April 2022
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Il‑Ħdax‑il Parti
Il‑Madonna ta’ Zeitoun, il‑Kajr, l‑Eġittu (fil‑qosor) Allegatament, l‑ewwel dehra tal‑Madonna f ’Zeitoun ġiet irreġistrata filgħaxija tat‑2 t’April 1968. Żewġ mekkaniks Musulmani tal‑karozzi tal‑linja stqarru li raw mara liebsa l‑abjad fuq il‑bejt tal‑knisja Kopta ta’ Santa Marija. Wieħed minnhom ħaseb li kienet soru u li kienet ser tagħmel suwiċidju billi taqbeż minn fuq is‑saqaf. Allegatament, il‑figura kienet tal‑Verġni Marija. Id‑dehra spiċċat ftit minuti wara. Fid‑9 t’April din id‑dehra reġgħet seħħet, ukoll għal ftit minuti, iżda din id‑darba rawha ħafna nies. Wara, id‑dehriet saru aktar spissi, xi drabi darbtejn 32
jew tliet darbiet fil‑ġimgħa, għal diversi snin u spiċċaw fl‑1971. Skont it‑tradizzjoni Kopta, Zeitoun jinsab qrib wieħed mill‑postijiet fejn
qagħdet il‑Familja Mqaddsa waqt il‑ħarba tagħha lejn l‑Eġittu. L‑awtoritajiet tal‑Knisja Kopta Ortodossa kienu ħarġu stqarrija uffiċjali li tikkonferma d‑dehriet. Peress li d‑dehriet saru fuq Knisja Kopta, il‑Vatikan ħalla l‑proċessi tal‑investigazzjoni f ’idejn l‑awtoritajiet Kopti. Tajjeb jingħad li fit‑12 ta’ Mejju 2018, il‑Knisja Kopta ċċelebrat il‑Ġublew tad‑Deheb ta’ dawn id‑dehriet. Għadd kbir ta’ qassisin u Nsara Kopti attendew għal dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet reliġjużi.