Malta Missjunarja Ottubru 2021

Page 4

Ottubru 2021

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Għax Aħna Ma Nistgħux Ma Nitkellmux Fuq Dak li Rajna u Smajna

Salvator Mundi (Leonardo)

X

hud ikun tassew validu daqskemm lest li jgħid fis‑sewwa dak kollu li ra u sema’ minkejja li jkun mhedded jew imxaħħam minn min ma jridx li joħroġ is‑sewwa kollu. Ġesú, sa mill‑bidu tal‑ħajja pubblika tiegħu, għażel tnax sabiex ikunu miegħu ħalli meta jasal il‑waqt jibgħathom fid‑dinja kollha bħala xhieda tiegħu. Qabel Ġesú tela’ s‑sema tahom kmand ċar: “Morru fid‑dinja kollha, xandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu”. (Mk 16:15) Ġesù kien jaf li din il‑missjoni li kien qiegħed 4

jagħti lill‑Appostli, kienet tqila wisq għalihom, kien jaf li ma kinux jifilħu għaliha. Għalhekk wegħedhom li hu kien ser jibqa’ magħhom sal‑aħħar taż‑żminijiet. (Mt. 18:20) B’dan ma kienx qiegħed ifisser li kien ser jibqa’ magħhom fiżikament bħalma kienu mdorrijin jarawh u jisimgħuh. Imma kien ser jibqa’ magħhom fl‑Ispirtu tiegħu ħalli “jgħallimhom kollox u jfakkarhom dak kollu li Ġesù kien qalilhom”. (Ġw. 14:26) L‑Appostli fehmu sewwa l‑missjoni li fdalhom Ġesù, li jkunu xhieda ħajja tal‑mewt u l‑qawmien tiegħu għall‑ħajja. San Ġwann, fl‑ewwel ittra tiegħu jgħidilna: “Dak li kien mill‑bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għajnejna, li lejh ħarisna u messew idejna, jiġifieri l‑Verb, il‑Kelma tal‑Ħajja, dan ser inxandrulkom.” (1:1‑2) Ix‑xhieda li taw l‑Appostli dwar Ġesù, tista’ tinġabar f ’dak li qal Pietru f ’nhar Għid il‑Ħamsin: “Mela ħa jkun jaf fiż‑żgur il‑poplu kollu ta’ Iżrael li lil dan

Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija.” (Atti 2:36) L‑Appostli baqgħu konsistenti f ’din ix‑xhieda, minkejja swat u theddid min‑naħa tal‑kbarat tal‑Lhud. (Atti 10:39) Huma ħassewhom responsabbli u fid‑dmir li jobdu lil Alla aktar mill‑bnedmin (Atti 5:29), għaliex “ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna”. (Atti 4:20) Illum hija r‑responsabbiltà tagħna lkoll li ningħaqdu mal‑Appostli u nkomplu nagħtu xhieda ta’ Kristu Rxoxt lid‑dinja tal‑lum. Għalkemm ħadd minna ma ra lil Ġesù Rxoxt bħalma rawh l‑Appostli, b’danakollu xejn ma jnaqqsilna din ir‑responsabbiltà. Ġesù stess jgħidilna li: “Henjin dawk li ma rawx u emmnu.” (Ġw. 20:29); filwaqt li San Ġwann jgħidilna: “Qegħdin inxandrulkom dak li rajna u smajna, biex intom tissieħbu


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Ottubru 2021 by Missio Malta - Issuu