Ottubru 2021
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Il‑Ħames Parti
Id‑Dehra tal‑Madonna tal‑Midalja Mirakoluża Il‑Madonna dehret darbtejn lin‑novizza Sor Katarina Labouré ta’ 24 sena, fis‑sena 1830 f ’Rue du Bac, Nru.140, f ’Pariġi, Franza. L‑Ewwel Dehra: Fit‑18 ta’ Lulju 1830 leħen ta’ ‘tifel jiddi’ ħdejn is‑sodda qajjem lil Katarina u qalilha 30
li l‑Madonna kienet qiegħda tistennieha fil‑kappella tal‑Kunvent tas‑Sorijiet tal‑Karità ta’ San Vinċenz de Paul. Katarina minnufih marret fil‑kappella u għall‑ewwel rat li l‑kappella kienet vojta, iżda mbagħad, wara li semgħet xi ħsejjes li ħasbet li kien it‑tħaxwix ta’ xi ħwejjeġ tal‑ħarir, dehret Marija Santissima u Katarina ġriet lejha. Huma damu jitkellmu għal xi sagħtejn. Il‑Madonna, fost ħwejjeg oħra qaltilha li żminijiet ta’ nkwiet kbir kienu se jiġu fuq Franza (ir‑Rivoluzzjoni ta’ Pariġi fl‑1871) u fid‑dinja. Qaltilha: “Binti, Alla jixtieq jafdalek missjoni kbira. Se ssib ħafna min jikkontradixxik, imma tibżax. Ikollok il‑grazzja li tagħmel dak kollu li hu meħtieġ. Għid lid‑direttur
spiritwali tiegħek dak kollu li inti tkun għaddejja minnu u dak li tkun qiegħda tħoss. Se jkun hawn ħafna vittmi fost il‑poplu. Se jkun hemm vittmi fost il‑kleru ta’ Pariġi. Is‑Salib ta’ Ibni se jinżamm fid‑disprezz, jintefa’ fl‑art u jiġi mfarrak. Se jinxtered id‑demm. Id‑dinja kollha se tiddaħħal fid‑dlam. Iżda grazzji speċjali jingħataw lil dawk kollha li jitolbuhom, imma in‑nies għandhom jitolbu.”
It‑Tieni Dehra: Fis‑27 ta’ Novembru 1830 il‑Madonna ħeġġet lil Katarina u tatha struzzjonijiet biex tieħu ħsieb li ssir ‘Midalja tal‑Kunċizzjoni Immakulata’ (aktar tard saret magħrufa bħala l‑Midalja Mirakoluża) li tagħti grazzji kbar lil dawk kollha li jilbsuha. Il‑Verġni Marija qalet li: “Il‑Midalja għandha tkun