Malta Missjunarja Novembru 2021

Page 4

Novembru 2021

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Minn Fejn Ġejjin u Fejn Ser Nispiċċaw?

I

x‑xahar ta’ Novembru, aktar minn xhur oħrajn, jgħinna biex nirriflettu aktar mis‑soltu li ħadd m’għandu daru hawn fl‑art li tibqa’ għal dejjem. Id‑daqq tal‑qniepen b’nota ta’ niket, iż‑żjajjar tal‑oqbra tal‑għeżież tagħna u l‑Kelma t’Alla, speċjalment waqt il‑quddiesa, ifakkruna li ġurnata aħna wkoll għad niġu wiċċ imb wiċċ mal‑mewt. Il‑mewt ma tħares lejn wiċċ ħadd, m’għandha rispett lejn ħadd u lejn xejn. Il‑mewt tħabbat il‑bieb tas‑sinjur u tal‑fqir, 4

taf tfittex lil min hu marid u lil min hu b’saħħtu. Ix‑xjuħ tagħna, fl‑għerf tagħhom, kienu jgħidu li l‑mewt hija l‑aktar ħaġa ġusta li għamel Alla għaliex hija għal kulħadd. Ħadd ma jista’ jixtri l‑mewt jew jaħrabha. Hawn min jibza’ jisma’ mqar il‑kelma ‘mewt’ jew min jitkellem dwarha. Issib min jgħidlek li qatt ma mar funeral lanqas ta’ dawk l‑aktar għeziez għalih, bħall-ġenituri jew qraba. Ma nistgħux noqogħdu naħsbu l‑ħin

kollu fuq il‑mewt għaliex żgur li nispiċċaw ħażin. Imma lanqas ma nistgħu nwarrbuha għal kollox minn quddiemna għaliex inkunu qed nidħqu bina nfusna. Il‑mewt iġġegħelna nagħmlu mistoqsijiet fundamentali bħal: “Minn fejn ġejjin? Fejn ser nispiċċaw? Għalfejn qegħdin fuq wiċċ din l‑art? X’ hemm ’ il hemm mill‑qabar? Il‑ħajja fuq din l‑art ta’ min jgħixha biex fl‑aħħar nispiċċaw ftit irmied taħt erba’ kaptelli?” Bil‑moħħ tagħna biss ma naslu qatt u qatt li nwieġbu għal dawn il‑mistoqsijiet fundamentali għaliex il‑mewt taf iddaħħalna ġo sqaq li ma jwassal għal imkien. Hija għalhekk ħaġa mill‑iżjed naturali li n‑Nisrani wkoll, quddiem il‑mewt, isewwed qalbu mhux biss għax jaf li ġismu għad jara t‑taħsir, imma wkoll għall‑fatt li kollox jispiċċa għal dejjem. Imma n‑Nisrani, b’differenza


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Novembru 2021 by Missio Malta - Issuu