Novembru 2021
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja Is‑Sitt Parti
Il‑Madonna ta’ Sion f’Ruma, l‑Italja Id‑dehra tal‑Madonna ta’ Sion għandha konnessjoni qawwija mal‑Madonna tal‑Midalja Mirakoluża li seħħet tnax‑il sena qabel, kif rajna f ’artiklu preċedenti. Fl‑20 ta’ Jannar 1842, waqt li kien qiegħed iżur Ruma, Marie Alphonse Ratisbonne, Lhudi anti‑Kattoliku, kellu dehra tal‑Verġni Marija. Huwa kkonverta għall‑Kattoliċiżmu u ħadem 32
ħafna għall‑konverżjoni tal‑Lhud u l‑Musulmani. Marie Alphonse Ratisbonne twieled fi Strasburgu, Franza, fl‑1 ta’ Mejju 1814. Huwa kien iben u werriet ta’ familja sinjura u aristokratika ta’ bankiera Lhud. Meta Alphonse kien għadu tifel, Theodor, ħuh il‑kbir, ikkonverta għall‑fidi Kattolika u sar saċerdot. Il‑familja rreaġixxiet b’mod negattiv ħafna u Alphonse
ddeċieda li qatt aktar ma jkellem lil ħuh. Id‑disprezz kbir għall‑Fidi Kattolika kompla jikber fih. Fl‑età ta’ 28 sena, Alphonse ddeċieda li jdur l‑Ewropa u l‑Lvant, parzjalment għal saħħtu u bħala vaganza, filwaqt li kien qiegħed jippjana biex jassumi sħubija fil‑bank ta’ zijuh. Iddeċieda li jmur Napli u minn hemm xtaq jiġi Malta biex iqatta’ x‑xitwa hawn u jtejjeb saħħtu li kienet kemxejn dgħajfa.