3 minute read

Editorjal

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Esperjenza Missjunarja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: In‑nies kollha fir‑raħal ta' Sengal Soolai f'Tamil Nadu l‑Indja, jaħdmu għal tnax‑il siegħa kuljum, sitt ijiem fil‑ġimgħa, jagħmlu l‑briks bl‑idejn għall‑bini tad‑djar.

B’Qalb Ħelwa Tibni fis‑Sod

Dawk li għandhom qalbhom ħelwa huma mberkin minn issa stess, għaliex minn issa jaraw li għandhom il‑possibiltà li jibdlu d‑dinja ta’ madwarhom; l‑aktar billi jibdlu l‑mod kif jirrelataw man‑nies ta’ madwarhom. F’soċjetà li ħafna drabi hija ddominata minn vjolenza, arroganza u inġustizzja, huma jsiru ‘sinjal ta’ kontradizzjoni’ u jirradjaw ġustizzja, ftehim, tolleranza, ħlewwa u stima ma’ kulħadd.

Esperjenza 1 ‑ Inkulturazzjoni Fl‑iskola elementarja fejn ngħallem hemm ħafna tfal stranġieri. Mhux faċli tissoċjalizza magħhom, speċjalment ma’ grupp żgħir minnhom li huma żingari. Klassi jħarbtuha u huma aggressivi ħafna, bil‑ġenituri tagħhom deħlin u ħerġin il‑ħabs. Ġurnata waħda, biex ngħin waħda minn sħabi l‑għalliema, li ma setgħetx aktar tiffaċċja s‑sitwazzjoni, iddeċidejt li nieħu dan il‑grupp tagħha fil‑klassi tiegħi. Ħsibt f’Ġesù li huwa l‑mudell tal‑ħlewwa u l‑paċenzja, ippreparajtilhom l‑aħjar postijiet fil‑klassi u kif waslu ppreżentajthom lit‑tfal

tal‑klassi tiegħi bħala t‑tuturi tagħhom, peress li t‑tfal tiegħi kienu iżgħar minnhom fl‑età. Biex iħossuhom protagonisti, tlabthom biex jgħallmuna xi kliem bir‑Rom, il‑lingwa tagħhom, hekk tajthom parti mil‑lezzjoni. Issa qed iġibu rwieħhom aħjar u l‑inkulturazzjoni bdiet taqbad l‑art.

(E. ‑ Italja)

Esperjenza 2 ‑ Il‑ferita Meta jkun hemm xi festa għandi d‑drawwa li nagħti ftit flus lill‑erbat itfal tiegħi biex jixtru bihom xi rigali għal tfal foqra. L‑aħħar darba, iż‑żgħir talabni aktar flus. Kien sema’ li missieru kien bla xogħol u ma setax jagħti rigali lil uliedu li għandu minn mara oħra. Għalija din kienet daqqa ta’ stallett f’qalbi. Snin ilu żewġi kien telaqna u l‑ferita kienet għadha hemm. Dak il‑lejl bkejt ħafna, ħassejtni ttraduta anki minn uliedi stess. Imma forsi kont jiena li qiegħda fl‑iżball u ibni ż‑żgħir kien qed jagħtini lezzjoni. L‑għada żidtlu l‑pocket money. Ftit wara wliedi talbuni ngħin lil missierhom isib xogħol. Ħassejt li din kienet daqqa oħra kbira f’qalbi. Anki jekk ma kienu qatt irċevew l‑ebda rigal mingħandu, kienu qed jitolbuni ngħinu. Imma anki jekk dawn il‑memorji kienu qed iweġġgħuni ħafna, jiena fhimt li kelli npoġġi fil‑prattika l‑kmand ta’ Ġesù li nħobb lill‑għedewwa tiegħi. Kienet iebsa, imma għamiltha. Il‑ferħ li rajt f’uliedi diffiċli niddeskrivih. Irringrazzjajt lil Alla għall‑ġenerożità tagħhom kif ukoll għall‑fatt li kienu huma li tawni l‑opportunità li nneħħi minn qalbi kull traċċa ta’ mibegħda li kienet ittormentatni għal tant żmien.

(C.C. – Kolumbja)

“Imberkin dawk li qalbhom ħelwa, għax jiksbu l‑art.”

(Mt. 5:5) 

Biex infiq għandi bżonn id‑demm. Int tista’ tgħinni?

This article is from: