Malta Missjunarja April 2022

Page 12

April 2022

KATIDRAL KATTOLIKU FIĊ‑ĊINA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.

Katidral Iddedikat lil San Ġużepp

T

ul il‑missjonijiet edukattivi tiegħi fiċ‑Ċina mhux darba jew tnejn li jkolli mmur ngħallem l‑Ingliż fil‑belt famuża ta’ Tianjin. Hawn ma ngħallimx biss l‑Ingliż, iżda nwettaq appostolat ieħor mal‑familji kif ukoll mat‑tfal minn familji foqra. Din il‑belt hija magħrufa ħafna għall‑Katidral Kattoliku ddedikat lil San Ġużepp. Il‑belt ta’ Tianjin hija wkoll magħrufa bl‑isem ta’ Tientsin, belt Metropolitana fit‑Tramuntana taċ‑ċentru taċ‑Ċina. Tianjin għandha popolazzjoni ta’ 15,469,500 miljun ruħ u hija s‑sitt belt l‑aktar popolata fid‑dinja. Din il‑belt tinsab fuq il‑fruntiera tal‑Provinċja ta’ Hebei u hija meqjusa 12

bħala l‑ikbar belt mal‑kosta fit‑Tramuntana taċ‑Ċina. Tianjin hija wkoll meqjusa bħala r‑raba’ l‑ikbar belt fiċ‑Ċina wara l‑bliet ta’ Shanghai, Beijing u Guangzhou. Il‑ħitan li jdawru din il‑belt inbnew fl‑1404 u fl‑1860 il‑belt saret port marittimu għall‑kummerċ peress li tmiss max‑Xmara Hai, xmara li tgħaqqad flimkien żewġ xmajjar oħra, ix‑Xmara s‑Safra u x‑Xmara Yangtze. Tul il‑perijodu tad‑dinastija Qing, f ’din il‑belt inbnew diversi binjiet bi stil arkitettoniku Ewropew. Il‑famuż Katidral Kattoliku ta’ Tianjin, li huwa ddedikat lil San Ġużepp, jissejjaħ biċ‑Ċiniż Xikāi Táng (西開堂) u jinsab fiċ‑ċentru

kummerċjali tal‑belt u xi darba kien meqjus bħala d‑Distrett Franċiż; eżattament fin‑Nofsinhar ta’ Binjiang Dao fid‑Distrett ta’ Heping. Illum dan il‑Katidral Kattoliku huwa l‑ikbar Knisja Kattolika fil‑belt u huwa meqjus bħala wieħed mill‑monumenti arkitettoniċi tal‑belt ta’ Tianjin. Kien fl‑1912, li s‑Santa Sede ħarġet editt li bih twaqqfet is‑sede veskovili tal‑belt ta’ Tianjin. L‑ewwel isqof tal‑Katidral ta’ San Ġużepp kien Monsinjur Paul‑Marie Dumond li kien membru tal‑kongregazzjoni Franċiża tal‑missjonijiet. Il‑bini tal‑katidral beda f ’Awwissu tal‑1913 u kull ġebla ġiet impurtata minn Franza. Il‑katidral


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.