1 minute read

Il‑Qaddis tax‑Xahar

Next Article
Unjoni Missjunarja

Unjoni Missjunarja

San Josè Luis Sànchez Del Rìo

Josè Luis Sànchez del Rìo twieled nhar it‑28 ta’ Marzu 1913 f’Sahuayo, il‑Messiku. Għex fi żmien il‑Gwerra Kristero, li bdiet fl‑1926. Din kienet ġlieda fiċ‑ċentru u l‑Punent tal‑Messiku kontra l‑gvern li kien għadda liġijiet kontra l‑Knisja li kienu jinkludu teħid ta’ propjetajiet tal‑Knisja, għeluq ta’ skejjel u kunventi tal‑Knisja, eżilju u esekuzzjoni tas‑saċerdoti. Ħut Josè ingħaqdu mal‑armata, imma lilu ommu ma ħallitux jingħaqad magħhom. Però huwa insista li ried ikollu ċans li jagħti ħajtu għal Ġesù u jmur il‑Ġenna. Prudencio Mendoza li kien il‑kap tal‑armata ħallieh jidħol magħhom bħala dak li jżomm il‑bandiera tal‑armata. Huwa tlaqqam ‘Tarċisju’ għall‑qaddis żagħżugħ li miet martri jipproteġi l‑Ewkaristija.

Waqt battalja kbira li ġrat fil‑25 ta’ Jannar 1928, it‑truppi tal‑gvern qabdu ’l Josè u żammewh priġunier. Il‑forzi tal‑gvern heddewh li joqtluh jekk ma jiċħadx il‑fidi tiegħu fi Kristu. Josè ma ried jaċċetta qatt u biex ibiddel fehmtu kien imġiegħel jassisti fl‑esekuzzjoni ta’ sieħbu, li kien priġunier ukoll. Imma Josè beda jqawwilu qalbu u jfakkru li dalwaqt kienu ser jerġgħu jiltaqgħu fis‑sema. drabi sakemm kellu ħafna feriti madwar ġismu kollu. Matul it‑triq kien jitlob ir‑Rużarju u jkanta kant lill‑Madonna ta’ Gwadalupe li kien devot ħafna tagħha. Meta kien jibki u jitgħawweġ bl‑uġigħ kienu jgħidulu li jekk jiċħad lil Alla u l‑fidi tiegħu, kienu jsalvawlu ħajtu. Hu qatt ma ċeda u minflok kien jgħajjat: “Jien qatt ma nċedi. Viva Kristu Re!”

It‑triq għall‑bidu tal‑kanonizzazzjoni tiegħu bdiet fl‑1996 minn Papa Ġwanni Pawlu II. Ġie approvat miraklu fuq tarbija fil‑Messiku bl‑interċessjoni tiegħu fejn din ġiet imfejqa meta t‑tobba ddikjaraw li ma kien hemm ebda tama li tgħix. Ġie ddikjarat qaddis fis‑16 t’Ottubru 2016 minn Papa Franġisku. Huwa l‑patrun tal‑Insara ppersegwitati, tat‑tfal u tal‑adolexxenti.

Fil‑ħabs Josè kien jitlob it‑talba tar‑Rużarju kuljum u kiteb ittra lil ommu fejn qalilha li hu kien lest jagħmel ir‑rieda ta’ dak li ddedika ħajtu għalih. Fl‑10 ta’ Frar ta’ dik is‑sena, kienu għamlulu feriti fil‑qiegħ ta’ saqajh u ġegħluh jimxi madwar ir‑raħal lejn iċ‑ċimiterju. Matul it‑triq darbuh ħafna

“Li mmut għal Alla jagħtini ferħ. Nibgħat tislima lil ħuti u nitlobhom isegwu dejjem l‑iżgħar xewqa ta ’Alla.”

This article is from: