IL‑ĦAJJA FIL‑MISSJONI
April 2022
#
MISSIO FEST Is‑Sibt 4 ta’ Ġunju, 2022
Qatt Mhu Tard Sabiex Tagħti Rigal ta’ Saħħa u Tama Nilcéia u t‑tim tagħha, iżda jiddependu wkoll fuq il‑tjubija u l‑ġenerożità ta’ diversi benefatturi sabiex jiżguraw li jistgħu jkomplu dan ix‑xogħol li jsalva l‑ħajjiet. Il‑ġenerożità tal‑benefatturi tagħmel impatt mhux biss fuq dawk fil‑bżonn, iżda tgħin ukoll sabiex tinkoraġġixxi lill‑missjunarji li jaħdmu bla heda biex jaqdu l‑komunitajiet tagħhom.
It
‑tarbija kienet mitluqa f ’dirgħajn ommha hekk kif Bernard, tabib fil‑Klinika tas‑Saħħa ta’ Lisanjala, raħal rurali fil‑Malawi, kien qed jeżamina liċ‑ċkejkna Kara. B’xorti tajba, dakinhar il‑klinika kellha ħażna ta’ mediċina tal‑malarja sabiex tgħin fil‑kura tal‑kundizzjoni tat‑tarbija, iżda dan mhux dejjem ikun il‑każ. Immexxija minn Sor Nilcéia, il‑klinika tipprovdi kura tas‑saħħa lill‑mijiet ta’ familji fiż‑żona rurali
ta’ Lisanjala. Kwistjonijiet tas‑saħħa bħall‑malarja u l‑malnutrizzjoni konsistentement jippersegwitaw lill‑komunità. Sor Nilcéia tgħid li huwa diffiċli biex temmen, imma ħafna nies li jgħixu f ’dak ir‑raħal ma jistgħux jaħsbu aktar fil‑bogħod mill‑ikla li jkun imiss! Xi drabi din l‑ikla tkun tikkonsisti biss f ’weraq, ħaxix, qxur jew għeruq, li jagħmluhom morda ħafna. Tfal bħal Kara jiddependu fuq il‑medikazzjoni u l‑kura pprovduti minn Sor
A
bbandunata mis‑sieħeb tagħha meta sar jaf li kienet tqila, Churai, tfajla Tajlandiża, ma kinitx ċerta kif kienet ser tieħu ħsieb tat‑tarbija tagħha peress li ftit kellha flus u ma kellhiex lejn min iddur. Sakemm ħabibtha laqqgħetha mas‑Sorijiet tar‑Ragħaj it‑Tajjeb. Issa, ta’ seba’ xhur tqala, Churai qed tgħix 15