1 minute read

Poeżija

Kemm nixtieq l‑għajnuna tagħkom Kemm ngħannqek kieku narak Li tagħmel miegħi u ma’ sħabi Alla żgur għad jippremjak.

Jien dejjem niġri fit‑toroq Nibki dejjem muġugħ Forsi nsib nixrob ftit ilma Jew nitrejjaq daqsxejn mill‑ġuħ.

Din hi karba ta’ tifel fqajjar U nies li jgħixu ħerqana Jistennew xi ħaġa mingħandek U żgur tħoss qalbek ferħana.

Hawn wisq foqra, għinuna, Bin‑naqra li tagħtuna Inkunu nistgħu ngħixu Napprezzaw u veru tferrħuna.

Il‑Maltin qalbhom ħanina Jien għalija l‑aqwa ħbieb tiegħi Għax Alla stess qalilna Li tagħmlu magħhom tagħmluh miegħi.

Paul Caruana

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena

Aġġorna ruħek fuq id-Dinja Missjunarja. Abbona fir-Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall-prezz ta’ €10.00 fis-sena

This article is from: