
8 minute read
90 Sena ta’ Storja
MALTA MISSJUNARJA – It‑8 PARTI
Faċċata tal‑perjodiku Malta Missjunarja (Sena X, Ott. 1942, nru 10)
Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi (Din il‑lista tkompli ma’ xogħlijiet oħrajn li dehru bejn l‑1942‑46) Matul l‑1942 komplew jidhru aktar poeżiji: F’Mejju 1942 (Sena X, Mejju 1942, nru 5, p.59), datata 9.5.1942, b’disa’ strofi endekasillabi u rima abċb, u Inqumu (Sena X, Ottubru 1942, nru 10, p.92), b’10 strofi endekasillabi u rima alternata – it‑tnejn tal‑kjeriku V.D.Ciappara. Bejn l‑1943‑6 dehru aktar poeżiji: Il‑Qalb ta’ Ġesù (Sena XI, Lul.‑Aww. 1943, nri 7‑8, p.29) ta’ R. Mifsud Bonnici, b’sitt strofi ottonarji u s‑soltu rima, datata 30 ta’ Ġunju 1942; Kull Qalb Trid Oħra (Sena XII, Lulju‑Awwissu 1944, nri 7‑8, p.29), poeżija twila ta’ G.S. li tinsab fil‑paġna ‘Din Għalikom, Tfal’; Xewqa (Sena XIII, Marzu 1945, nru 3, p.24), poeżija fi tliet taqsimiet ta’ Dun Frans Camilleri (1919‑1990); Salve Regina (Sena XIII, Aww. 1945, nru 3, p.101), sunett Petrarkan ta’ V.C.; Il‑Milied (Sena XIII, Diċ. 1945, nru 12, p.168), poeżija ta’ P.M.C. b’ħames strofi ottonarji u rima abċb; Missjunarju (Sena XIV, Mar. 1946, nru 3, p.37) sunett Ingliż ta’ F.R.M. O.S.A.; Malta u Jhansi (Sena XIV, Ġun. 1946, nru 6, p.87), poeżija ta’ F. Sant, magħmula l‑Imsida u datata 7.4.46, bi 12‑il strofa ottonarja u rima abċb; Ġol‑Ġnejna tar‑Rużarju (Sena XIV, Ott. 1946, nru 10, p.154), poeżija b’seba’ strofi endekasillabi u rima abċb, datata 4 ta’ Settembru, 1946 u Requiem Æternam dona eis, Domine! (Sena XIV, Nov. 1946, nru 11, p.164), sunett Ingliż, it‑tnejn mill‑pinna ta’ P. Aquilina; Fil‑Milied (Sena XIV, Diċ. 1946, nru 12, p.181), sunett Taljan ta’ Kan. V. Ciappara.
Żewġ editorjali t’importanza fejn tidħol l‑istorja tal‑perjodiku Malta Missjunarja huma: (1) “Contra spem in spem” (Sena X, Aww.‑Sett. 1942, nri

Mons. Profs. Luigi Catania (1898‑1943) ‑ il‑ġawhra tas‑Saċerdozju f’Malta
8‑9, p.73), fejn jitkellem dwar id‑diffikultajiet marbutin mar‑rivista f’dak li għandu x’jaqsam ma’ nuqqas ta’ karta, dewmien fil‑ħruġ tagħha, tibdil ta’ post tal‑imseħbin, taqsim u tneħħija tal‑kurrent elettriku mill‑istamperija minħabba l‑Gwerra; (2) It‑Telfa tad‑Direttur Djoċesan: Mons. Luigi Catania (Sena XI, Lul.‑Aww. 1943, nri 7‑8, p.25), jitkellem fuq it‑telfa tiegħu bħala Direttur Djoċesan tal‑Opri Miss. Pont. u tal‑Unjoni Miss. tal‑Kleru f’Malta. Huwa kien miet qasir il‑għomor il‑Ħamis 29 ta’ Lulju 1943 fl‑Istitut tas‑Sacred Heart f’Tas‑Sliema fejn kien qed jagħmel il‑prietki tal‑irtir. Għad li twieled Ħal Għargħur, Mons. Profs. Luigi Catania (1898‑1943) trabba ż‑Żurrieq. Studja s‑Seminarju u l‑universitajiet ta’ Malta u dik Gregorjana ta’ Ruma. Wara li ordna saċerdot fl‑1922, sar kappillan ta’ Ħaż‑Żabbar (1925‑35), beda jgħallem it‑Teoloġija Dommatika fl‑Università ta’ Malta (1934), inħatar Kanonku Koadjutur tal‑Kapitlu tal‑Katidral (1937) u Kanonku Regolari (1938), laħaq Direttur Djoċesan tal‑Uffiċċju Pontifiċju tal‑Missjonijiet f’Malta wara Mons. C. Zammit, laħaq Rettur tal‑Missjoni l‑Kbira u ta’ San Kalċedonju, kif ukoll Direttur Spiritwali tal‑Korp tal‑Puliżija u tal‑MUT. Kien meqjus bħala ‘il‑ġawhra tas‑Saċerdozju f’Malta’.

Mons. Anton Cilia ‑ Direttur Djoċesan bejn l‑1950 u l‑1979
Artiklu interessanti ieħor huwa dwar Id‑Direttur Djoċesan Ġdid – Dun Anton Cilia B.A., BL. Can., D.D.: (Sena XI, Sett.‑Ott. 1943, nri 9‑10, p.34). Id‑Direzzjoni tar‑rivista tittratta l‑ħatra tiegħu bħala d‑Direttur Djoċesan il‑ġdid ta’ Malta, li ġiet wara l‑mewt ta’ Mons. Prof. C. Zammit (1882‑1934) u dik ta’ Mons. Prof. L. Catania (1898‑1943). Il‑ħatra tiegħu mingħand l‑Isqof, għad li ġiet fl‑eqqel tal‑gwerra, kienet waħda providenzjali; bosta inizjattivi missjunarji kienu opra tiegħu esklussiva anki jekk kienu jidhru oħrajn minfloku, biż‑żewġ prediċessuri tiegħu jirrikorru lejh għall‑organizzazzjoni tat‑Tliet Opri Pontifiċji Missjunarji f’Malta. Iżda biex dan kollu rnexxa ħadem mhux biss bil‑moħħ, iżda wkoll bil‑pinna, bil‑ħalq u bil‑ħidma li ma tafx mistrieħ. Dun Anton Cilia kien ukoll l‑ewwel prefett ta’ Dun Anton Xiberras meta dan tal‑aħħar daħal is‑seminarju fl‑1934.
Editorjal interessanti ieħor iġib l‑isem ta’ Għeluq Tnax‑il Sena (Sena XII, Settembru 1944, nru 9, pp.33‑4) fejn jitkellem fl‑okkażjoni tal‑anniversarju ta’ MM: (1) L‑Ewwel Ħarġa: Ifakkar kif fl‑1932 ‘għamlet l‑ewwel dehra tagħha f’Malta f’żewġ edizzjonijiet mill‑isbaħ’ fejn ‘mill‑ewwel għadd
tagħha mhux biss kisbet il‑primat dwar l‑għadd tal‑abbunati, iżda tat xejra ġdida lill‑perjodiku reliġjuż.’ Hu jkompli jgħarrafna li fi 12‑il sena nbiegħu mal‑miljun kopja, b’madwar 8,000 waħda fix‑xahar, u li sa dakinhar laħqu nbidlu żewġ diretturi u tliet amministraturi; (2) L‑Aħjar Perjodiku: ‘Il‑ħsieb tad‑diretturi ta’ MM kien dejjem, li barra li bih jagħmlu propaganda għat‑tliet Opri Missjunarji Pontifiċji – li huwa l‑organu tagħhom – jagħtu ’l‑qarrejja l‑aħjar perjodiku bl‑irħas prezz possibbli.’ Dit‑tradizzjoni nkisret xi ftit matul il‑gwerra. Infatti, f’Awwissu tal‑1942 il‑perjodiku ħareġ b’16‑il paġna biss minħabba n‑nuqqas tal‑karta, u sena wara niżel għal tmienja u beda joħroġ kull xahrejn, anki jekk bl‑istess prezz. Madankollu, fl‑okkażjoni t’għeluq it‑12‑il sena ħajja, l‑editur ħabbar li l‑perjodiku kien sejjer jerġa’ jibda joħroġ kull xahar u b’aktar paġni li kieku l‑karta ma baqgħetx għolja infern.’; (3) Qatt Ma Waqfet: Il‑perjodiku baqa’ joħroġ anki waqt il‑blitz, grazzi għaż‑żelaturi u ż‑żelatriċi, li ‘bl‑ikbar sagrifiċċji ma naqsu qatt mit‑tħabrik tagħhom u wettqu d‑dmirijiet tagħhom bl‑ikbar rettezza u mħabba li kienet tedifika lill‑istess mexxejja, mhux biss tal‑perjodiku,
imma wkoll lid‑diretturi tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji.’ L‑editur kompla jħeġġiġhom biex ixerrduha iżjed ‘issa li għandna l‑karta’ u wegħedhom li r‑rivista kienet se tibda tidher bl‑istampi u b’aktar paġni; (4) Kull Xahar Mill‑Ġdid: Għalih, kienet ir‑rieda qawwija min‑naħa tad‑direzzjoni, il‑qarrejja ta’ MM u l‑ħbieb tal‑missjoni li qawwew qalb ir‑rivista, u fuq kollox, l‑għajnuna li rċeviet mis‑sema, li ħarġuha rebbieħa fuq kull tfixkil, ‘mhux biss tal‑biża’ tal‑bombi, iżda wkoll tan‑nuqqas tal‑karta.’ Mix‑xahar t’Ottubru 1944, ir‑rivista kellha terġa’ tibda Riklam antik kif deher f’wieħed mill‑għaddijiet toħroġ kull xahar, anki jekk ta’ Malta Missjunarja mhux mill‑ewwel b’ħafna paġni u bl‑istampi bħal qabel; (5) Il‑Ġid Li Sar: L‑editorjal ifisser il‑ġid li għamlet ir‑rivista: kien biżżejjed għal kopja waħda f’idejn persuna ‘biex hija fetħet idejha b’ġenerożità kbira mal‑missjoni.’ Id‑direzzjoni taf li kull min iħobb tassew il‑missjoni żgur li għandu għal qalbu r‑rivista. Ix‑xewqa aħħarija tal‑editorjal hija ‘li r‑rivista tidħol f’dawk il‑ftit postijiet fejn ma dehritx iżjed fil‑gwerra u f’kull parroċċa ta’ Malta u Għawdex’ u li ‘żżid ħafn’iktar l‑ abbunati u l‑qarrejja tagħha.’

POWERED BY KALENDARJU Combat Loneliness 2022 Adopt a Grandparent

NEWSPAPER POST
Neħtieġu ħafna t‑talb tal‑qaddisin, ħalli dak li ma nistgħux niksbu bil‑ħila tagħna, jingħatalna bit‑talb tagħhom. San Bernard.
Rigali b’differenza €7 - Tiġieġa tista' toffri lil familja fil-bżonn sors ta' dħul.
KALENDARJU 2022



Jien. Int. Aħna. Flimkien.

(VO/1178)
Jinsab għall‑bejgħ mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta għall‑prezz ta’ €2. Inħeġġukom tmexxu l‑kelma. Ordnijiet ta’ 20 kopja jew aktar jitwasslu b’xejn.

www.missio.org.mt IL-ĦADD IT-TNEJN 30 31 IT-TLIETA L-ERBGĦA IL-ĦAMIS IL-ĠIMGĦA 1 IS-SIBT Omm Alla (Jum il‑Paċi)
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
follow us missiomalta
Ir‑raba’ Ħadd ta’ matul is‑sena S. Ġwann Bosco L‑isem qaddis ta’ Ġesù S. Anġela ta’ Foligno L-Epifanija tal-Mulej Nitolbu sabiex dawk kollha li jsofru diskriminazzjoni u persekuzzjoni reliġjuża jsibu fis‑soċjetà, li fiha jgħixu, l‑għarfien tad‑drittijiet proprji tagħhom u tad‑dinjità li titnissel meta nkunu lkoll aħwa.
S. Ġwann Neumann S.Andrè Bessitte S. Luċjan S. Girgor ta’ Nyssa Il‑Magħmudija tal‑Mulej
S. Iġino Papa S. Anton Maria Pucci S. Ilarju ta’ Poiters Isqof S. Feliċ ta’ Nola S. Pawl Eremita It‑tieni Ħadd ta’ matul is‑sena S. Anton Abbati
Bidu ta’ Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda tal‑Knejjes Insara S. Marju u sħabu S. Sebastjan S. Anjeże S. Publiju
S. Anġela Meriċi It‑tielet Ħadd ta’ matul is‑sena S. Franġisk de Sales Il‑Konverżjoni ta’ Missierna S. Pawl S. Timotju u S. Titu Isqfijiet
Jum is‑Santa Infanzja f’Malta u Għawdex S. Sulpizju ta’ Bourges
S. Tumas t’Aquino
2 9 16 23 3 10 17 24 4 11 18 25 S. Raymond ta’ Penjafort 5 6 7 12 13 14 19 20 21 26 27 28 www.missio.org.mt IL-ĦADD IT-TNEJN IT-TLIETA 1 8 15 22 29 L-ERBGĦA 2 3 IL-ĦAMIS €125 - Magna tal-ħjata tista’ tgħin lin-nisa jaqilgħu l-flus. Rigali b’differenza IL-ĠIMGĦA IS-SIBT Għandna mhux biss nixtiequ li nkunu flimkien mal‑qaddisin; għandna nixtiequ wkoll l‑hena tagħhom. San Bernard. Novembru 2022 4 5 It‑tnejn u tletin Ħadd ta’ matul is‑sena 6 7 8 Il‑Qaddisin Kollha 9 Tifkira tal‑Mejtin Kollha S. Martin de Porres 10 S. Karlu Borromeo Isqof 11 S. Eliżabetta u S. Żakkarija 12 It‑tlieta u tletin Ħadd ta’ matul is‑sena L‑aħħar Ħadd tas‑sena Liturġika Kristu Sultan 13 20 27 S. Willibrord S. Gertrude l‑Kbira Preżentazzjoni tal‑Verġni Marija 14 21 28 B. Ġwanni Duns Scotus L‑Anniversarju tal‑Konsagrazzjoni tal‑Bażilika ta’ Lateran S. Iljun il‑Kbir Papa S. Albertu l‑Kbir S. Margerita tal‑Iskozja S. Eliżabetta tal‑Ungerija S. Ċeċilja S. Klement Papa Martri S. Andrija Dung‑Lac u sħabu Martri 15 16 17 22 23 24 29 30 S. Martin ta’ Tours Isqof S. Ġosafat Martri Dedikazzjoni tal‑Bażilika ta’ S. Pietru u S. Pawl S. Matilde S. Katerina ta’ Lixandra Martri S. Leonardu ta’ Porto Maurizio 18 19 25 26 L‑ewwel Ħadd tal‑Avvent
S. Valerjan
Jien. Int. Aħna. Flimkien.(VO/1178)
S. Saturninu
follow us
missiomalta
S. Andrija Appostlu
Nitolbu sabiex it‑tfal li jbatu, dawk li jgħixu fit‑triq, il‑vittmi tal‑gwerer u l‑orfni jkunu jistgħu jkollhom aċċess għall‑edukazzjoni, u jistgħu jiskopru l‑imħabba ta’ familja.
Edinburgh u s‑Swieq tal‑Milied
Mill‑Erbgħa 8 sal‑15 ta’ Diċembru 2021

Naraw bliet, muntanji, ċriev u wieħed mill‑isbaħ swieq tal‑Milied fl‑Ewropa. Inżuru Edinburgh, Stirling, Fife, Glasgow, u Loch Lomond u Linlithgow. Pajjiż li minnu nnifsu huwa attrazzjoni turistika; sew il‑gżejjer, il‑kastelli msaħħra u l‑muntanji romantiċi kif ukoll il‑Mostru ta’ Lochness. Stejjer veri jew ħrejjef jibnu fantasija biex tieħu gost, tidħak u tgawdi vaganza li tibqa’ tiftakar.