NEWSPAPER POST OTTUBRU 2021 SENA 90
Jum Dinji Missjunarju – 24 ta’ Ottubru 2021 Ghax ahna
MA NISTGHUX MA
NITKELLMUX FUQ DAK LI
RAJNA U SMAJNA
90
MISSJUNA TA
A RJ
MA L
ATTI 4:20
2022 JO N
SEN A
MI
SS
TAʼ SE
R V IZ Z G Ħ A L L-
sena ħidma għall‑missjoni
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
I
1932
(V0/1178)
02 Il-Ġurnata Missjunarja Dinjija 10 Żewġ Proġetti Ġodda Fit-Tanzanija 14 Iċ-Ċentru Arrupe 22 Dun Toninu Bello għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL – CLAUDIA CINI
Ottubru 2021
Il‑Ġurnata Missjunarja Dinjija
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid-Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal-Fidi 10 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 16 Messaġġ minn Mons. Arċisqof CJ Scicluna 17 Messaġġ minn Mons. Isqof A. Teuma 22 Il-Qaddis tax-Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Messaġġ mill-Assistent Direttur 29 Messaġġ mid-Direttur t’Għawdex 30 Dehriet tal-Madonna 35 Poeżija 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall-Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Powster uffiċjali għall‑Jum Dinji Missjunarju 2021 2
Ġ
esù qal li s‑saltna t’Alla hija bħal żerriegħa tal‑mustarda, li hija l‑iżgħar miż‑żerriegħa kollha fuq l‑art; iżda meta mħawla, tikber u ssir l‑akbar waħda mill‑pjanti kollha tal‑ġnien, bi friegħi kbar tant li l‑għasafar jistgħu joqogħdu fid‑dell tagħha. Nhar il‑Ġurnata Missjunarja Dinjija, il‑Kattoliċi madwar id‑dinja kollha għandhom l‑opportunità li jiżirgħu żrieragħ tal‑fidi li huma mogħtija l‑ilma u mrawma matul is‑sena kollha minn Missio. Permezz tat‑talb u l‑għotja nistgħu nkunu solidali ma’ ħutna barra minn xtutna. Kont taf li 40% tal‑Knisja madwar id‑dinja hija missjunarja? Dan ifisser eluf ta’ parroċċi li huma żgħar wisq jew foqra wisq biex isostnu lilhom infushom. Billi naqsmu dak li għandna ma’ dawk fil‑bżonn, aħna ngħinu biex tinbena Knisja mad‑dinja
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
kollha li tista’ tilħaq lin‑nies bil‑Vanġelu. Dawk li qatt ma semgħu l‑messaġġ ta’ Ġesù, jingħataw iċ‑ċans li jesperjenzaw l‑imħabba ta’ Kristu u li jkunu jafu l‑appoġġ tal‑familja tal‑Knisja tagħna. Eżempju ta’ dan huma l‑orfanatrofji, il‑kliniċi, l‑isptarijiet, l‑iskejjel u ċ‑ċentri miftuħa, fost ħafna oħrajn, li huma mmexxijin minn sorijiet, patrijiet u lajċi missjunarji li jilqgħu fihom tfal iltiema u abbandunati, anzjani, persuni morda u bi bżonnijiet speċjali, u tant u tant foqra u nies fil‑bżonn. Bis‑saħħa ta’ dawn il‑missjunarji li jaħdmu f ’isem Ġesù u l‑Knisja Kattolika, dawn il‑persuni qed jingħataw tama, dinjità u futur sabiħ lejn xiex iħarsu. Il‑Ħadd tal‑Ġurnata Missjunarja Dinjija jaħbat il‑Ħadd ta’ qabel tal‑aħħar f ’Ottubru. Kull persuna f ’kull parroċċa f ’kull pajjiż fejn il‑Knisja hija preżenti, se
tkun qed tiċċelebra flimkien u taqsam dak li għandha. Huwa l‑uniku Ħadd fis‑sena meta l‑ġenerożità tiegħek tmur direttament biex tgħin lill‑parroċċi tal‑missjoni barra l‑pajjiż sabiex jintlaħqu bil‑messaġġ ta’ tama u mħabba ta’ Ġesù.
Tixtieq tgħinna nibnu Knisja universali fejn l‑ifqar u l‑aktar fil‑bżonn tad‑dinja jistgħu jesperjenzaw l‑imħabba t’Alla? Jekk jogħġbok agħti d‑donazzjoni tiegħek illum biex tagħmel differenza fil‑ħajja ta’ tant u tant ħutna fil‑bżonn.
Biex infiq għandi bżonn id‑demm.
Int tista’ tgħinni? Grazzi mill‑qalb! 3
Ottubru 2021
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
Għax Aħna Ma Nistgħux Ma Nitkellmux Fuq Dak li Rajna u Smajna
Salvator Mundi (Leonardo)
X
hud ikun tassew validu daqskemm lest li jgħid fis‑sewwa dak kollu li ra u sema’ minkejja li jkun mhedded jew imxaħħam minn min ma jridx li joħroġ is‑sewwa kollu. Ġesú, sa mill‑bidu tal‑ħajja pubblika tiegħu, għażel tnax sabiex ikunu miegħu ħalli meta jasal il‑waqt jibgħathom fid‑dinja kollha bħala xhieda tiegħu. Qabel Ġesú tela’ s‑sema tahom kmand ċar: “Morru fid‑dinja kollha, xandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu”. (Mk 16:15) Ġesù kien jaf li din il‑missjoni li kien qiegħed 4
jagħti lill‑Appostli, kienet tqila wisq għalihom, kien jaf li ma kinux jifilħu għaliha. Għalhekk wegħedhom li hu kien ser jibqa’ magħhom sal‑aħħar taż‑żminijiet. (Mt. 18:20) B’dan ma kienx qiegħed ifisser li kien ser jibqa’ magħhom fiżikament bħalma kienu mdorrijin jarawh u jisimgħuh. Imma kien ser jibqa’ magħhom fl‑Ispirtu tiegħu ħalli “jgħallimhom kollox u jfakkarhom dak kollu li Ġesù kien qalilhom”. (Ġw. 14:26) L‑Appostli fehmu sewwa l‑missjoni li fdalhom Ġesù, li jkunu xhieda ħajja tal‑mewt u l‑qawmien tiegħu għall‑ħajja. San Ġwann, fl‑ewwel ittra tiegħu jgħidilna: “Dak li kien mill‑bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u messew idejna, jiġifieri l‑Verb, il‑Kelma tal‑Ħajja, dan ser inxandrulkom.” (1:1‑2) Ix‑xhieda li taw l‑Appostli dwar Ġesù, tista’ tinġabar f ’dak li qal Pietru f ’nhar Għid il‑Ħamsin: “Mela ħa jkun jaf fiż‑żgur il‑poplu kollu ta’ Iżrael li lil dan
Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija.” (Atti 2:36) L‑Appostli baqgħu konsistenti f ’din ix‑xhieda, minkejja swat u theddid min‑naħa tal‑kbarat tal‑Lhud. (Atti 10:39) Huma ħassewhom responsabbli u fid‑dmir li jobdu lil Alla aktar mill‑bnedmin (Atti 5:29), għaliex “ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”. (Atti 4:20) Illum hija r‑responsabbiltà tagħna lkoll li ningħaqdu mal‑Appostli u nkomplu nagħtu xhieda ta’ Kristu Rxoxt lid‑dinja tal‑lum. Għalkemm ħadd minna ma ra lil Ġesù Rxoxt bħalma rawh l‑Appostli, b’danakollu xejn ma jnaqqsilna din ir‑responsabbiltà. Ġesù stess jgħidilna li: “Henjin dawk li ma rawx u emmnu.” (Ġw. 20:29); filwaqt li San Ġwann jgħidilna: “Qegħdin inxandrulkom dak li rajna u smajna, biex intom tissieħbu
Ottubru 2021
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika. B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
jgħidilhom: “Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu.” (Gal. 2:19) Id‑dinja xebgħet mill‑kliem biss; imma jekk il‑kliem tagħna jkun msaħħaħ bix‑xhieda ta’ ħajjitna, allura nġiegħlu lid‑dinja tistaqsi “imma dan għaliex qiegħed iġib ruħu hekk? Għaliex mhux qiegħed jgħix skont dak li ngħallem jien?” Alla għamel magħna ħwejjeġ kbar, u għalhekk ma nistgħux ma nitkellmux u ma nkunux xhieda ta’ dak kollu li għamel magħna.
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
magħna, u l‑għaqda tagħna tkun mal‑Missier u ma’ Ibnu Ġesù Kristu.” (1Ġw. 1:3) Bħall‑Appostli, aħna wkoll irċevejna l‑istess Spirtu s‑Santu biex inkunu nistgħu nemmnu u nistqarru li Ġesù huwa tassew ħaj. Id‑dinja tilqa’ x‑xhieda tagħna daqskemm aħna nippruvaw inħallu lil dan l‑Ispirtu jsawwarna u jagħmilna xbieha ħajja tal‑Mulej Ġesù. Dan San Pawl, wieħed mill‑akbar missjunarji, fehmu sewwa. Hekk li lill‑Galatin seta’
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
Ottubru 2021
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Ottubru 2021 Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni Id‑Dixxipli Missjunarji
“Nitolbu sabiex kull persuna mgħammda timpenja ruħha fl‑evanġelizzazzjoni, disponibbli għall‑missjoni billi tkun xhieda tal‑ħajja li għandha t‑togħma tal‑Evanġelju.”
M
’hemmx dubju li Papa Franġisku huwa Papa li jħobb ħafna lill‑missjoni kif wera b’mod ċar riċentament dwar l‑Amażonja. Il‑Papa jkompli jurina li aħna lkoll bħala mgħammdin fi Kristu għandna jkollna fina dan
6
l‑ispirtu missjunarju. Il‑Knisja hija fuq kollox missjunarja. Wara kollox Ottubru ta’ kull sena, permezz tal‑Ġurnata Missjunarja, ifakkarna f ’dan l‑impenn tagħna. Għalhekk mela l‑Knisja mwaqqfa minn Sidna Ġesù Kristu, li bagħat lill‑appostli tiegħu sabiex imorru jħabbru lill‑ġnus kollha, għandha sejħa missjunarja u b’hekk il‑Knisja hija kollha kemm hi missjunarja sabiex twettaq il‑missjoni t’Alla ‘Missio Dei’. Jiġifieri kull mgħammed għandu din is‑sejħa missjunarja u dan il‑mandat missjunarju sabiex ikun ukoll missjunarju fil‑komunità tiegħu: “Il‑Knisja, mibgħuta minn Alla għand il‑ġnus biex tkun is‑sagrament ‘universali tas‑salvazzjoni’ minħabba l‑ħtiġijiet l‑aktar ta’ ġewwa tal‑Kattoliċiżmu tagħha, u waqt li timxi fuq
il‑mandat ta’ min waqqafha, tħabrek li xxandar il‑Vanġelu lill‑bnedmin kollha. L‑appostli nfushom, fil‑fatt, li fuqhom twaqqfet il‑Knisja, waqt li jimxu fuq il‑passi ta’ Kristu, “xandru l‑kelma tas‑sewwa u nisslu l‑knejjes. Huwa x‑xogħol ta’ dawk li jiġu warajhom li jissuktaw f ’din il‑ħidma mingħajr ma jieqfu, sabiex il‑Kelma t’Alla “tiġri u tingħata glorja” (2 Tess. 3:1) u s‑Saltna t’Alla titħabbar u sseħħ fl‑artijiet kollha. Madankollu, fil‑qagħda kif inhi llum, li minnha tqum kundizzjoni ġdida għall‑bnedmin, il‑Knisja, il‑melħ tal‑art u d‑dawl tad‑dinja hija msejħa b’għaġla akbar biex issalva u ġġedded il‑ħlejjaq kollha, biex kollox ikun imsewwi fi Kristu, u fih il‑bnedmin jiffurmaw familja waħda u poplu wieħed t’Alla”.
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
(Ad Gentes, Nru. 1) Il‑Knisja għalhekk min‑natura tagħha stess hija Knisja Missjunarja: “Il‑Knisja, bħala missjunarja, hija minnha nnifisha missjunarja, minħabba li hija mnissla mill‑missjoni tal‑Iben u mill‑missjoni tal‑Ispirtu s‑Santu, skont il‑pjan t’Alla l‑Missier”. (Ad Gentes, Nru. 2). Illum Alla qiegħed jibgħat lil dawk li qiegħed isejjaħ sabiex tkompli titwettaq din ir‑rieda missjunarja tiegħu: “Ir‑raġuni ta’ din il‑ħidma missjunarja hija ġejja mir‑rieda t’Alla ‘li jrid li l‑bnedmin kollha jkunu salvi u jaslu biex jagħrfu s‑sewwa.” (1 Tim. 2:4‑5) “Jeħtieġ mela, li l‑bnedmin kollha jduru lejh, wara li jkunu għarfu bil‑predikazzjoni tal‑Knisja u (jeħtieġ li) jingħaqdu miegħu u mal‑Knisja, li hija l‑Ġisem Tiegħu. Għalhekk, għad li
Alla, lill‑bnedmin li, mingħajr ħtija tagħhom, ma jagħrfux il‑Vanġelu, jista’ jmexxihom fi triqat li jaf hu lejn il‑fidi, li mingħajrha ħadd ma jista’ jogħġob ’l Alla, madankollu hija ħtieġa li tolqot lill‑Knisja, u fl‑istess ħin huwa jedd qaddis tagħha, li xxandar il‑Vanġelu, u għalhekk il‑ħidma missjunarja tagħha żżomm il‑qawwa u n‑neċessità tagħha sħaħ, illum u dejjem.” (Ad Gentes, Nru. 7) Għalhekk mela, aħna l‑Insara ninsabu mħeġġa sabiex ngħixu l‑prinċipji tal‑Evanġelju u nkomplu niffurmaw ruħna permezz tal‑Kelma t’Alla ħalli bil‑ħajja Nisranija li ngħixu nkunu tassew xhieha missjunarja: “Għalhekk il‑missjunarji, ħaddiema m’Alla, għandhom iqajmu fuq tagħhom
kongregazzjonijiet bħal dawn ta’ fidili, li waqt li huma mixjin kif jixraq fil‑vokazzjoni li huma ġew imsejħin għaliha, iħarrġu x‑xogħol afdat lilhom, xogħol ta’ qassis, ta’ profeta, ta’ sultan. B’ dan il‑mod il‑komunità Nisranija tkun sinjal tal‑preżenza t’Alla fid‑dinja; għaliex hi, bis‑sagrifiċċju tal‑Ewkaristija tgħaddi, mingħajr ma tieqaf, għand il‑Missier flimkien ma’ Kristu, imqawwija bil‑għaqal kollu bil‑kelma t’Alla, tagħti xhieda ta’ Kristu u tgħix ukoll fl‑imħabba titħeġġeġ bi spirtu ta’ Appostolat”. (Ad Gentes, Nru.15) Fl‑aħħar u mhux l‑inqas, inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija.
BAŻAR
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Ottubru 2021
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
Iż‑Żerriegħa ż‑Żgħira tal‑Evanġelizzazzjoni li Ssir Siġra Kbira
I
ftaħ għajnejk u ara lil kull persuna, sinjur jew fqir, ikrah jew sabiħ, kapaċi jew le: dak hu Ġesù li qiegħed maġenbek. Kont naħdem bħala spettur fil‑quality control, imma nqala’ ntopp u tkeċċejt. Konsegwenza ta’ dan tlift kollox: ix‑xogħol, il‑familja u d‑dinjità tiegħi. Wara ftit xhur, il‑mara ħallietni, talbet is‑separazzjoni u ħadet magħha wkoll lit‑tifla ta’ ħames snin. Aktar minn hekk, fuq parir ta’ missierha, ġejt imħarrek fuq l‑akkuża ta’ tbagħbis ta’ flus, qerq u konspirazzjoni kriminali. Jien ma kont għamilt xejn minn dan! Ħassejtni umiljat, jiena u l‑familja 8
għażiża tiegħi, u kelli rabja kbira. Ħadtha kontra Alla u ma stajtx nemmen aktar fih. Kif jista’ jkun li huwa mħabba u jħallini ngħaddi minn dan kollu? Intbgħatt il‑ħabs għal ġimagħtejn. L‑ewwel ħamest ijiem kont f’iżolament ġo ċella erba’ metri kwadri fejn ma tħallejt nikkomunika ma’ ħadd. Meta fl‑aħħar ħriġt minn hemm kelli nħabbat wiċċi mal‑priġunieri l‑oħra: drug pushers, drogati, akkużati ta’ stupri u ħallelin. Imma hemm kont irrispettat għaliex, bla ma kont qed nistennieha, huma kienu żguri li jiena kont innoċenti u li hemm ma kienx posti. Reġgħu tawni d‑dinjità li
kont tlift. Kemm tgħallimt affarijiet sbieh minnhom. Meta wara ħriġt fuq parole, qrabati stednuni nattendi laqgħa, li għall‑bidu qaluli li kellha tkun vaganza ta’ erbat ijiem. Hemm iltqajt ma’ waħda mara anzjana, b’xagħarha abjad, li kellmitni fuq li Alla huwa mħabba, proprju lili li kont tant iddubitajt minn tjubitu. F’dak il‑mument feġġet quddiemi dinja ġdida. Kemm‑il darba kont smajt li Alla huwa mħabba, imma qatt ma kont ħassejtu dan. Irrealizzajt li biex inkun kapaċi nimxi ’l quddiem fuq it‑triq tal‑imħabba, ma stajtx inħalli barra t‑tbatija
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
li issa bdejt nidentifikaha mat‑tbatija ta’ Ġesù fuq is‑salib. Meta ngħaddu minn tbatijiet kbar, inħossuna aktar lesti li nisimgħu lil Alla li jagħtina ħajja aktar ġenwina u sabiħa. Illum ma għadnix inħoss mibegħda la lejn il‑mara u missierha, u lanqas lejn binti, li baqgħu dejjem jirrifjutaw li jiltaqgħu miegħi. Wara tliet snin inħlist mill‑akkużi kollha, għax ġie ppruvat li ma kelli x’naqsam xejn mal‑akkużi li nġiebu kontrija. Fhimt ukoll li ma stajtx inżomm għalija biss dan kollu li tgħallimt mill‑ħajja u għalhekk ħassejt xewqa kbira li naqsam dan ma’ oħrajn, speċjalment maż‑żgħażagħ.
jagħmlu azzjonijiet żgħar ta’ mħabba ma’ dawk li kienu jgħixu magħhom fl‑istess dar.
Bdejt ma’ ħames subien ta’ bejn il‑11 u t‑12‑il sena, u li ma kellhom l‑ebda idea, la fuq x’inhi l‑fidi u wisq inqas fuq min setgħu kienu l‑ġenituri tagħhom. Bdejt nilgħab il‑futbol magħhom għal sigħat twal u wara kont inwassalhom lura d‑dar. Kont nitlobhom ukoll
Illum dawn it‑tfal kibru u xi wħud minnhom diġà daħlu fid‑dinja tax‑xogħol. Huma wkoll issa bdew jagħtu lill‑oħrajn minn dak li huma stess kienu rċevew; li Alla lil kulħadd iħobb b’imħabba kbira. Ma nieqaf qatt nirringrazzja lil Alla li tani ċ‑ċans inħobb lil kulħadd bla ma niġġudika, li skoprejtu bħala mħabba u li hu jħobbna lkoll b’imħabba personali, u għalhekk aħna lkoll aħna wliedu u aħna lkoll indaqs. (Erasmus – Italja)
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 9
Ottubru 2021
SAN PIETRU APPOSTLU
Żewġ Proġetti Ġodda fit‑Tanzanija
Dear Msgr Valent, Lots of greetings from Arusha, Tanzania. I am very grateful to our benefactors for their continued support in aid of our projects. We are proceeding very well. The chapel is doing well, soon work will start on the roofing structure, aluminium doors and windows have been secured and the work is going on at the workshop. This month we hope to complete the works at the chapel. 10
The chicken house is under construction; I have already procured the chicken cages and very soon chicks will be brought in order to start the project. There have been delays due to COVID‑19 and there is scarcity of chicks
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
in Tanzania, so we have to import them. I am very grateful to Missio Malta and to all our benefactors for such great support. Attached are some of the photos on the progress of the works. I would like to assure you that we, the Pallottines, always pray for you in our
masses. We pray that God continues blessing you and all our benefactors with the gift of eternal life. Yours sincerely, Fr Allan Bukenya, SAC Director of Promotions East Africa ARUSHA ‑ TANZANIA
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Bank Transfer Missio Malta IBAN: MT94APSB77013000000041474120039 Swift Code: APSBMTMT
(Min jagħmel donazzjoni f'dan il‑kont jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.
11
Ottubru 2021
SAN PIETRU APPOSTLU
Aħbarijiet mill‑Indja
Dear Msgr, I hope and pray that you are keeping fine and safe. We are all going through a very difficult time and many of us are facing a seriously challenging situation on account of the ongoing COVID‑19 pandemic. Now, slowly, the situation is getting better, but there is always the threat of a third wave of the virus Delta and its variants in India. Please keep us in your valuable prayers and in your positive thoughts. Monsoon rains are pouring out heavily in some parts of India. Widespread rainfall is seen all across. My mission work is going on as usual with ups and downs during this pandemic. I have nearly 25 single mothers in my area. One fine morning, a couple of them called me stating that they have no groceries. When I approached my friends they generously helped to get groceries kits for these mothers and the very needy homeless people. From last year, March 2020 till this 12
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
date, giving ration kits to the homeless, to the needy and to the single mothers is going on. Many thanks to the donors. Helping the less fortunate people is like walking the word of Jesus Christ: “I was hungry ‑ you gave me food.” I invited a couple of these single mothers and their children to my house and encouraged them to trust in the Lord that he listens to their grievances during this tough time. It was nice to have lunch with them. They felt that they were honoured and respected. Secondly, there is a small church that is coming up in the mission. The construction has reached the final stage. Only flooring, painting and electrical work remain. On the top of the church I wish to place a Jesus Christ statue (blessing everybody) in the middle and on both sides two angels’ statues. Now the statue makers have to paint them.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)
Once again thank you for all that you are to me and my mission.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Many blessings,
Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
Fr. Jai The Holy Trinity Mission
GRAZZI MILL‑QALB 13
SANTA INFANZJA
Ottubru 2021
Iċ‑Ċentru Arrupe
F
il‑Kambodja tul is‑Snin 70 u 80 seħħew ħafna gwerer. Tul dawn il‑gwerer tpoġġew miljuni ta’ ‘landmines’ ‑ bombi moħbija taħt l‑art li kif tirfishom jisplodu. Illum, għexieren ta’ snin wara l‑gwerra, fil‑Kambodja hemm il‑paċi, iżda baqa’ sa għaxar miljun mina moħbija taħt l‑art. Kawża t’hekk, ħafna tfal jisfaw vittmi ta’ dawn l‑inċidenti u d‑diżabilità tagħhom tista’ tillimita l‑futur tagħhom. Ftit tas‑snin ilu, waqt li kien man‑nannu l‑għalqa, Dara sab xi ħaġa tleqq fl‑art u ġabarha. Kienet mina li splodiet f’idu. Dara salva, iżda spiċċa b’diżabiltà; tilef il‑pala t’idu u parti mid‑dawl t’għajnejh peress li taru biċċiet tal‑ħadid f’għajnejh. Minħabba fl‑inċident, Dara ma setax jibqa’ jgħix mal‑ġenituri tiegħu, għax huma fqar wisq biex jagħtuh il‑kura u jedukawh, ħalli jkun jista’ jgħix bid‑diżabilità 14
tiegħu. Illum, Dara jgħix fiċ‑Ċentru Arrupe, wieħed miċ‑ċentri li Missio jgħin permezz tad‑donazzjonijiet li jirċievi. F’dan iċ‑ċentru, Dara u tfal oħra bħalu, jingħataw l‑għajnuna, edukazzjoni u taħriġ biex minkejja kollox jirnexxu fil‑ħajja.
Fl‑età ta’ 16‑il sena l‑ħajja ta’ Chen inbidlet mil‑lejl għan‑nhar meta rifes fuq mina tal‑art li ħaditlu saqajh it‑tnejn. Minn tfajjel li l‑hena tiegħu jmur l‑iskola, jgħin lill‑familja tiegħu fir‑razzett u jilgħab il‑futbol ma’ sħabu, Chen sab ruħu b’limitazzjoni kemm fiżika kif ukoll mentali, hekk kif beda jħossu ta’ piż fuq il‑familja tiegħu li diġà kienu qed jitħabtu finanzjarjament. Fil‑bidu kienet diffiċli wisq
għal Chen biex jaċċetta li ma setax jimxi aktar b’mod normali bħal qabel. Meta t‑tama dehret mitlufa, Chen instab mill‑Isqof Kike Figaredo u t‑tim taċ‑Ċentru Arrupe. Illum il‑ġurnata, Chen mhux biss ma jħossux ta’ piż, imma qed igawdi suċċess akkademiku u professjonali. Fil‑fatt, Chen qed jistudja l‑ipprogrammar tal‑IT fl‑università waqt li jaħdem fiċ‑ċentru tat‑tessuti ‘La Paloma’. Chen qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ‑Ċentru Arrupe u d‑donazzjonijiet mibgħuta minn Missio. Matul ix‑Xahar Dinji Missjunarju, inħeġġuk tgħin lil dawn it‑tfal b’diżabilità bħal Dara u Chen sabiex ma jħossuhomx limitati, anzi jħossuhom mogħtija l‑possibilità li huma wkoll jistgħu jitgħallmu u jibnu futur aħjar minn dak tal‑lum. Għal tfal u żgħażagħ bħal Dara u Chen, iċ‑Ċentru Arrupe fil‑Kambodja jgħin lil nies b’diżabilità jieħdu l‑edukazzjoni li tixirqilhom sabiex jinvestu fil‑futur tagħhom. Missio Malta qed jgħin lil dan iċ‑ċentru bis‑saħħa tad‑donazzjonijiet u l‑qlub ġeneruża tal‑Maltin u l‑Għawdxin.
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 125 Magna tal‑ħjata u
banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol
€ 3 Par żarbun għal tifel jew
€ 35 Uniformi, kotba,
tifla fil‑missjoni
kartollerija u basket tal‑iskola lil student/a minn familja fqira
€ 300 Qfief mimlijin ikel
€ 1,000 Xiri ta’ makkinarju
għal 12‑il familja fqira
għall‑biedja
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
CHILD SPONSORSHIP €150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 15
Ottubru 2021
MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ARĊISQOF GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021
Ghax ahna
MA NISTGHUX MA
NITKELLMUX FUQ DAK LI
RAJNA U SMAJNA ATTI 4:20
Fl
‑24 ta’ Ottubru ta’ din is‑sena, il‑Knisja Universali tiċċelebra Jum il‑Missjoni. Aħna lkoll imsejħin biex inkunu dixxipli missjunarji. Kull fejn qegħdin irridu nwasslu x‑xhieda tal‑imħabba ta’ Ġesù għalina u d‑devozzjoni tagħna lejh, b’mod speċjali bis‑solidarjetà tagħna mal‑proxxmu. Imma f ’dan il‑Ħadd partikolari niftakru f ’tant nies ġenerużi: saċerdoti, reliġjużi u wkoll lajċi, li jagħtu ħajjithom f ’artijiet imbiegħda minn pajjiżna biex ikunu ta’ servizz għall‑komunitajiet lokali u jwasslu x‑xhieda tal‑Evanġelju, bil‑ferħ u l‑għaqda li jġib miegħu l‑messaġġ ta’ Ġesù. Jiena naf li l‑missjunarji tagħna qed jiltaqgħu ma’ 16
sitwazzjonijiet tassew diffiċli, b’mod speċjali f ’sena li għadha mmarkata bil‑pandemija COVID‑19. Ħafna minnhom jiltaqgħu ma’ popolazzjonijiet sħaħ fl‑irħula mbiegħda, fil‑muntanji jew ħdejn ix‑xmajjar, u li m’għandhom l‑ebda faraġ jew għajnuna medika. Hemm diversi missjunarji Maltin u Għawdxin li qegħdin jużaw ir‑riżorsi li qed nagħtuhom mhux biss biex ikomplu jxandru l‑Evanġelju, imma wkoll biex ikomplu l‑kmand ta’ Ġesù meta lid‑dixxipli tahom il‑qawwa li jfejqu; ifejqu wkoll permezz tal‑mediċina moderna. Nixtieq li f ’dan il‑Jum Missjunarju partikolari tal‑2021 nitolbu ħafna għall‑missjunarji tagħna,
imma mhux biss. Nitolbu għall‑missjunarji kollha tal‑Knisja Kattolika li qegħdin jaħdmu f ’sitwazzjonijiet diffiċli li huma milquta mill‑għargħar, min‑nirien kbar jew mit‑terremoti. F’dawn il‑popolazzjonijiet li aħna niltaqgħu magħhom permezz tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni, hemm ukoll l‑għatx għall‑Kelma ta’ Ġesù, għall‑ferħ ta’ min iħossu maħbub u maħfur. Kull għotja tagħna, żgħira kemm hi żgħira, hija att ta’ mħabba li jagħmel kuraġġ lil dawn ħutna li mhux biss qegħdin jagħtu ħajjithom, imma wkoll qegħdin jiltaqgħu ma’ Ġesù fil‑proxxmu. Charles Jude Scicluna Arċisqof ta’ Malta
Ottubru 2021
MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ISQOF TA’ GĦAWDEX GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021 rigal tal‑imħabba ta’ Alla murija fl‑imħabba ta’ raġel u mara li jsiru ġenituri.
Inħabbru Dak li Rajna u Smajna M’hemmx sejħa għall‑ħajja mingħajr missjoni Alla jsejjaħ lil min iħobb. Il‑ħajja hija sejħa li tiġi mill‑imħabba u hija sejħa għall‑imħabba. Meta Ġesù jsejjaħ lit‑Tnax, San Mark jgħidilna li “sejjaħ lil dawk li ried hu” (3:13), fi kliem ieħor lil dawk li ħabb. Meta Ġesù jsejjaħ liż‑żagħżugħ għani, il‑Vanġelu jgħidilna li Ġesù “ħares lejh u ħabbu” (10:21). Kull bniedem li huwa msejjaħ għall‑ħajja, huwa
Mas‑sejħa tal‑ħajja hemm marbuta wkoll il‑missjoni tal‑kondiviżjoni fir‑relazzjoni. Il‑bniedem li huwa msejjaħ għall‑ħajja frott l‑imħabba, huwa mibgħut biex jgħix il‑ħajja flimkien ma’ oħrajn. In‑Nisrani, frott l‑imħabba, huwa msejjaħ mhux biss għall‑ħajja, imma wkoll biex ikun dixxiplu ta’ Ġesù. Mimli bl‑imħabba ta’ Ġesù huwa msejjaħ ukoll biex iħobb u jagħti lilu nnifsu għall‑imħabba ta’ ħutu. Il‑ħajja mhix destin imma pjan ta’ mħabba Ġieli l‑ġrajjiet tal‑ħajja jgħallmuna b’mod żbaljat li l‑ħajja hija xorti. “Min jitwieled xortih tajba u min b’xortih ħażina!” Imma mhix din ir‑realtà. Il‑Vanġelu jgħallimna li l‑ħajja hija dejjem don, rigal frott l‑imħabba ta’ Alla. Wieħed mill‑ewwel għarfien li jrid jagħmel il‑bniedem huwa proprju dan – li jiskopri lilu nnifsu maħbub minn Alla, u li l‑ħajja li jgħix mhix għajr espressjoni ta’ din l‑imħabba. Il‑komunità Nisranija hija
msejħa biex tgħin lil kull membru tagħha jagħraf din ir‑realtà li tinsab fil‑bażi mhux biss tal‑ħajja ta’ kull bniedem imma fuq kollox fil‑bażi tas‑serenità u l‑paċi tiegħu. Sakemm il‑bniedem ma jindunax li huwa tassew maħbub minn Alla, qatt ma jista’ jqis il‑ħajja bħala rigal. Il‑ħajja tibqa’ biss xorti, destin li sibt ruħek fih u trid tagħmel li tista’ biex meta tiġik tajba, takkwista kemm tiflaħ, f ’kompetizzjoni mal‑oħrajn, bl‑iskop uniku li tapprofitta minn kull mument u tipprova tevita t‑tbatija kif tista’, anki akkost li titfagħha fuq ħaddieħor jew li tuża mezzi mhux morali biex tiffrankaha. Meta nagħraf li fl‑għeruq tal‑eżistenza tiegħi bħala bniedem hemm l‑imħabba ta’ Alla li għażilni biex ngħix, il‑ħajja tiegħi tieħu togħma għalkollox differenti. Inkun kapaċi nara mhux biss id‑diffikultajiet u l‑weġgħat, imma fuq kollox ninduna bis‑sabiħ u bil‑barkiet li rċevejt. Lin‑nies ta’ madwari ma nqishomx kompetituri jew ħallelin li jfixkluni milli nasal fejn irrid, imma aħwa li rċevew doni għax 17
Ottubru 2021
huma wkoll maħbubin mill‑Missier. Il‑ħajja ma tkunx aktar ġlieda ta’ poter jew ta’ min ser jaħkem l‑aktar, imma okkażjoni ta’ ferħ fil‑kondiviżjoni tal‑ġid u tad‑doni li kull wieħed u waħda rċevew. Din il‑konverżjoni mill‑ħajja destin jew xorti għall‑ħajja pjan ta’ mħabba hija meħtieġa biex nifhmu l‑Missjoni. Min il‑ħajja jeħodha bħala destin jew xorti, jgħaddi l‑parti kbira tagħha jara kif ser jakkwista għalih, kif ser ikun maħbub, kif ma jbatix, kif ser ikun aħjar mill‑oħrajn. Min il‑ħajja jeħodha bħala pjan ta’ mħabba, għandu l‑possibbiltà li jħossu xxurtjat u għalhekk iħoss il‑bżonn li jaqsam minn dak li rċieva mal‑oħrajn. Imħabba, sejħa għall‑ħajja u missjoni huma tliet uċuħ tal‑istess realtà. Kif nista’ ma nxandarx? Fil‑Messaġġ tiegħu għall‑Ġurnata Missjunarja ta’ din is‑sena, il‑Papa Franġisku jiffoka fuq in‑nar li għandu jkun hemm jaqbad fil‑qalb ta’ kull dixxiplu ta’ Ġesù biex ixandar l‑Aħbar it‑tajba hemm fejn għadha ma waslitx. Esperjenza sabiħa qatt ma nistgħu nżommuha għalina, imma jeħtieġ li nagħmlu esperjenza sabiħa ta’ Alla. Inkella 18
t‑tħabbira li nippruvaw nagħmlu lill‑oħrajn tkun sempliċement frott id‑dmir u ma jkollha l‑ebda saħħa għax tkun nieqsa mill‑involviment tal‑persuna sħiħa. Meta aħna d‑dixxipli ta’ Ġesù nagħmlu esperjenza vera tal‑ħelsien li ġġib il‑Kelma tiegħu u tas‑sbuħija meta timxi wara Ġesù, imbagħad il‑kliem tagħna u t‑tħabbira tagħna lill‑oħrajn ikollhom saħħa kbira għax ikunu mimlija mhux bl‑isforzi tagħna imma bl‑Ispirtu s‑Santu li jaħdem fina. Tħabbira bħal din ma tistax ma tħallix frott. Missjunarji fi djarna Qed ngħixu fi żmien fejn il‑quddiesa tal‑Ħadd, is‑sagrament tal‑qrar, it‑talb, m’għadhomx ċentrali bħalma kienu qabel fil‑ħajja tal‑familji tagħna. Dawk minna li għadhom iħossu
l‑importanza tal‑ħajja tal‑fidi, huma msejħa biex ikomplu jidħlu fil‑fond tar‑relazzjoni tagħhom ma’ Alla. Hekk, il‑paċi tal‑qalb li jkollna meta nkunu ħbieb tiegħu tqanqalna u timbuttana biex immorru għand l‑oħrajn u noffrulhom is‑sabiħ tal‑fidi. Spiss dan kollu rridu nibdewh minn djarna. Jekk niskopru l‑ħajja tal‑fidi bħala esperjenza importanti, ma niddejqux inħajru oħrajn biex jidħlu fiha. Dawn jistgħu jkunu ħbiebna, ħutna, uliedna u xi drabi anki l‑ġenituri tagħna. Il‑Pjan Pastorali li qed nibdew fid‑Djoċesi ta’ Għawdex, għandu l‑għan li aħna li nqisu ruħna qrib tal‑Knisja, niskopru tassew is‑sabiħ tal‑fidi, biex hekk oħrajn jittieħdu minna. Mons. Anton Teuma Isqof ta’ Għawdex
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. 19
Ottubru 2021
Fil‑Ġurnata Missjunarja niftakru bi gratitudni fin‑nies kollha li, bix‑xhieda ta’ ħajjithom, jgħinuna nġeddu l‑impenn tal‑magħmudija tagħna biex inkunu appostli ġenerużi u ferħanin tal‑Evanġelju. Niftakru b’mod speċjali f’dawk li kienu kapaċi jmorru, iħallu pajjiżhom u l‑familja tagħhom, sabiex l‑Evanġelju jkun jista’ jasal, mingħajr dewmien u mingħajr biża’, f’kull rokna tad‑dinja u tal‑ibliet, fejn tant persuni huma għatxana għal dan il‑messaġġ ta’ barka. Papa Franġisku fil‑messaġġ tiegħu għall‑Ġurnata Missjunarja 2021. 20
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Ġerusalemm Mejju 2014: Papa Franġisku jżur il‑Muntanja tat‑Tempju u jiltaqa’ mal‑Kleriċi Musulmani, il‑Kardinali Kattoliċi u l‑Prinċep Ghazi tal‑Ġordan, konsulent ewlieni tar‑re għall‑affarijiet reliġjużi u kulturali. 21
Ottubru 2021
D
Dun Toninu Bello
un Toninu kien ikkunsidrat bħala l‑‘qassis tal‑paċi u tal‑ħniena’ u l‑‘isqof ta’ dawk li jiġu l‑aħħar’. Hekk kien imfakkar minn Papa Franġisku nhar il‑25 sena mill‑mewt tiegħu, Dun Toninu Bello. Monsinjur Bello twieled l‑Italja fir‑raħal ta’ Alessano fit‑18 ta’ Marzu 1935 u miet f ’Molfetta, l‑Italja fl‑20 ta’ April 1993. Mar l‑iskola f ’Alessana bejn l‑1940 u l‑1948 u f ’Molfetta bejn l‑1950 u l‑1953. Huwa laħaq qassis fl‑1957. Kien persuna li ħadmet għall‑paċi u d‑diżarmamenti fid‑dinja. Dun Toninu gie ordnat isqof ta’ Molfetta fl‑1982 u tliet snin wara, il‑Konferenza Episkopali Taljana għażlitu biex ikun president tal‑Pax Christi, il‑Moviment Kattoliku Internazzjonali Għall‑Paċi. Dun Toninu kien iwettaq il‑missjoni tiegħu maż‑żgħażagħ fuq l‑iskrittura. Kien iħobb ħafna jiddjaloga mal‑fqar, dawk bla dar u mal‑immigranti. 22
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
Qabel ma miet kien ukoll xhud tal‑paċi, meta fl‑1992 mar Sarajevo bħala direttur spiritwali u ta sehmu fil‑mixja għall‑paċi li kienet saret f ’Diċembru. Kien kritiku kontra konflitti internazzjonali, bħall‑Gwerra tal‑Golf u oħrajn.
