Novembru 2021
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS
Ritratt: Missio Italia
Tabilħaqq Alla Huwa l‑Veru Missjunarju
D
un Pierluigi Maccalli, tas‑Soċjetà Missjunarja Afrikana (SMA) f ’Settembru 2018 inħataf fin‑Niġer fejn kien missjunarju, u nżamm priġunier f ’Mali mill‑grupp li jappoġġa l‑Iżlam u l‑Musulmani (Gsim). Inħeles fit‑8 ta’ Ottubru 2020 flimkien ma’ tliet ostaġġi oħra: il‑politku Malian Soumaila Cisse, l‑umanitarja Franċiża Sophie Petronin u t‑Taljan Nicola Chiacchio, li kien miegħu fil‑ħabs għal aktar minn sena. Fid‑9 ta’ Novembru 2020 kellu udjenza privata ma’ Papa Franġisku, u qasam magħna 8
dak kollu li għadda minnu u kif skopra viżjoni oħra tal‑missjoni. “Inħtaft mill‑Mujaħeddin Musulmani fil‑lejl tas‑17 ta’ Settembru 2018 u nżammejt priġunier għal aktar minn sentejn fis‑Saħħara f ’Mali. F’daqqa waħda ġew u ħatfuni mill‑post tal‑missjoni tiegħi f ’Bomoanga fin‑Niġer, hekk kif kont, liebes biss il‑piġama u l‑karkur. Hekk għext il‑‘kenosi’ tiegħi: imneżża’ minn kollox, miċħud mil‑libertà u fil‑ktajjen. Dan ġara wara li kont għamilt għaxar snin missjoni fil‑Kosta tal‑Avorju
u ħdax‑il sena fin‑Niġer. Matul dan iż‑żmien fl‑Afrika dejjem ippruvajt ngħaqqad il‑Vanġelu mal‑promozzjoni umana. Kont attiv u minn ta’ quddiem nett f ’dik li hija karità: skejjel, kliniċi tal‑maternità, ċentri ta’ nutrizzjoni għal tfal malnutriti u orfni, attenzjoni għall‑emarġinati u l‑ħandikappati, spieri u bjar. Dan il‑ħtif kien għalija taqliba interjuri kbira u t‑tifrik totali tal‑ħajja kuntenta li kelli bħala missjunarju. Wara ftit taż‑żmien bdejt nistaqsi lili nnifsi kif