Ottubru 2021
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
Iż‑Żerriegħa ż‑Żgħira tal‑Evanġelizzazzjoni li Ssir Siġra Kbira
I
ftaħ għajnejk u ara lil kull persuna, sinjur jew fqir, ikrah jew sabiħ, kapaċi jew le: dak hu Ġesù li qiegħed maġenbek. Kont naħdem bħala spettur fil‑quality control, imma nqala’ ntopp u tkeċċejt. Konsegwenza ta’ dan tlift kollox: ix‑xogħol, il‑familja u d‑dinjità tiegħi. Wara ftit xhur, il‑mara ħallietni, talbet is‑separazzjoni u ħadet magħha wkoll lit‑tifla ta’ ħames snin. Aktar minn hekk, fuq parir ta’ missierha, ġejt imħarrek fuq l‑akkuża ta’ tbagħbis ta’ flus, qerq u konspirazzjoni kriminali. Jien ma kont għamilt xejn minn dan! Ħassejtni umiljat, jiena u l‑familja 8
għażiża tiegħi, u kelli rabja kbira. Ħadtha kontra Alla u ma stajtx nemmen aktar fih. Kif jista’ jkun li huwa mħabba u jħallini ngħaddi minn dan kollu? Intbgħatt il‑ħabs għal ġimagħtejn. L‑ewwel ħamest ijiem kont f’iżolament ġo ċella erba’ metri kwadri fejn ma tħallejt nikkomunika ma’ ħadd. Meta fl‑aħħar ħriġt minn hemm kelli nħabbat wiċċi mal‑priġunieri l‑oħra: drug pushers, drogati, akkużati ta’ stupri u ħallelin. Imma hemm kont irrispettat għaliex, bla ma kont qed nistennieha, huma kienu żguri li jiena kont innoċenti u li hemm ma kienx posti. Reġgħu tawni d‑dinjità li
kont tlift. Kemm tgħallimt affarijiet sbieh minnhom. Meta wara ħriġt fuq parole, qrabati stednuni nattendi laqgħa, li għall‑bidu qaluli li kellha tkun vaganza ta’ erbat ijiem. Hemm iltqajt ma’ waħda mara anzjana, b’xagħarha abjad, li kellmitni fuq li Alla huwa mħabba, proprju lili li kont tant iddubitajt minn tjubitu. F’dak il‑mument feġġet quddiemi dinja ġdida. Kemm‑il darba kont smajt li Alla huwa mħabba, imma qatt ma kont ħassejtu dan. Irrealizzajt li biex inkun kapaċi nimxi ’l quddiem fuq it‑triq tal‑imħabba, ma stajtx inħalli barra t‑tbatija