Malta Missjunarja April 2022

Page 6

INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

April 2022

April 2022

Għall‑ħaddiema fil‑qasam tas‑saħħa

Nitolbu sabiex l‑impenn tal‑ħaddiema sanitarji fl‑assistenza tal‑persuni morda u tal‑anzjani, speċjalment fil‑pajjiżi l‑iktar foqra, ikunu megħjuna mill‑mexxejja u mill‑komunitajiet lokali. 6

K

ienu ħafna dawk it‑tobba u l‑infermiera li mietu martri billi taw ħajjithom waqt il‑pandemija tal‑COVID‑19. Tobba u infermiera bil‑familja li kellhom iħabbtu wiċċhom qrib ħafna tal‑marda tal‑coronavajrus sabiex joffru fejqan u sostenn lill‑pazjent marid. Għal ħafna dan swielhom il‑ħajja tagħhom stess, wara li sfaw huma wkoll vittmi tal‑vajrus qerriedi. Huma tassew martri tal‑pandemija COVID‑19! Ħaddiema tassew eroj li

ħadmu kemm felħu, sigħat bla waqfien, biex joffru assistenza kontinwa, faraġ u tenerezza fid‑diversi swali tal‑isptarijiet sabiex isalvaw dejjem il‑ħajja tal‑bniedem. Kienu ħafna dawk il‑pajjiżi u mexxejja tad‑dinja li għarfu u rrikonoxxew din il‑ħidma fejjieda sanitarja. Papa Franġisku li jqabbel il‑Knisja ma’ sptar waqt it‑taqbida tal‑gwerra, faħħar dejjem lil dawn il‑ħaddiema fil‑qasam tas‑saħħa fl‑assistenza tal‑morda u tal‑anzjani. Ta’ min ifaħħar fuq kollox lil


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja April 2022 by Missio Malta - Issuu