L‑Isqof Bello dejjem ħolom li l‑Knisja tissejjaħ ‘Il‑Knisja tal‑Fardal’. Hu kien jgħid dan għax kien jemmen li l‑fardal kien l‑ilbies li jirrappreżenta lil Ġesù. Hu kien iżid jgħid li Ġesù neħħa l‑ilbies ta’ fuq biex jieħu fardal u dawru ma’ qaddu. Dun Tonino qatt ma
ried li jissejjaħ ‘Monsinjur’ jew ‘Eċċellenza’, imma sempliċiment ‘Dun Toninu’. Kien jiffirma kull dokument b’dan il‑mod, u kien u baqa’ ‘Dun Toninu’ għal kulħadd. Huwa kien dejjem jirkeb ix‑xarabank jew ir‑rota biex jivvjaġġa. Kien dejjem ikellem lin‑nies fit‑toroq, fil‑ħwienet u fir‑ristoranti. F’Settembru tal‑1990 waqqaf ir‑rivista ’Mosaico di Pace’ (Mużajk tal‑Paċi). Kien jikteb ukoll fil‑gazzetta ‘Il Manifesto’. Fl‑1993 miet b’kanċer fl‑istonku. Indifen fiċ‑ċimiterju ta’ Alessano wara li kellu funeral nhar l‑24 ta’ April 1993. Il‑proċess tal‑beatifikazzjoni beda taħt Papa Benedittu XVI f ’Novembru 2007. Kienet ukoll il‑ħolma ta’ Dun Toninu li l‑Knisja tiftaħ il‑bibien tagħha għall‑fqar, kif għamel Papa Franġisku. “Jekk ħajjitkom tgħixuha għall‑oħrajn, ma titilfuhiex.” Dun Toninu Bello.
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
MALTA
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org POWERED BY Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Malta Social Impact Awards.
Jien. Int. Aħna. Flimkien. POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
www.adoptgrandparent.org
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001. MALTA
April 2022
POWERED BY
Combat Loneliness
KALENDARJU
2022
nfortak Ġesù jikko ek. Aktar aq tiegħ fid‑dwejj kbira, tija tkun a ma t‑tba n l‑imħabb tku ira aktar kb lla lejk. t’A
Grandparent Adopt a
NEWSPAPER POST
Padre Pio.
ifferenza
Rigali b’d
enera għża tiġġ €55 - Mo u lill-familja. tinw dħul kon
t sio.org.m www.mis IL-ĦADD
IS-SIBT
IL-ĠIMGĦA
IL-ĦAMIS
L-ERBGĦA
IT-TLIETA
IT-TNEJN
2
1
k ta’ Paola
S. Franġis S. Nikola ta’
KALENDARJU
2022
Il‑ħames Ħadd
tar‑Randan
ka
S. Pawl tal‑Afri
16
I Papa
21
20
l‑Kbira
23
22
www.mis sio.org.m t 29 IL-ĦADD 28 IT-TNEJN IT-T 31 27
L‑Għid il‑Kbir
tal‑Għid It‑tieni Ħadd Divina) a (Jum il‑Ħnien
Petrilli
25 S. Mark
Evanġelista
26
4
a
. Flimkien. Jien. Int. Aħna (VO/1178)
missiomalt
ta’ Siena
L-ERBGĦS. Piju A V Papa
Molla
5
6
17 Is‑sittax‑il
24
S. Eliżabetta
11
tal‑Potugall
S. Anton Marija
12
Zaccaria
13
S. Marija Goretti
Ħadd ta’ matul
18 is‑sena
S. Kamillu
25
S. Louis u S. Zelie Martri (Ġenituri ta’ S. Tereżina)
19
S. Enriku Impera
20
tur
2 B. Nazju Falzon
S. Oliver Plunke
tt
9
el Riuz u sħabu
S. Kamillu
S. Girgor Grassi
15
de Lellis Saċerd
ot
S. Wistin Zhao
Rong u sħabu
S. Bonave
22
ntura Isqof
Il‑Madonna
23
tal‑Karmnu
S. Maria Mackill
op
26
27
S. Apollinarus
S. Lawren
z ta’ Brindis
i Saċerdot
28
S. Marija Madda
29
Ħadd ta’ matul is‑sena Jum in‑Nan niet S. Ġakbu Appost
lu
u sħabu
16
de Lellis Saċerd
ot
IS-SIBT
Beatu Emanw
21
Is‑sbatax‑il
Jien. Int. Aħna . Flimkien. (VO/11
IL-ĠIMGĦA
8
14
Il‑ħmistax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena S. Benedittu
1
7
L‑erbatax‑il Ħadd ta’ matul is‑sena
10
IL-ĦAMIS
itarji iema san ent n tal‑ħadd ni, speċjalm iex l‑impen tal‑anzja mexxejja u Nitolbu sab ersuni morda u a mill‑ u megħjun nza tal‑p fl‑assiste l‑iktar foqra, ikun ajiet lokali. i unit ajjiż kom fil‑p mill‑ S. Ġanna Beretta
rrat
ta’ Montse
follow us
3
S. Katerina
iffe
renza €2,000 Per spiera kom mezz ta' jista' jkol unità sħiħa lha aċċess ilma nad għal if sab tixrob u għaiex issajjar, t-tisqija tal-prodot ti s-sena kollha.
30
Saziari
LIETA
Il‑Madonna It‑tmin tal‑Bon Kunsill tax‑il Ħadd Il‑Madonna ta’ matul is‑sena
Rigali b’d
ta’ Praga
S. Adelbert s I Papa
S. Agapitu
S. Ġwann
s Papa
S. Aniċetu
24
Kompass jon ħafna; taq i: kelma li tfisser sam l‑istes l‑istess tba s passjoni Nilqa’ f’q tija, l‑istess agun , ija. albi l‑miże rja li hem f’qalbek, m insir ħuk u inti ħija. Jean Vani er.
i tal‑Għid
19
18
17
Lulju 2022
ta’ Toledo
S. Casilda
a
ta’ Lixandr
15
Vġili Solenn
S. Savina
Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn.
S. Dijonisju
la Salle
Il‑Ġimgħa
Papa S. Iljun IX
Inħeġġukom tmexxu l‑kelma.
9
Ħamis ix‑Xirka S. Martinu S. Ġulju I Papa
(VO/1178)
Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2.
Battista de
14
13
12
11
10
Ferreri
S. Ġwann
Morosani
S. Pjerina S. Vinċenz Seville S. Isidor ta’
Ħadd il‑Palm
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
7
6
5
4
3
Noto
8
S. Anna u
S. Ġwakkin
follow us
Beatu Antonjo
Lucci
Beatu Stanley
lena
S. Briġida
30
tal‑Iżvezja
Reliġjuża
Rother S. Marta
78)
missiomalt
a
S. Pietru Krisolo Nitolbu għa gu Isqof ll‑anzjan l‑memor i li jirrappre ja żentaw l‑għ l‑għerf tagħ ta’ poplu, sabiex eruq u l‑esperj hom iħarsu lejn jgħinu lil dawk ikta enza tagħhom u il‑futur b’ta r żgħaża għ sab ma u resp onsabbiltà. iex
23
Ottubru 2021
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
MALTA MISSJUNARJA – Is‑7 PARTI Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi
M
alta Missjunarja (1942‑1946): (Din il‑lista tkompli ma’ dik li dehret fl‑aħħar ħarġa) Aktar xogħlijiet ta’ Dun Anton Xiberras (DAX), dejjem taħt l‑istess psewdonimu ‘Sciant’, dehru matul l‑1944: ‘Għanja tan‑Nieqa’ (Sena XII, Marzu‑April 1944, nri 3‑4, p.15), poeżija bi tliet strofi ottonarji u ‘Għerf Fieragħ’ (Sena XII, Mej.‑Ġun. 1944, nri 5‑6, pp.19 u 23), novella ddedikata lill‑E.T. Rev.
Mons. Arċisqof M. Gonzi; ‘Sagrileġġ ta’ Mħabba!’ (Sena XII, Sett. 1944, nru 9, p.35), rakkont dwar ix‑xwejjaħ Leħjabajda; ‘Ħlas’ (Sena XII, Sett. 1944, nru 9, p.38), bi tliet strofi u rima abċb; ‘Tfal tal‑Milied’ (Sena XII, Diċ. 1944, nru 12, p.59), novella datata 1.12.44. Is‑sena ta’ wara wkoll dehru għadd ġmielu ta’ novelli u kitbiet tiegħu: ‘Lejliet l‑Ewwel Quddiesa’ (Sena XIII, Mar. 1945, nru 3, pp.25 u 27); ‘Ir‑Rebħa tas‑Salib’ (Sena XIII, Apr. 1945, nru 4, p.41), datata 22.1.45; ‘Warda
ta’ Mejju’ (Sena XIII, Mej. 1945, nru 5, p.56); ‘Marda Qasira’ (Sena XIII, Ġun. 1945, nru 6, p.73); ‘Is‑Suldat Ġakbu’ (Sena XIII, Aww. 1945, nru 8, p.102); tliet kitbiet: ‘Biex Kristu Jsaltan’ (p.136) u ‘Il‑Qalbieni’ (p.139) [Sena XIII, Ott. 1945, nru 10] u ‘Lil Hinn mill‑Ħajja’ (Sena XIII, Nov. 1945, nru 11, pp.149‑150); ‘Milied u Maħfra’ (Sena XIII, Diċ. 1945, nru. 12, p.166), datata 9.10.45. Ix‑Xirka tal‑Malti għat‑Tfal fin‑Naxxar: F’din is‑sena
Dun Anton Xiberras f'waħda mill‑ħarġiet mal‑imseħbin tax‑Xirka tal‑Malti għat‑Tfal (Fergħa Naxxar). 24
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
wkoll, dehru żewġ poeżiji ta’ Ġużi Muscat li kien wieħed mill‑imxerkin f ’din l‑Għaqda: ‘L‑Ave Marija!’ (Sena VIII, Jan, 1945, nru 1, p.4), b’ħames strofi settenarji u rima abċb; ‘Marija’ (Sena XIII, Ott. 1945, nru 10, p.136), b’sitt strofi settenarji u rima abċb. Dan il‑kittieb Naxxari mhux l‑ewwel darba li kiteb fil‑MM, kif ukoll fil‑‘Young Malta’, ‘Il‑Berqa’ u ‘Iż‑Żerniq’. Fid‑‘Djarju tal‑Gwerra’ (Sena XI, 29 ta’ Jannar, 1947, p.4) DAX kien kiteb li “dan iż‑żagħżugħ għandu poeżiji li juruk li għad jirnexxi bħala poeta tajjeb.” Din ix‑Xirka
twaqqfet fl‑1943 bis‑saħħa ta’ Carmelo Caruana (1914‑85), edukatur u ġurnalist, bil‑għan li xxerred l‑imħabba lejn ilsien pajjiżna fost it‑tfal u ż‑żgħażagħ ta’ żmien u wara l‑gwerra. L‑għaqda nbdiet f ’Għawdex minn Kelinu Vella Haber (1913‑2014) peress li kien Naduri, biex imbagħad żviluppat f ’Moviment tal‑Malti; waqqaf ukoll tal‑Fergħa tat‑Tfajliet fi ħdan l‑istess moviment li baqa’ attiv sal‑bidu tas‑70ijiet. Kien hu wkoll li fl‑1943 ddrammatizza n‑novella l‑‘Għenieqa ta’ Wiżu’ ta’ Temi Zammit bħala l‑ewwel radjudramm bil‑Malti li qatt ixxandar fuq ir‑Rediffusion. Ix‑Xirka dlonk sabet għeruqha u xterdet ma’ kull rokna Maltija; ħafna kienu dawk li trawmu fiha u ħarġu kittieba jew mużiċisti tajbin. Fil‑laqgħat, minbarra it‑tagħlim rudimentali tal‑grammatika, kienu jinqraw xogħlijiet Il‑Baruni Kelinu Vella Haber li waqqaf ix‑Xirka ta’ kittieba għat‑Tixrid tal‑Ilsien Malti fin‑Nadur. magħrufin
Brother Amedy Charles Caruana.
tal‑Malti u oħrajn mill‑pinna tal‑istess imseħbin fejn imbagħad kienet issirilhom kritika kostruttiva. Attivitajiet oħrajn kienu jinkludu ħruġ kulturali u tnedija ta’ ktieb kompetittiv bi premjijiet u għoti ta’ diplomi. Fost l‑ewwel fergħat imwaqqfa nsibu dik tal‑Ħamrun mill‑Baruni Kelinu Vella Haber, dik tal‑Gżira mill‑Brothers Amedy Charles Caruana u l‑grammatiku Henry Grech (1919‑1981) fil‑kulleġġ ta’ Stella Maris, u dik tan‑Naxxar minn Dun Anton Xiberras [DAX] (1922‑2006), b’din tal‑aħħar tiġi inawgurata fl‑24 ta’ Settembru 1943. Xogħlijiet oħrajn li dehru matul l‑1942 huma tliet poeżiji ta’ Robert Mifsud Bonnici: ‘Prudentia’ (1942, p.34), b’10 strofi u 25
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
Ottubru 2021
Robert Mifsud Bonnici prożatur u konferenzier b'xejra soċjali.
rima abċb, datata 27.2.18; ‘Ir‑Rażna’ (1942, p.41) b’10 strofi ottonarji ta’ sitt versi kull waħda u rima abċbdd, datata 7.2.1942, akkumpanjata b’argument kif ġej: Il‑kittieb, sa minn ċkunitu fehem, li l‑ħulqien
(sic) hu għalina. Għadda ż‑żmien, u bil‑qari sar jaf li Alla ħalaq, kollox għal Volontà Tiegħu, kollox Għalih; u hekk nissel f ’moħħu żewġ fehmiet: Alla kollox ħalaq għalina, u Għalih: tħawwad u talab ’il Alla biex kieku jfissirlu dawn iż‑żewġ Veritajiet. / U Ruħ il‑Qodos, fissirhomlu: Għax, għalkemm Alla ħalaq għalina kollox, b’danakollu jrid sukrifiċċju (sic) mill‑bniedem u b’hekk isalva ruħu, wara din il‑ħajja. Issa barra minn dan Alla, Tajjeb, Għani u Ħanin, ta’ kull ċaħda jagħtina grazzja ġdida. Il‑poeżija l‑oħra hija ‘l‑Imgħallem’ (1942, p.51), miktuba nhar Ħamis ix‑Xirka tal‑1942, bi tmien strofi ottonarji ta’ sitt versi
kull waħda u rima abċbdb. Aktar kitbiet ta’ DAX komplew jidhru fl‑għaddijiet tal‑MM matul is‑sena 1946: ‘Vitamini Mhux Vjatku’ (Sena XIV, Mar. 1946, nru 2, p.46), novella tradotta mill‑‘Catholic Digest’ U.S.A.; ‘Reġina Missionum’, b’dejn lil P. A. Cuschieri O.C. (p.68), poeżija bi tmien strofi settenarji, datata 24.3.46 u ‘Tħambiq Fieragħ’ (p.71), novella datata 26.2.46 (Sena XIV, Mej. 1946, nru 5); ‘Il‑Knisja f ’Wiċċ il‑Ġejjieni’, b’qima lil Dun Ġwann Sciberras, direttur tal‑Perjodiku Missjunarju Nazzjonali (Sena XIV, Lul. 1946, nru 7, p.102); ‘Kwiekeb tal‑Milied’, novella, (Sena XIV, Diċ. 1946, nru 12, p.189).
Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
www.missio.org.mt 26
Ottubru 2021
DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS
Lifestyle Ltd. 64,Triq Joseph Sciberras, Ħamrun, ĦMR1553 +356 2133 7343 info@haircaremalta.com www.haircaremalta.com
Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com
27
MESSAĠĠ MILL‑ASSISTENT DIRETTUR – DUN VICTOR AGIUS
Ottubru 2021
Ġurnata Missjunarja 2021
Ngħidu Iva Għall‑Ħolma t’Alla.
I
l‑ġist tal‑messaġġ għall‑Ġurnata Missjunarja ta’ din is‑sena huwa wara kollox: ‘Xhieda u Profeti’. Dan iġegħelna l‑ewwel nett nippruvaw nifhmu kif nistgħu nkunu ta’ xhieda għall‑Vanġelu u kif ukoll nistgħu nkunu
28
profeti t’Alla. Minħabba li aħna mgħammda u rċevejna d‑don tal‑fidi, aħna għandna ‘jkollna simpatija lejn id‑dinja’ wkoll, u nħarsu fil‑bogħod lejn il‑futur. L‑imħabba t’Alla li narawha tant sabiħa f ’Ġesù, mhix kliem fl‑arja imma hija mħabba konkreta, inkarnata fid‑dixxipli li huma lkoll missjunarji; missjunarji ta’ kull età u kapaċità. L‑Ispirtu s‑Santu, fl‑immaġinazzjoni tiegħu ma jiqafx imiss il‑qlub ta’ rġiel u nisa għas‑sejħa missjunarja. Ħafna drabi din tibda minn kelma, li hija Ġesù stess, li tolqotna b’mod partikulari
minħabba ċ‑ċirkustanzi li nkunu għaddejjin minnhom. Alla jkellimna, jistedinna u jagħtina l‑kuraġġ biex ma nibżghux inkunu dak li Hu jixtieqna li nkunu. Alla għandu pjan mill‑isbaħ għal kull wieħed u waħda minna. Jekk noħolmu li l‑umanità tista’ tkun aħjar, din tibda minna. Papa Franġisku jgħidilna: “...ħalli nistagħġbu, nibqgħu mbellha, u fuq kollox noħolmu. Oħolmu! Oħolmu b’ dinja li għadna ma rajniex. Għax l‑affarijiet sbieħ jitwieldu minn viżjonijiet tajba li bdew mill‑ħolm ta’ xi nies. Għixu, Ħobbu, Oħolmu, Emmnu!” Il‑Ġurnata Missjunarja hija stedina għal min iħobb joħlom affarijiet sbieħ biex jemmen li Alla qed jilħaqna b’din l‑istedina sorprendenti tiegħu u qed jgħidilna: “Kun il‑ħolma tiegħi, kun parti mis‑saltna tiegħi fid‑dinja tal‑lum. Tibżax, għax jiena dejjem miegħek.” Dan mhux biss jagħmlilna kuraġġ, imma wkoll jagħmilna xhieda tal‑fedeltà t’Alla lejn il‑bnedmin u jagħmilna mezzi biex inwasslu l‑ħniena tiegħu lejn dawk li niltaqgħu magħhom matul il‑vjaġġ ta’ ħajjitna.
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR T’GĦAWDEX DUN KARM PORTELLI
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Ġurnata Missjunarja 2021
Minn dak li għandi ser nagħtik! jxandru l‑messaġġ ta’ Kristu minn dak li għandi ser nagħtik.” Atti 3:8 bix‑xhieda ta’ ħajjithom. F’dan iż‑żmien ta’ pandemija, Minn dak li Alla iktar minn qatt qabel, irridu ngħixu bil‑fatti l‑fidi li aħna pprovdielna: nistqarru. Hemm bżonn • ngħinu lill‑proxxmu ta’ solidarjetà mal‑fqir fost fil‑bżonn il‑fqar. Il‑fidi ma nistgħux inżommuha għalina biss.
Fl
‑Atti tal‑Appostli nsibu li l‑kotra l‑kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Atti 4:32 Papa Benedittu f ’wieħed mill‑mesaġġi għall‑Ġurnata Missjunarja jħeġġiġna li hemm bżonn ikollna l‑istess ħeġġa li kellhom l‑ewwel Insara. Għalkemm kienu ftit bħala numru, kienu kapaċi
• ngħinu lill‑foqra jgħixu ħajja aħjar • infejqu tant tfal morda
Il‑fidi hija rigal li ġie mogħti lilna biex naqsmuh mal‑oħrajn. Il‑fidi hija dawl li m’għandux jibqa’ moħbi, iżda dawl biex idawwal kullimkien. Il‑fidi għandha tissarraf f ’opri ta’ ħniena u mħabba. “Fidda u deheb m’għandix, imma
• nagħtu appoġġ lil ħafna missjunarji u lajċi impenjati fil‑missjoni biex jedukaw lill-komunitajiet tagħhom • nitolbu biex il‑Mulej ibierek il‑ħidma missjunarja mxerrda mad‑dinja kollha
“Minn dak li għandi ser nagħtik.” San Pietru
29
Ottubru 2021
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Il‑Ħames Parti
Id‑Dehra tal‑Madonna tal‑Midalja Mirakoluża Il‑Madonna dehret darbtejn lin‑novizza Sor Katarina Labouré ta’ 24 sena, fis‑sena 1830 f ’Rue du Bac, Nru.140, f ’Pariġi, Franza. L‑Ewwel Dehra: Fit‑18 ta’ Lulju 1830 leħen ta’ ‘tifel jiddi’ ħdejn is‑sodda qajjem lil Katarina u qalilha 30
li l‑Madonna kienet qiegħda tistennieha fil‑kappella tal‑Kunvent tas‑Sorijiet tal‑Karità ta’ San Vinċenz de Paul. Katarina minnufih marret fil‑kappella u għall‑ewwel rat li l‑kappella kienet vojta, iżda mbagħad, wara li semgħet xi ħsejjes li ħasbet li kien it‑tħaxwix ta’ xi ħwejjeġ tal‑ħarir, dehret Marija Santissima u Katarina ġriet lejha. Huma damu jitkellmu għal xi sagħtejn. Il‑Madonna, fost ħwejjeg oħra qaltilha li żminijiet ta’ nkwiet kbir kienu se jiġu fuq Franza (ir‑Rivoluzzjoni ta’ Pariġi fl‑1871) u fid‑dinja. Qaltilha: “Binti, Alla jixtieq jafdalek missjoni kbira. Se ssib ħafna min jikkontradixxik, imma tibżax. Ikollok il‑grazzja li tagħmel dak kollu li hu meħtieġ. Għid lid‑direttur
spiritwali tiegħek dak kollu li inti tkun għaddejja minnu u dak li tkun qiegħda tħoss. Se jkun hawn ħafna vittmi fost il‑poplu. Se jkun hemm vittmi fost il‑kleru ta’ Pariġi. Is‑Salib ta’ Ibni se jinżamm fid‑disprezz, jintefa’ fl‑art u jiġi mfarrak. Se jinxtered id‑demm. Id‑dinja kollha se tiddaħħal fid‑dlam. Iżda grazzji speċjali jingħataw lil dawk kollha li jitolbuhom, imma in‑nies għandhom jitolbu.”
It‑Tieni Dehra: Fis‑27 ta’ Novembru 1830 il‑Madonna ħeġġet lil Katarina u tatha struzzjonijiet biex tieħu ħsieb li ssir ‘Midalja tal‑Kunċizzjoni Immakulata’ (aktar tard saret magħrufa bħala l‑Midalja Mirakoluża) li tagħti grazzji kbar lil dawk kollha li jilbsuha. Il‑Verġni Marija qalet li: “Il‑Midalja għandha tkun
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
sinjal ta’ mħabba, wegħda ta’ protezzjoni u sors ta’ grazzja għal dawk li jafdaw fiha.” Il‑Madonna stess uriet lil Katarina kif għandha tkun il‑Midalja. Fuqha għandu jkun hemm il‑kliem jew aħjar it‑talba: “Marija, imnissla mingħajr dnub, itlob għalina li nirrikorru lejk.” Id‑disinn u x‑xogħol tal‑Midalja sar mill‑arġentier Adrien Vachette, ibbażat fuq dak li qaltlu Sor Katarina skont kif xtaqet il‑Madonna. Inħadmu għadd kbir ta’ dawn il‑Midalji, miljuni, anżi biljuni, u tqassmu mad‑dinja kollha. Ħafna nies emmnu fihom u libsuhom u għadhom jilbsuhom sal‑ġurnata tal‑lum. Skont it‑tagħlim tal‑Knisja, l‑użu sagramentali bħalma hija din il‑Midalja “jħejju biex wieħed jirċievi l‑grazzja u jiddisponuh ħa jikkopera magħha.” (il‑Katekiżmu
tal‑Knisja Kattolika, paragrafu 1670). Fi Frar 1832 Pariġi ġiet milquta minn epidemija terribbli tal‑kolera, li kkawżat aktar minn 20,000 mewta. Is‑Sorijiet tal‑Karità qassmu l‑ewwel 2,000 midalja f ’dik l‑okkażjoni, u l‑fejqan beda jidher mill‑ewwel flimkien ma’ ħafna konverżjonijiet. Huwa għalhekk li l‑Pariġini bdew isejħulha ‘mirakoluża’. F’Diċembru tal‑1854, Papa Piju IX bil‑Bolla Papali tiegħu ‘Ineffabilis Deus’ ippromulga u ddefinixxa b’mod uffiċjali d‑Domma tal‑Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija Santissima, jiġifieri li l‑Madonna kienet imnissla mingħajr id‑dnub oriġinali. Dan l‑avveniment daqstant importanti fil‑ħajja, il‑fidi u d‑duttrina tal‑Knisja Kattolika kompla jżid
fil‑ħeġġa kbira tal‑poplu Nisrani biex jilbes il‑Midalja Mirakuluża. Għaldaqstant, l‑għadd kbir ta’ Midalji kompla jikber u jintxered mad‑dinja Kattolika kollha. Wara ħidma bla heda f ’din il‑missjoni tagħha tal‑Midalja Mirakoluża fdata lilha minn Alla, Katarina Labouré mietet fil‑31 ta’ Diċembru 1876 f ’Pariġi fl‑etá ta’ sebgħin sena. Hija ġiet ibbeatifikata fit‑28 ta’ Mejju 1933 minn Papa Piju XI u ġiet ikkanonizzata fis‑27 ta’ Lulju 1947 minn Papa Piju XII. Jum il‑festa ta’ din id‑dehra huwa s‑27 ta’ Novembru. Id‑Dehriet tal‑Madonna tar‑Rużarju ta’ San Nikolas
Gladys Herminia Quiroga de Motta.
Ninsabu fix‑xahar ta’ Ottubru, ix‑xahar tar‑Rużarju. Ikun xieraq għalhekk nagħtu xi tagħrif dwar id‑diversi dehriet tal‑Madonna tar‑Rużarju li ġraw ġewwa San Nicolas de los Arroyas, Buenos Aires, 31
Ottubru 2021
fl‑Arġentina. Għalkemm dawn id‑dehriet għadhom mhux rikonoxxuti uffiċjalment mill‑Vatikan, iżda ġew approvati mill‑isqfijiet tad‑djoċesi ta’ San Nicolas. Mill‑25 ta’ Settembru 1983 sal‑11 ta’ Frar 1990, il‑Madonna dehret kważi kuljum lil Gladys Herminia Quiroga de Motta, mara tad‑dar imwielda fl‑1937, miżżewġa u omm ta’ żewġ ulied. Waqt li Gladys kienet qiegħda tgħid ir‑Rużarju fil‑kamra tas‑sodda tagħha l‑Madonna dehritilha għall‑ewwel darba fil‑25 ta’ Settembru, liebsa l‑blu u b’velu, u
32
kienet qiegħda żżomm lit‑tarbija Ġesù f ’idejha flimkien ma’ kuruna kbira tar‑Rużarju. Iż‑żjara kienet siekta u qasira, u l‑Madonna għamlet ġest bħallikieku tagħti l‑kuruna tar‑Rużarju lil Gladys. Il‑Madonna reġgħet dehritilha ftit jiem wara, għalkemm xorta siekta. Kien fis‑sitt dehra tagħha, fit‑13 ta’ Ottubru (id‑data tal‑anniversarju tal‑aħħar dehra tal‑Madonna f ’Fatima), li fl‑aħħar il‑Madonna qalet dan il‑kliem lil Gladys waqt li kienet qiegħda tgħid ir‑Rużarju: “Inti kont fidila. Tibżax, ejja arani. Id f ’id miegħi inti se tivvjaġġa bosta toroq.” Imbagħad il‑Madonna tatha wkoll referenza tal‑Iskrittura: Eżekjel 2:4‑10, biex tfittixha u taqraha sew, kif kompliet tagħmel f ’ħafna mill‑messaġġi l‑oħra tagħha. Il‑Madonna qalet lil Gladys biex tmur tfittex statwa li kienet tbierket minn Papa Ljun XIII, iżda li kienet moħbija u minsija fi knisja. Gladys sabet fil‑kampnar djoċesan
l‑istatwa tal‑Madonna, li kienet tixbah lil Marija Santissima fid‑dehra. Il‑Madonna qalet ukoll lil Gladys li riedet tkun magħrufa bħala l‑Madonna tar‑Rużarju ta’ San Nikolas. Ta’ min jgħid li San Nikola ta’ Myra (magħruf ukoll bħala San Nikola ta’ Bari) huwa magħruf ħafna bħala dak li ddefenda d‑duttrina tal‑Maternitá Divina ta’ Marija Santissima kontra Arius fil‑Konċilju ta’ Nicea fis‑sena 325 AD. Gladys baqgħet tirċievi dehriet minn Ġesù u Marija, uħud minnhom ta’ natura apokalittika, li wissew it‑telf ta’ ħafna erwieħ. Gladys irċeviet ukoll l‑istigmati. Jingħad li mill‑1990, il‑Madonna kompliet tidher lil Gladys, iżda mingħajr ebda messaġġ lid‑dinja. Gladys irceviet aktar minn 1,800 messaġġ Marjan. Fil‑25 ta’ Lulju 1990, l‑Isqof Mons. Domingo Castagna stqarr: “Bla dubju dan l‑avveniment ta’ grazzja se jkompli jikber u wera l‑awtentiċitá tiegħu bil‑frott spiritwali tiegħu.” Fit‑22 ta’ Mejju 2016, dawn id‑dehriet tal‑Madonna tar‑Rużarju ġew iddikjarati li għandhom ‘karattru sopranaturali u denji ta’ twemmin’ mill‑Isqof il‑ġdid ta’ San Nikolas, Mons. Héctor Cardelli.
Ottubru 2021
Minn Ottubru fuq Net TV Kull nhar ta’ Sibt fit-3 ta’ waranofsinhar
Waqt intervista individwali ta' 50 minuta, 'Ara Min Mar!' jintroduċi lit‑telespettaturi ma' persuni li għamlu esperjenza fil‑missjoni. L‑għan tal‑programm huwa li juri u jispjega l‑esperjenza missjunarja kollha; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ sal‑esperjenza attwali f'pajjiż tal‑missjoni sal‑effett ta' wara l‑esperjenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista, li turi l‑effett li tħalla fil‑persuna minn din l‑esperjenza, tgħin lil dak li jkun jirrealizza li kulħadd jista’
jesperjenza l‑missjoni, irrilevanti l‑età, il‑professjoni u l‑isfond tal‑ħajja li ġej minnha. Turi wkoll li persuna tista’ tagħmel esperjenza missjunarja sew għal żmien qasir kif ukoll għal perjodu itwal ta' żmien. Produzzjoni Missio Malta.
33
Ottubru 2021
50 ġrajja miktuba minn ħutna
(VO/1178)
missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt
Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:
Data:
Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:
Qiegħed nibgħat ċekk bl-ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................
ktieb/ kotba bil-posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss.
34
POEŻIJA
Ottubru 2021
L‑GĦEŻIEŻ ĦUTNA
24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Kemm nixtieq l‑għajnuna tagħkom Kemm ngħannqek kieku narak Li tagħmel miegħi u ma’ sħabi Alla żgur għad jippremjak. Jien dejjem niġri fit‑toroq Nibki dejjem muġugħ Forsi nsib nixrob ftit ilma Jew nitrejjaq daqsxejn mill‑ġuħ. Din hi karba ta’ tifel fqajjar U nies li jgħixu ħerqana Jistennew xi ħaġa mingħandek U żgur tħoss qalbek ferħana. Hawn wisq foqra, għinuna, Bin‑naqra li tagħtuna Inkunu nistgħu ngħixu Napprezzaw u veru tferrħuna. Il‑Maltin qalbhom ħanina Jien għalija l‑aqwa ħbieb tiegħi Għax Alla stess qalilna Li tagħmlu magħhom tagħmluh miegħi. Paul Caruana ‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Ottubru 2021
KEJK VEGAN MILL‑INDJA
X’għandek bżonn:
Metodu:
• 8 mgħaref butir tal‑karawett
• Itfa’ l‑ingredjenti kollha ġo blender u ħawwad sew flimkien.
• 4 mgħaref għasel • Bajda • Nofs kuċċarina ‘baking soda’ • Nofs kuċċarina ‘baking powder’ • Nofs kuċċarina trab tal‑kannella
• Ifrex it‑taħlita ġo landa tal‑kejkijiet midluka bi ftit butir u dqiq jew miksija bil‑karti strazzi. • Aħmi l‑kejk f ’forn bi sħana moderata (170 gradi selsjus), għal madwar 20 minuta.
• Essenza tal‑vanilja
Mibgħuta minn Monique Muscat.
• Banana misjura
बॉन एपेतीत (L‑ikla t‑tajba)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
FAITH H
ARITY H
E &C P O
G IF
T SHOP
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u l‑5:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta Tel: 21234328
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
37
KOMPETIZZJONI ‑ OTTUBRU 2021
Ottubru 2021
LOGĦBA TAL‑LOĠIKA
Wara li taqra l‑ħjiliet t’hawn taħt, ipprova aqta’ liema hu s‑suġġett favorit ta’ kull tifel u tifla. Uża l‑kaxxi tat‑tabella biex jgħinuk. Ikteb it‑tweġibiet tiegħek fil‑vojt u ibgħathom flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. MATEMATIKA XJENZA
ĠOGRAFIJA
LINGWI
STORJA
ĠUŻI
2. La Karl u lanqas Nora ma jħobbu l‑Matematika.
RITA
3. Is‑suġġett favorit ta’ Adam huwa jew il‑Ġografija jew l‑Istorja.
ADAM
4. Nora tħobb tiltaqa’ ma’ nies minn pajjiżi differenti; għalhekk dan is‑suġġett jgħinha ħafna.
KARL NORA
jħobb_______________________.
Ġużi
1. Ġużi jħobb ikun jaf dwar il‑pajjiżi aktar minn sħabu.
_______________________.
Rita
tħobb_______________________.
Karl iħobb_______________________.
Adam
iħobb
Nora tħobb_______________________.
Isem u Kunjom: __________________________________________________________________________________ Indirizz:_________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: ________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Awwissu 2021:
QATTUS
KELB
GĦASFUR
ĦUTA
✖ ✔ ✖ ✖
✖ ✖ ✔ ✖
✖ ✖ ✖ ✔
✔ ✖ ✖ ✖
KLARA
Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Godwin Zahra mir‑Rabat, Malta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.
MARTA BERTU TANJA
Nitbissmu ftit:
M P
ietru: Ħanini, għalfejn inti liebsa ċ‑ċurkett taż‑żwieġ fis‑subgħa l‑ħażin?
Marì: Dak biex nuri li żżewwiġt ir‑raġel il‑ħażin!
38
ojra daħlet f’ħanut tal‑ħwejjeġ u rat tabella kbira li kienet tgħid: ‘Żewġ ilbiesi għall‑prezz ta’ €20’. Hija staqsiet lil sid il‑ħanut: “Jekk nieħu libsa waħda kemm tiswieni?” Is‑sid weġibha: “€15 sinjura.” Pronta Mojra weġbitu: “Tajjeb wisq, mela nieħu t‑tieni libsa għall‑prezz ta’ €5!”
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Eżempji sbieħ Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 11 ta’ Lulju 2021 M’Grace Micallef minn Marsaskala • 17 ta' Lulju 2021 Marija Muscat mill-Imġarr • 28 ta’ Lulju 2021 Francis Farrugia minn Ħal Kirkop • 1 ta’ Awwissu, 2021 Rose Grech mill-Ħamrun • 9 ta’ Awwissu 2021 Michael Cassar mir‑Rabat (Katidral), Għawdex • 9 ta’ Awwissu 2021 Carmelo Mifsud mir‑Rabat (San Ġorġ), Għawdex • 9 ta’ Awwissu 2021 Mary Farrugia minn Santa Luċija • 10 ta’ Awwissu 2021 Margerita Camilleri min‑Nadur • 10 ta’ Awwissu 2021 Georgia Pirotta min‑Naxxar • 10 ta’ Awwissu 2021 Valerie Zammit min‑Naxxar • 14 ta’ Awwissu 2021 Marija Portelli minn San Lawrenz • 15 ta’ Awwissu 2021 Dun Ġorġ Vella mill‑Fontana • 16 ta’ Awwissu 2021 Dun Peter Sammut min‑Nadur • 21 ta’ Awwissu 2021 Lina Quattromani mill‑Manikata • Katie Orland miż‑Żejtun • 5 ta’ Settembru 2021 Wistin Cascun mis-Siġġiewi • 6 ta’ Settembru 2021 Charlie Poulton
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Tessie Scerri minn Ħaż‑Żabbar • Mary Grace Falzon mill‑Gudja • Jessie Zammit minn Ħal Safi • BOV Wealth Management Santa Venera Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni.
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Missio Malta • Missio Tfal 39
Ottubru 2021
Siefer magħna fix-xhur ta' Novembru u Diċembru Fiera dei Morti f’Perugia, l‑Italja Mit‑Tnejn 1 sal‑Ġimgħa 5 ta’ Novembru 2021
Matul din il‑ġita nżuru wkoll: Assisi, Cascia, Gubbio u Chiusi della Verna fit‑Toskana.
Il‑Festa ta’ San Trifone f’Adelfja, l‑Italja Mill‑Ħadd 7 sal‑Ħamis 11 ta’ Novembru 2021
Kompetizzjoni ta’ nar tal‑art u tal‑ajru, mixgħela mill‑isbaħ u fiera b’tilari armati b’kull ħaġa li tista’ timmaġina! Inżuru wkoll: Bari, Alberobello, Matera u Monopoly.
Is‑Swieq tal‑Milied
fi Munich, f ’Augsburg u f ’Altotting, il‑Ġermanja. Mill‑Erbgħa 8 sat‑Tnejn 13 ta’ Diċembru 2021
Edinburgu u s‑Swieq tal‑Milied Mill‑Erbgħa 8 sal‑Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2021
Naraw bliet, muntanji, ċriev u wieħed mill‑isbaħ swieq tal‑Milied fl‑Ewropa.
Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista' jinkiseb mingħand Natasha fuq:
Tel: 2122 2040 • Mob:+356 7979 2040 Imejl:info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours• Websajt: www.ytc.com.mt 40