Malta Missjunarja April 2022

Page 18

April 2022

IL‑QADDISA TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI

Santa Margerita ta’ Castello

M

argerita kienet mara li għexet fis‑Sekli 13 u 14 fl‑Italja. Hija twieldet f’Peruġja u kienet membru tal‑Ordni Dumnikan. Il‑ħajja tagħha kienet straordinarja. Hija twieldet nieqsa mid‑dawl u b’diżabilità f’daharha li kien kważi impossibbli li timxi. Il‑ġenituri tagħha kienu nobbli u moħħhom kien biss f’li binthom ma tagħmilx isem ħażin lill‑familja tagħhom peress li dak iż‑żmien persuna b’diżabilità kienet stigma. Huma kienu jgħidu li Margerita kienet mietet fit‑twelid, imma fil‑fatt kienu jżommuha priġuniera f’kamra ftit ’il bogħod mill‑kappella tal‑familja tagħhom. Il‑bieb ta’ din il‑kamra kien issiġillat u kienu jgħaddulha l‑ikel fuq gabarrè minn taħt il‑bieb. Qassis biss seta’ jiltaqa’ magħha u jkellimha mit‑tieqa biex jgħallimha l‑katekiżmu u jqarbinha. Meta wasal iż‑żmien biex 18

il‑familja tibdel id‑dar, il‑ġenituri, determinati li ħadd ma jsir jaf b’binthom, reġgħu għalquha f ’ċella. Kien f ’dan iż‑żmien li Margerita kibret ħafna fil‑fidi. Meta kellha ħmistax‑il sena, il‑ġenituri tagħha ħaduha l‑knisja f ’raħal jismu Castello, fejn kienu qed iseħħu ħafna mirakli. Ommha ħasbet li hemm Margerita setgħet tfiq. Imma Margerita baqgħet ma fiqitx u għalhekk il‑ġenituri tagħha abbandunawha u telqu lejn darhom. Kienu n‑nies tal‑lokal li ħadu ħsiebha. Margerita kienet torqod f ’xi indana jew fit‑toroq.

It‑tallaba kienu jgħallmuha tittallab u xi familji kienu jagħtuha kenn meta tkun il‑kesħa. Żmien wara, Margerita sabet kenn għand id‑Dumnikani tal‑lokal u hemm saret ferventi fil‑fidi tagħha. Hija kienet tħobb ħafna lin‑nies ta’ Castello li laqgħuha minn qalbhom. Meta saret Dumnikana Terzjarja ddeċidiet li tgħix ħajjitha għal dawn in‑nies li tant ħabbewha. Hija fetħet skola fir‑raħal għat‑tfal biex tgħallem il‑katekiżmu, u kienet tmur iżżur lill‑priġunieri u tgħallem il‑katekiżmu hemm ukoll, tant li xi wħud minnhom ikkonvertew. Margerita ħadet ħsieb lill‑morda u ’l‑moribondi. Kienet hemm għan‑nies ta’ Castello u kienet titlob magħhom ħafna, tant li n‑nies ħabbewha. Santa Margerita mietet fl‑1320 fl‑età ta 33 sena. In‑nies ta’ Castello riduha tindifen fil‑knisja tagħhom, unur riservat biss


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja April 2022 by Missio Malta - Issuu