
6 minute read
Dehriet tal-Madonna
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja
Il-Ħames Parti
Id‑Dehra tal‑Madonna tal‑Midalja Mirakoluża
Il‑Madonna dehret darbtejn lin‑novizza Sor Katarina Labouré ta’ 24 sena, fis‑sena 1830 f’Rue du Bac, Nru.140, f’Pariġi, Franza.
L‑Ewwel Dehra: Fit‑18 ta’ Lulju 1830 leħen ta’ ‘tifel jiddi’ ħdejn is‑sodda qajjem lil Katarina u qalilha It‑Tieni Dehra: Fis‑27 ta’ Novembru 1830 il‑Madonna ħeġġet lil Katarina u tatha struzzjonijiet biex tieħu ħsieb li ssir ‘Midalja tal‑Kunċizzjoni Immakulata’ (aktar tard saret magħrufa bħala l‑Midalja Mirakoluża) li tagħti grazzji kbar lil dawk kollha li jilbsuha. Il‑Verġni Marija qalet li: “Il‑Midalja għandha tkun
li l‑Madonna kienet qiegħda tistennieha fil‑kappella tal‑Kunvent tas‑Sorijiet tal‑Karità ta’ San Vinċenz de Paul. Katarina minnufih marret fil‑kappella u għall‑ewwel rat li l‑kappella kienet vojta, iżda mbagħad, wara li semgħet xi ħsejjes li ħasbet li kien it‑tħaxwix ta’ xi ħwejjeġ tal‑ħarir, dehret Marija Santissima u Katarina ġriet lejha. Huma damu jitkellmu għal xi sagħtejn. Il‑Madonna, fost ħwejjeg oħra qaltilha li żminijiet ta’ nkwiet kbir kienu se jiġu fuq Franza (ir‑Rivoluzzjoni ta’ Pariġi fl‑1871) u fid‑dinja. Qaltilha: “Binti, Alla jixtieq jafdalek missjoni kbira. Se ssib ħafna min jikkontradixxik, imma tibżax. Ikollok il‑grazzja li tagħmel dak kollu li hu meħtieġ. Għid lid‑direttur spiritwali tiegħek dak kollu li inti tkun għaddejja minnu u dak li tkun qiegħda tħoss. Se jkun hawn ħafna vittmi fost il‑poplu. Se jkun hemm vittmi fost il‑kleru ta’ Pariġi. Is‑Salib ta’ Ibni se jinżamm fid‑disprezz, jintefa’ fl‑art u jiġi mfarrak. Se jinxtered id‑demm. Id‑dinja kollha se tiddaħħal fid‑dlam. Iżda grazzji speċjali jingħataw lil dawk kollha li jitolbuhom, imma in‑nies għandhom jitolbu.”


sinjal ta’ mħabba, wegħda ta’ protezzjoni u sors ta’ grazzja għal dawk li jafdaw fiha.” Il‑Madonna stess uriet lil Katarina kif għandha tkun il‑Midalja. Fuqha għandu jkun hemm il‑kliem jew aħjar it‑talba: “Marija, imnissla mingħajr dnub, itlob għalina li nirrikorru lejk.” Id‑disinn u x‑xogħol tal‑Midalja sar mill‑arġentier Adrien Vachette, ibbażat fuq dak li qaltlu Sor Katarina skont kif xtaqet il‑Madonna. Inħadmu għadd kbir ta’ dawn il‑Midalji, miljuni, anżi biljuni, u tqassmu mad‑dinja kollha. Ħafna nies emmnu fihom u libsuhom u għadhom jilbsuhom sal‑ġurnata tal‑lum. Skont it‑tagħlim tal‑Knisja, l‑użu sagramentali bħalma hija din il‑Midalja “jħejju biex wieħed jirċievi l‑grazzja u jiddisponuh ħa jikkopera magħha.” (il‑Katekiżmu tal‑Knisja Kattolika, paragrafu 1670).
Fi Frar 1832 Pariġi ġiet milquta minn epidemija terribbli tal‑kolera, li kkawżat aktar minn 20,000 mewta. Is‑Sorijiet tal‑Karità qassmu l‑ewwel 2,000 midalja f’dik l‑okkażjoni, u l‑fejqan beda jidher mill‑ewwel flimkien ma’ ħafna konverżjonijiet. Huwa għalhekk li l‑Pariġini bdew isejħulha ‘mirakoluża’. F’Diċembru tal‑1854, Papa Piju IX bil‑Bolla Papali tiegħu ‘Ineffabilis Deus’ ippromulga u ddefinixxa b’mod uffiċjali d‑Domma tal‑Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija Santissima, jiġifieri li l‑Madonna kienet imnissla mingħajr id‑dnub oriġinali. Dan l‑avveniment daqstant importanti fil‑ħajja, il‑fidi u d‑duttrina tal‑Knisja Kattolika kompla jżid
Ottubru 2021 24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja fil‑ħeġġa kbira tal‑poplu Nisrani biex jilbes il‑Midalja Mirakuluża. Għaldaqstant, l‑għadd kbir ta’ Midalji kompla jikber u jintxered mad‑dinja Kattolika kollha. Wara ħidma bla heda f’din il‑missjoni tagħha tal‑Midalja Mirakoluża fdata lilha minn Alla, Katarina Labouré mietet fil‑31 ta’ Diċembru 1876 f’Pariġi fl‑etá ta’ sebgħin sena. Hija ġiet ibbeatifikata fit‑28 ta’ Mejju 1933 minn Papa Piju XI u ġiet ikkanonizzata fis‑27 ta’ Lulju 1947 minn Papa Piju XII. Jum il‑festa ta’ din id‑dehra huwa s‑27 ta’ Novembru.
Id‑Dehriet tal‑Madonna tar‑Rużarju ta’ San Nikolas

Gladys Herminia Quiroga de Motta.
Ninsabu fix‑xahar ta’ Ottubru, ix‑xahar tar‑Rużarju. Ikun xieraq għalhekk nagħtu xi tagħrif dwar id‑diversi dehriet tal‑Madonna tar‑Rużarju li ġraw ġewwa San Nicolas de los Arroyas, Buenos Aires,
fl‑Arġentina. Għalkemm dawn id‑dehriet għadhom mhux rikonoxxuti uffiċjalment mill‑Vatikan, iżda ġew approvati mill‑isqfijiet tad‑djoċesi ta’ San Nicolas. Mill‑25 ta’ Settembru 1983 sal‑11 ta’ Frar 1990, il‑Madonna dehret kważi kuljum lil Gladys Herminia Quiroga de Motta, mara tad‑dar imwielda fl‑1937, miżżewġa u omm ta’ żewġ ulied. Waqt li Gladys kienet qiegħda tgħid ir‑Rużarju fil‑kamra tas‑sodda tagħha l‑Madonna dehritilha għall‑ewwel darba fil‑25 ta’ Settembru, liebsa l‑blu u b’velu, u kienet qiegħda żżomm lit‑tarbija Ġesù f’idejha flimkien ma’ kuruna kbira tar‑Rużarju. Iż‑żjara kienet siekta u qasira, u l‑Madonna għamlet ġest bħallikieku tagħti l‑kuruna tar‑Rużarju lil Gladys. Il‑Madonna reġgħet dehritilha ftit jiem wara, għalkemm xorta siekta. Kien fis‑sitt dehra tagħha, fit‑13 ta’ Ottubru (id‑data tal‑anniversarju tal‑aħħar dehra tal‑Madonna f’Fatima), li fl‑aħħar il‑Madonna qalet dan il‑kliem lil Gladys waqt li kienet qiegħda tgħid ir‑Rużarju: “Inti kont fidila. Tibżax, ejja arani. Id f’id miegħi inti se tivvjaġġa bosta toroq.” Imbagħad il‑Madonna tatha wkoll referenza tal‑Iskrittura: Eżekjel 2:4‑10, biex tfittixha u taqraha sew, kif kompliet tagħmel f’ħafna mill‑messaġġi l‑oħra tagħha. Il‑Madonna qalet lil Gladys biex tmur tfittex statwa li kienet tbierket minn Papa Ljun XIII, iżda li kienet moħbija u minsija fi knisja. Gladys sabet fil‑kampnar djoċesan l‑istatwa tal‑Madonna, li kienet tixbah lil Marija Santissima fid‑dehra. Il‑Madonna qalet ukoll lil Gladys li riedet tkun magħrufa bħala l‑Madonna tar‑Rużarju ta’ San Nikolas. Ta’ min jgħid li San Nikola ta’ Myra (magħruf ukoll bħala San Nikola ta’ Bari) huwa magħruf ħafna bħala dak li ddefenda d‑duttrina tal‑Maternitá Divina ta’ Marija Santissima kontra Arius fil‑Konċilju ta’ Nicea fis‑sena 325 AD.
Gladys baqgħet tirċievi dehriet minn Ġesù u Marija, uħud minnhom ta’ natura apokalittika, li wissew it‑telf ta’ ħafna erwieħ. Gladys irċeviet ukoll l‑istigmati. Jingħad li mill‑1990, il‑Madonna kompliet tidher lil Gladys, iżda mingħajr ebda messaġġ lid‑dinja. Gladys irceviet aktar minn 1,800 messaġġ Marjan. Fil‑25 ta’ Lulju 1990, l‑Isqof Mons. Domingo Castagna stqarr: “Bla dubju dan l‑avveniment ta’ grazzja se jkompli jikber u wera l‑awtentiċitá tiegħu bil‑frott spiritwali tiegħu.” Fit‑22 ta’ Mejju 2016, dawn id‑dehriet tal‑Madonna tar‑Rużarju ġew iddikjarati li għandhom ‘karattru sopranaturali u denji ta’ twemmin’ mill‑Isqof il‑ġdid ta’ San Nikolas, Mons. Héctor Cardelli.


Minn Ottubru fuq Net TV
Kull nhar ta’ Sibt fit-3 ta’ waranofsinhar



Waqt intervista individwali ta' 50 minuta, 'Ara Min Mar!' jintroduċi lit‑telespettaturi ma' persuni li għamlu esperjenza fil‑missjoni. L‑għan tal‑programm huwa li juri u jispjega l‑esperjenza missjunarja kollha; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ sal‑esperjenza attwali f'pajjiż tal‑missjoni sal‑effett ta' wara l‑esperjenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista, li turi l‑effett li tħalla fil‑persuna minn din l‑esperjenza, tgħin lil dak li jkun jirrealizza li kulħadd jista’ jesperjenza l‑missjoni, irrilevanti l‑età, il‑professjoni u l‑isfond tal‑ħajja li ġej minnha. Turi wkoll li persuna tista’ tagħmel esperjenza missjunarja sew għal żmien qasir kif ukoll għal perjodu itwal ta' żmien. Produzzjoni Missio Malta.
(VO/1178) 50 ġrajjamiktuba minn ħutna missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni.

Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.

PUBBLIKAZZJONI
www.missio.org.mt
Isem:
Indirizz:
Imejl:
Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja)
TOTAL:
Kodiċi Postali:
Data:
Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal .................. ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss.