5 minute read

Dehriet tal‑Madonna

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja

Is‑Sitt Parti

Il‑Madonna ta’ Sion f’Ruma, l‑Italja

Id‑dehra tal‑Madonna ta’ Sion għandha konnessjoni qawwija mal‑Madonna tal‑Midalja Mirakoluża li seħħet tnax‑il sena qabel, kif rajna f’artiklu preċedenti. Fl‑20 ta’ Jannar 1842, waqt li kien qiegħed iżur Ruma, Marie Alphonse Ratisbonne, Lhudi anti‑Kattoliku, kellu dehra tal‑Verġni Marija. Huwa kkonverta għall‑Kattoliċiżmu u ħadem ddeċieda li qatt aktar ma jkellem lil ħuh. Id‑disprezz kbir għall‑Fidi Kattolika kompla jikber fih. Fl‑età ta’ 28 sena, Alphonse ddeċieda li jdur l‑Ewropa u l‑Lvant, parzjalment għal saħħtu u bħala vaganza, filwaqt li kien qiegħed jippjana biex jassumi sħubija fil‑bank ta’ zijuh. Iddeċieda li jmur Napli u minn hemm xtaq jiġi Malta biex iqatta’ x‑xitwa hawn u jtejjeb saħħtu li kienet kemxejn dgħajfa.

ħafna għall‑konverżjoni tal‑Lhud u l‑Musulmani.

Marie Alphonse Ratisbonne twieled fi Strasburgu, Franza, fl‑1 ta’ Mejju 1814. Huwa kien iben u werriet ta’ familja sinjura u aristokratika ta’ bankiera Lhud. Meta Alphonse kien għadu tifel, Theodor, ħuh il‑kbir, ikkonverta għall‑fidi Kattolika u sar saċerdot. Il‑familja rreaġixxiet b’mod negattiv ħafna u Alphonse

Marie Alphonse Ratisbonne.

Madanakollu, bi żball fl‑ivvjaġġar spiċċa ħa rotta ħażina u bbukkja l‑vjaġġ tiegħu fuq vapur lejn Ruma. Telaq minn Napli u wasal Ruma fis‑6 ta’ Jannar 1842. Beda jdur Ruma u sar ħabib tal‑Baruni Theodore de Bussières, li l‑missjoni tiegħu kienet li jikkonverti kull persuna għall‑Kristjaneżmu. Il‑baruni għamillu proposta li jagħmel test sempliċi li jilbes il‑Midalja Mirakoluża u jgħid il‑talba ta’ San Bernard lill‑Madonna: il‑Memorare (Ftakar, O Verġni Marija wisq ħanina li qatt ma nstema’ li xi ħadd ġie għandek...), kull filgħodu u jara jekk jiġrix xi ħaġa. Alphonse aċċetta dan bħala prova. Il‑Baruni talab lil bosta ħbieb biex jgħidu Memorare żejda għall‑konverżjoni ta’ Alphonse. Fil‑20 ta’ Jannar 1842, waqt li Alphonse kien fil‑knisja ta’ Sant’Andrea delle Fratte jistenna lill‑Baruni ġej minn xi funeral, kellu din l‑esperjenza kif irrakkonta hu stess:

“Bilkemm kont għadni dħalt fil‑knisja meta ħassejt konfużjoni sħiħa ġewwa fija. Meta ħarist ’il fuq deherli li l‑knisja kollha inbelgħet f’dell qawwi ħlief kappella waħda. Kien bħallikieku d‑dawl kollu kien ikkonċentrat f’dak il‑post biss. Ħarist lejn din il‑kappella minn fejn kien qiegħed jiddi tant dawl, u fuq l‑altar kien hemm figura ħajja, għolja, maestuża, sabiħa u mimlija ħniena. Kienet il‑Verġni Qaddisa Marija, li tixbah il‑figura tagħha fuq il‑Midalja Mirakoluża li kont liebes. Għal din id‑dehra jiena waqajt għarkopptejja eżatt fejn kont. Ma stajtx inħares ’il fuq minħabba d‑dawl qawwi li jagħmi, iffissajt il‑ħarsa tiegħi fuq idejha u fihom stajt naqra l‑espressjoni tal‑ħniena u l‑maħfra. Bil‑preżenza tal‑Verġni Mqaddsa, anki jekk hi ma lissnet l‑ebda kelma, fhimt is‑sitwazzjoni tal‑biża’ li kont fiha, dnubieti u l‑ġmiel tal‑Fidi Kattolika.”

Meta l‑Baruni ġie lura sab lil Alphonse għarkopptejh eċċitat ħafna jitlob. Din ix‑xena tant qanqlitu lill‑Baruni li beka. Meta staqsa lil Alphonse x’kien ġara, dan qallu li jista’ jirrakkonta dak li ġralu biss għarkopptejh quddiem saċerdot, waqt li beda jagħfas f’idu l‑Midalja Mirakoluża u jrodd ħajr lil Alla. Il‑Baruni ħadu fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti biex ikellem lil Patri Villefort, fejn wara beda rtir taħt il‑gwida ta’

dan il‑patri. Fil‑31 ta’ Jannar 1842, Alphonse tgħammed u rċieva s‑Sagramenti tal‑Konfermazzjoni u tal‑Ewwel Tqarbina minn idejn il‑Kardinal Patrizi, il‑Vigarju ta’ Papa Gregorju XVI. Fix‑xahar ta’ wara fil‑Vatikan nbeda proċess kanoniku biex jinvestiga ċ‑ċirkostanzi tal‑konverżjoni ta’ Alphonse. Wara investigazzjoni twila kkonkludew li l‑konverżjoni f’daqqa ta’ Alphonse kienet għalkollox mirakoluża, att ta’ Alla bl‑interċessjoni tal‑Verġni Marija. F’Mejju 1842, l‑artist Natale Carta pinġa kwadru tal‑Madonna skont id‑deskrizzjoni ta’ Alphonse ta’ kif kienet l‑Omm Imbierka u tpoġġiet fil‑knisja fil‑post eżatt fejn seħħet id‑dehra. Fl‑1843, Alphonse ngħaqad ma’ ħuh is‑saċerdot Theodor li għenu ħafna fit‑twaqqif tas‑Sisterhood tal‑Madonna ta’ Sion. Eventwalment, fl‑1847 Alphonse ġie ordnat saċerdot ukoll u sar Ġiżwita. Madanakollu, Alphonse ried jiddedika ruħu kompletament għall‑konverżjoni tal‑Lhud. Bid‑dispensa ta’ Papa Piju IX huwa telaq minn Ġiżwita u fl‑1855 ittrasferixxa s‑Sorijiet tal‑Madonna ta’ Sion f’Ġerusalemm, u fl‑1856 bena għalihom il‑Kunvent Kbir ta’ Ecce Homo bi skola u orfanatrofju għall‑bniet. Fl‑1860 waqqaf ukoll il‑Kunvent ta’ San Ġwann fuq il‑muntanja f’Ain Karim, flimkien ma’ knisja u orfanatrofju ieħor għall‑bniet. Hemmhekk Alphonse ħadem ma’ ftit minn sħabu (Pères de Sion) għall‑konverżjoni tal‑Lhud u tal‑Musulmani sal‑mewt tiegħu, fis‑6 ta’ Mejju 1884.

Id‑dehra tal‑Madonna ta’ Sion kienet approvata fit‑3 ta’ Ġunju 1842 mill‑Vigarju Ġenerali ta’ Papa Gregorju XVI, il‑Kardinal Patrizi. Fil‑25 ta’ April 1942, Papa Piju XII ta t‑titlu ta’ Bażilika lill‑Knisja ta’ Sant’Andrea. Fit‑28 ta’ Frar 1982, Papa Ġwanni Pawlu II żar il‑Bażilika ta’ Sant’Andrea u talab quddiem ix‑xbieha tal‑Madonna ta’ Sion. Is‑17 ta’ Novembru huwa jum il‑festa tad‑Dehra tal‑Madonna ta’ Sion. 

Kull nhar ta’ Sibt fit‑3 ta’ waranofsinhar fuq Net TV

Is‑Swieq tal‑Milied fil‑Ġermanja

Mit‑8 sat‑13 ta’ Diċembru 2021

Inżru s‑swieq ta’ Munich, Augsburg u Altotting, u l‑muntanji bojod f’Berchtesgaden, Salzburg, kif ukoll Marktl fejn twieled Papa Benedittu XVI.

Munich: il‑kapitali tal‑Bavarja; belt mill‑isbaħ u mimlijja divertiment, speċjalment meta jkun hemm is‑Swieq tal‑Milied. Augsburg: belt antika mwaqqfa fis‑Sena 15 Q.K.

Altotting: belt fejn jinsab l‑isbaħ Santwarju tal‑Madonna fil‑Bavarja kollha. Markt am Inn: ir‑raħal fejn trabba Papa Benedittu XVI.

Il‑Ġermanja t’Isfel tiftaħar b’muntanji mill‑isbaħ fosthom it‑tieni l‑akbar waħda tal‑Ġermanja, Watzmann, li ser naraw meta mmorru Berchtesgaden. F’dan il‑post ta’ xenarji mill‑isbaħ, naraw fejn eluf ta’ turisti jqattgħu l‑vaganzi tagħhom fix‑xitwa minħabba l‑iskiing. Inżuru l‑isbaħ għadira tal‑Ġermanja, Koenigsee. Salzburg: belt fl‑Awstrija magħrufa għal The Sound of Music.

Aktar tagħrif fuq kull ġita jinsab fi programm dettaljat li jista' jinkiseb mingħand Natasha fuq: Tel: 2122 2040 • Mob:+356 7979 2040 Imejl:info@ytc.com.mt • Facebook: ytctraveltours• Websajt: www.ytc.com.mt

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena

Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

This article is from: