2 minute read

Unjoni Missjunarja

Intenzjoni Missjunarja: Ottubru 2021

Intenzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni Id‑Dixxipli Missjunarji

“Nitolbu sabiex kull persuna mgħammda timpenja ruħha fl‑evanġelizzazzjoni, disponibbli għall‑missjoni billi tkun xhieda tal‑ħajja li għandha t‑togħma tal‑Evanġelju.”

M’hemmx dubju li Papa Franġisku huwa Papa li jħobb ħafna lill‑missjoni kif wera b’mod ċar riċentament dwar l‑Amażonja. Il‑Papa jkompli jurina li aħna lkoll bħala mgħammdin fi Kristu għandna jkollna fina dan l‑ispirtu missjunarju. Il‑Knisja hija fuq kollox missjunarja. Wara kollox Ottubru ta’ kull sena, permezz tal‑Ġurnata Missjunarja, ifakkarna f’dan l‑impenn tagħna. Għalhekk mela l‑Knisja mwaqqfa minn Sidna Ġesù Kristu, li bagħat lill‑appostli tiegħu sabiex imorru jħabbru lill‑ġnus kollha, għandha sejħa missjunarja u b’hekk il‑Knisja hija kollha kemm hi missjunarja sabiex twettaq il‑missjoni t’Alla ‘Missio Dei’. Jiġifieri kull mgħammed għandu din is‑sejħa missjunarja u dan il‑mandat missjunarju sabiex ikun ukoll missjunarju fil‑komunità tiegħu: “Il‑Knisja, mibgħuta minn Alla għand il‑ġnus biex tkun is‑sagrament ‘universali tas‑salvazzjoni’ minħabba l‑ħtiġijiet l‑aktar ta’ ġewwa tal‑Kattoliċiżmu tagħha, u waqt li timxi fuq il‑mandat ta’ min waqqafha, tħabrek li xxandar il‑Vanġelu lill‑bnedmin kollha.

L‑appostli nfushom, fil‑fatt, li fuqhom twaqqfet il‑Knisja, waqt li jimxu fuq il‑passi ta’ Kristu, “xandru l‑kelma tas‑sewwa u nisslu l‑knejjes. Huwa x‑xogħol ta’ dawk li jiġu warajhom li jissuktaw f’din il‑ħidma mingħajr ma jieqfu, sabiex il‑Kelma t’Alla “tiġri u tingħata glorja” (2 Tess. 3:1) u s‑Saltna t’Alla titħabbar u sseħħ fl‑artijiet kollha. Madankollu, fil‑qagħda kif inhi llum, li minnha tqum kundizzjoni ġdida għall‑bnedmin, il‑Knisja, il‑melħ tal‑art u d‑dawl tad‑dinja hija msejħa b’għaġla akbar biex issalva u ġġedded il‑ħlejjaq kollha, biex kollox ikun imsewwi fi Kristu, u fih il‑bnedmin jiffurmaw familja waħda u poplu wieħed t’Alla”.

(Ad Gentes, Nru. 1) Il‑Knisja għalhekk min‑natura tagħha stess hija Knisja Missjunarja: “Il‑Knisja, bħala missjunarja, hija minnha nnifisha missjunarja, minħabba li hija mnissla mill‑missjoni tal‑Iben u mill‑missjoni tal‑Ispirtu s‑Santu, skont il‑pjan t’Alla l‑Missier”. (Ad Gentes, Nru. 2). Illum Alla qiegħed jibgħat lil dawk li qiegħed isejjaħ sabiex tkompli titwettaq din ir‑rieda missjunarja tiegħu: “Ir‑raġuni ta’ din il‑ħidma missjunarja hija ġejja mir‑rieda t’Alla ‘li jrid li l‑bnedmin kollha jkunu salvi u jaslu biex jagħrfu s‑sewwa.” (1 Tim. 2:4‑5) “Jeħtieġ mela, li l‑bnedmin kollha jduru lejh, wara li jkunu għarfu bil‑predikazzjoni tal‑Knisja u (jeħtieġ li) jingħaqdu miegħu u mal‑Knisja, li hija l‑Ġisem Tiegħu. Għalhekk, għad li Alla, lill‑bnedmin li, mingħajr ħtija tagħhom, ma jagħrfux il‑Vanġelu, jista’ jmexxihom fi triqat li jaf hu lejn il‑fidi, li mingħajrha ħadd ma jista’ jogħġob ’l Alla, madankollu hija ħtieġa li tolqot lill‑Knisja, u fl‑istess ħin huwa jedd qaddis tagħha, li xxandar il‑Vanġelu, u għalhekk il‑ħidma missjunarja tagħha żżomm il‑qawwa u n‑neċessità tagħha sħaħ, illum u dejjem.” (Ad Gentes, Nru. 7)

Għalhekk mela, aħna l‑Insara ninsabu mħeġġa sabiex ngħixu l‑prinċipji tal‑Evanġelju u nkomplu niffurmaw ruħna permezz tal‑Kelma t’Alla ħalli bil‑ħajja Nisranija li ngħixu nkunu tassew xhieha missjunarja: “Għalhekk il‑missjunarji, ħaddiema m’Alla, għandhom iqajmu fuq tagħhom

Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja kongregazzjonijiet bħal dawn ta’ fidili, li waqt li huma mixjin kif jixraq fil‑vokazzjoni li huma ġew imsejħin għaliha, iħarrġu x‑xogħol afdat lilhom, xogħol ta’ qassis, ta’ profeta, ta’ sultan. B’dan il‑mod il‑komunità Nisranija tkun sinjal tal‑preżenza t’Alla fid‑dinja; għaliex hi, bis‑sagrifiċċju tal‑Ewkaristija tgħaddi, mingħajr ma tieqaf, għand il‑Missier flimkien ma’ Kristu, imqawwija bil‑għaqal kollu bil‑kelma t’Alla, tagħti xhieda ta’ Kristu u tgħix ukoll fl‑imħabba titħeġġeġ bi spirtu ta’ Appostolat”. (Ad Gentes, Nru.15)

Fl‑aħħar u mhux l‑inqas, inkomplu nitolbu, nieħdu ħsieb saħħitna u nitolbu lil Ġesù, Marija u Ġużeppi jeħilsuna minn din il‑pandemija. 

BAŻAR

This article is from: