Malta Missjunarja Ottubru 2021

Page 17

Ottubru 2021

MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ISQOF TA’ GĦAWDEX GĦALL‑JUM DINJI TAL‑MISSJONIJIET 2021 rigal tal‑imħabba ta’ Alla murija fl‑imħabba ta’ raġel u mara li jsiru ġenituri.

Inħabbru Dak li Rajna u Smajna M’hemmx sejħa għall‑ħajja mingħajr missjoni Alla jsejjaħ lil min iħobb. Il‑ħajja hija sejħa li tiġi mill‑imħabba u hija sejħa għall‑imħabba. Meta Ġesù jsejjaħ lit‑Tnax, San Mark jgħidilna li “sejjaħ lil dawk li ried hu” (3:13), fi kliem ieħor lil dawk li ħabb. Meta Ġesù jsejjaħ liż‑żagħżugħ għani, il‑Vanġelu jgħidilna li Ġesù “ħares lejh u ħabbu” (10:21). Kull bniedem li huwa msejjaħ għall‑ħajja, huwa

Mas‑sejħa tal‑ħajja hemm marbuta wkoll il‑missjoni tal‑kondiviżjoni fir‑relazzjoni. Il‑bniedem li huwa msejjaħ għall‑ħajja frott l‑imħabba, huwa mibgħut biex jgħix il‑ħajja flimkien ma’ oħrajn. In‑Nisrani, frott l‑imħabba, huwa msejjaħ mhux biss għall‑ħajja, imma wkoll biex ikun dixxiplu ta’ Ġesù. Mimli bl‑imħabba ta’ Ġesù huwa msejjaħ ukoll biex iħobb u jagħti lilu nnifsu għall‑imħabba ta’ ħutu. Il‑ħajja mhix destin imma pjan ta’ mħabba Ġieli l‑ġrajjiet tal‑ħajja jgħallmuna b’mod żbaljat li l‑ħajja hija xorti. “Min jitwieled xortih tajba u min b’xortih ħażina!” Imma mhix din ir‑realtà. Il‑Vanġelu jgħallimna li l‑ħajja hija dejjem don, rigal frott l‑imħabba ta’ Alla. Wieħed mill‑ewwel għarfien li jrid jagħmel il‑bniedem huwa proprju dan – li jiskopri lilu nnifsu maħbub minn Alla, u li l‑ħajja li jgħix mhix għajr espressjoni ta’ din l‑imħabba. Il‑komunità Nisranija hija

msejħa biex tgħin lil kull membru tagħha jagħraf din ir‑realtà li tinsab fil‑bażi mhux biss tal‑ħajja ta’ kull bniedem imma fuq kollox fil‑bażi tas‑serenità u l‑paċi tiegħu. Sakemm il‑bniedem ma jindunax li huwa tassew maħbub minn Alla, qatt ma jista’ jqis il‑ħajja bħala rigal. Il‑ħajja tibqa’ biss xorti, destin li sibt ruħek fih u trid tagħmel li tista’ biex meta tiġik tajba, takkwista kemm tiflaħ, f ’kompetizzjoni mal‑oħrajn, bl‑iskop uniku li tapprofitta minn kull mument u tipprova tevita t‑tbatija kif tista’, anki akkost li titfagħha fuq ħaddieħor jew li tuża mezzi mhux morali biex tiffrankaha. Meta nagħraf li fl‑għeruq tal‑eżistenza tiegħi bħala bniedem hemm l‑imħabba ta’ Alla li għażilni biex ngħix, il‑ħajja tiegħi tieħu togħma għalkollox differenti. Inkun kapaċi nara mhux biss id‑diffikultajiet u l‑weġgħat, imma fuq kollox ninduna bis‑sabiħ u bil‑barkiet li rċevejt. Lin‑nies ta’ madwari ma nqishomx kompetituri jew ħallelin li jfixkluni milli nasal fejn irrid, imma aħwa li rċevew doni għax 17


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.