Malta Missjunarja Ottubru 2021

Page 14

SANTA INFANZJA

Ottubru 2021

Iċ‑Ċentru Arrupe

F

il‑Kambodja tul is‑Snin 70 u 80 seħħew ħafna gwerer. Tul dawn il‑gwerer tpoġġew miljuni ta’ ‘landmines’ ‑ bombi moħbija taħt l‑art li kif tirfishom jisplodu. Illum, għexieren ta’ snin wara l‑gwerra, fil‑Kambodja hemm il‑paċi, iżda baqa’ sa għaxar miljun mina moħbija taħt l‑art. Kawża t’hekk, ħafna tfal jisfaw vittmi ta’ dawn l‑inċidenti u d‑diżabilità tagħhom tista’ tillimita l‑futur tagħhom. Ftit tas‑snin ilu, waqt li kien man‑nannu l‑għalqa, Dara sab xi ħaġa tleqq fl‑art u ġabarha. Kienet mina li splodiet f’idu. Dara salva, iżda spiċċa b’diżabiltà; tilef il‑pala t’idu u parti mid‑dawl t’għajnejh peress li taru biċċiet tal‑ħadid f’għajnejh. Minħabba fl‑inċident, Dara ma setax jibqa’ jgħix mal‑ġenituri tiegħu, għax huma fqar wisq biex jagħtuh il‑kura u jedukawh, ħalli jkun jista’ jgħix bid‑diżabilità 14

tiegħu. Illum, Dara jgħix fiċ‑Ċentru Arrupe, wieħed miċ‑ċentri li Missio jgħin permezz tad‑donazzjonijiet li jirċievi. F’dan iċ‑ċentru, Dara u tfal oħra bħalu, jingħataw l‑għajnuna, edukazzjoni u taħriġ biex minkejja kollox jirnexxu fil‑ħajja.

Fl‑età ta’ 16‑il sena l‑ħajja ta’ Chen inbidlet mil‑lejl għan‑nhar meta rifes fuq mina tal‑art li ħaditlu saqajh it‑tnejn. Minn tfajjel li l‑hena tiegħu jmur l‑iskola, jgħin lill‑familja tiegħu fir‑razzett u jilgħab il‑futbol ma’ sħabu, Chen sab ruħu b’limitazzjoni kemm fiżika kif ukoll mentali, hekk kif beda jħossu ta’ piż fuq il‑familja tiegħu li diġà kienu qed jitħabtu finanzjarjament. Fil‑bidu kienet diffiċli wisq

għal Chen biex jaċċetta li ma setax jimxi aktar b’mod normali bħal qabel. Meta t‑tama dehret mitlufa, Chen instab mill‑Isqof Kike Figaredo u t‑tim taċ‑Ċentru Arrupe. Illum il‑ġurnata, Chen mhux biss ma jħossux ta’ piż, imma qed igawdi suċċess akkademiku u professjonali. Fil‑fatt, Chen qed jistudja l‑ipprogrammar tal‑IT fl‑università waqt li jaħdem fiċ‑ċentru tat‑tessuti ‘La Paloma’. Chen qed jingħata ċans ieħor grazzi għaċ‑Ċentru Arrupe u d‑donazzjonijiet mibgħuta minn Missio. Matul ix‑Xahar Dinji Missjunarju, inħeġġuk tgħin lil dawn it‑tfal b’diżabilità bħal Dara u Chen sabiex ma jħossuhomx limitati, anzi jħossuhom mogħtija l‑possibilità li huma wkoll jistgħu jitgħallmu u jibnu futur aħjar minn dak tal‑lum. Għal tfal u żgħażagħ bħal Dara u Chen, iċ‑Ċentru Arrupe fil‑Kambodja jgħin lil nies b’diżabilità jieħdu l‑edukazzjoni li tixirqilhom sabiex jinvestu fil‑futur tagħhom. Missio Malta qed jgħin lil dan iċ‑ċentru bis‑saħħa tad‑donazzjonijiet u l‑qlub ġeneruża tal‑Maltin u l‑Għawdxin. 


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Ottubru 2021 by Missio Malta - Issuu