Tagħti Rigal ta’ Saħħa u Tama

It‑tarbija kienet mitluqa f’dirgħajn ommha hekk kif Bernard, tabib fil‑Klinika tas‑Saħħa ta’ Lisanjala, raħal rurali fil‑Malawi, kien qed jeżamina liċ‑ċkejkna Kara. B’xorti tajba, dakinhar il‑klinika kellha ħażna ta’ mediċina tal‑malarja sabiex tgħin fil‑kura tal‑kundizzjoni tat‑tarbija, iżda dan mhux dejjem ikun il‑każ.

Immexxija minn Sor Nilcéia, il‑klinika tipprovdi kura tas‑saħħa lill‑mijiet ta’ familji fiż‑żona rurali ta’ Lisanjala. Kwistjonijiet tas‑saħħa bħall‑malarja u l‑malnutrizzjoni konsistentement jippersegwitaw lill‑komunità. Sor Nilcéia tgħid li huwa diffiċli biex temmen, imma ħafna nies li jgħixu f’dak ir‑raħal ma jistgħux jaħsbu aktar fil‑bogħod mill‑ikla li jkun imiss! Xi drabi din l‑ikla tkun tikkonsisti biss f’weraq, ħaxix, qxur jew għeruq, li jagħmluhom morda ħafna.

Tfal bħal Kara jiddependu fuq il‑medikazzjoni u l‑kura pprovduti minn Sor Nilcéia u t‑tim tagħha, iżda jiddependu wkoll fuq il‑tjubija u l‑ġenerożità ta’ diversi benefatturi sabiex jiżguraw li jistgħu jkomplu dan ix‑xogħol li jsalva l‑ħajjiet. Il‑ġenerożità tal‑benefatturi tagħmel impatt mhux biss fuq dawk fil‑bżonn, iżda tgħin ukoll sabiex tinkoraġġixxi lill‑missjunarji li jaħdmu bla heda biex jaqdu l‑komunitajiet tagħhom. 

Abbandunata mis‑sieħeb tagħha meta sar jaf li kienet tqila, Churai, tfajla Tajlandiża, ma kinitx ċerta kif kienet ser tieħu ħsieb tat‑tarbija tagħha peress li ftit kellha flus u ma kellhiex lejn min iddur. Sakemm ħabibtha laqqgħetha mas‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb. Issa, ta’ seba’ xhur tqala, Churai qed tgħix

fid‑Dar tal‑Ommijiet u t‑Trabi, immexxija minn Sor Chalaad.

Id‑dar, li tinsab fil‑qalba ta’ Bangkok, toffri lill‑ommijiet bħal Churai l‑opportunità li jippreparaw għat‑trabi ġodda tagħhom f’ambjent sigur. In‑nisa jintlaqgħu b’imħabba u appoġġ mhux biss mis‑sorijiet, iżda mill‑komunità ta’ ommijiet li jgħixu fid‑dar stess. Id‑dar tagħti lil dawn l‑ommijiet sens ta’ appartenenza, appoġġ prattiku permezz ta’ taħriġ fil‑ħiliet tal‑ġenituri, kura medika qabel u wara t‑twelid, u tipprovdilhom ikel u provvisti nutrittivi. Id‑dar hija mfassla biex tagħti daqqa t’id lill‑ommijiet bħal Churai, sabiex tgħinhom jibnu futur isbaħ għalihom infushom u għat‑trabi tagħhom. Sor Chalaad tgħid li meta dawn l‑ommijiet jingħataw iċ‑ċans, ikunu jistgħu jħarsu ’l quddiem u jkunu kapaċi joħorġu fis‑soċjetà bla biża’ u b’ċertezza ta’ futur aħjar, anke jekk ma jkollhom lil ħadd. Sor Chalaad tisħaq kemm huwa importanti li l‑ommijiet jgħinu u jagħtu sapport lil xulxin sew fit‑trobbija tat‑tfal kif ukoll fit‑tisjir ta’ kuljum u l‑indafa tad‑dar.

L‑appoġġ ta’ diversi benefatturi jfisser li Sor Chalaad tkun tista’ tkompli tilħaq lill‑ommijiet l‑aktar vulnerabbli u lit‑trabi tagħhom, peress li d‑dar tiddependi għal kollox fuq il‑ġenerożità tal‑benefatturi.

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 25 Ikla sustanzjuża għal 25 tifel u tifla € 50 Programm ta’ ġimgħa edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar

€ 100 Mediċini u kura lill‑morda permanenti fi djar ta’ ‘Home Made Care’ € 200 Trasport lejn l‑isptar għal nisa tqal li jgħixu f’żoni remoti € 1,000 Xiri ta’ makkinarju għall‑biedja

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 41474120039 IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT Account No: 50011468005 IBAN: MT31VALL22013000000050011468005 Swift Code: VALLMTMT

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  www.missio.org.mt Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.  Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.

 Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

This article is from: