POEŻIJA
Ottubru 2021
L‑GĦEŻIEŻ ĦUTNA
24 ta' Ottubru 2021 ‑ Ġurnata Missjunarja
Kemm nixtieq l‑għajnuna tagħkom Kemm ngħannqek kieku narak Li tagħmel miegħi u ma’ sħabi Alla żgur għad jippremjak. Jien dejjem niġri fit‑toroq Nibki dejjem muġugħ Forsi nsib nixrob ftit ilma Jew nitrejjaq daqsxejn mill‑ġuħ. Din hi karba ta’ tifel fqajjar U nies li jgħixu ħerqana Jistennew xi ħaġa mingħandek U żgur tħoss qalbek ferħana. Hawn wisq foqra, għinuna, Bin‑naqra li tagħtuna Inkunu nistgħu ngħixu Napprezzaw u veru tferrħuna. Il‑Maltin qalbhom ħanina Jien għalija l‑aqwa ħbieb tiegħi Għax Alla stess qalilna Li tagħmlu magħhom tagħmluh miegħi. Paul Caruana ‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35