Novembru 2021
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Novembru 2021 Intenzjoni Universali Persuni Li Jsofru Mid‑Dipressjoni
“Nitolbu sabiex persuni li jsofru mid‑dipressjoni jew għeja mentali jsibu l‑għajnuna u d‑dawl li jiftaħ għal ħajjithom.”
S
fortunatament il‑bniedem xi kultant jista’ jgħaddi minn toroq wisq mudlama u jekk ma jsibx l‑għajnuna ġusta jista’ jdum ma jara xaqq ta’ dawl li jfejjaq il‑problema u
6
s‑salib li jkun qed jgħaddi minnhom. Għalhekk, f’dan ix‑xahar tajjeb ukoll li nitolbu għalina u għal ħutna li jistgħu jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli ta’ għeja mentali li kulħadd jista’ xi darba jkun suġġett għaliha, sabiex jerġgħu bl‑għajnuna tal‑Mulej u tal‑Madonna ‑ Saħħa tal‑Morda ‑ jiksbu s‑saħħa li tant għandhom bżonn. Fuq kollox ngħidu lil dawn il‑persuni sabiex iduru dejjem lejn Alla l‑Imbierek li dejjem qiegħed magħhom, għalkemm forsi xi darba ma jħossuhx. Imma Alla huwa dejjem mal‑bniedem u dejjem
qiegħed hemm lest biex jgħinu u jfejqu, kif naraw tajjeb fil‑Bibbja. Pereżempju fil‑Ktieb tal‑Ġenesi 20:17, insibu lil Alla jfejjaq lil Abimelek u naraw lil Alla jeħles lill‑bniedem mill‑iskjavitù tal‑Eġittu. Naraw mela lil Alla jfejjaq għaliex: “YHWH huwa t‑tabib tiegħek” (Eżodu 15:26). Hekk naraw fl‑esperjenza tad‑deżert, fejn Alla ordna lil Mosè jaħdem serp tal‑bronż ħalli jfejjaq lil dawk li kienu ngidmu mis‑sriep velenużi tar‑ramel. Fit‑Tieni Ktieb tal‑Kronaki naraw lil Alla jisma’ t‑talba ta’ Eżekija u jfejjaq lill‑poplu (30:20). Fil‑ktieb ta’ Tobit