EDITORJAL – DUN VICTOR AGIUS
Novembru 2021
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
B’Qalb Ħelwa Tibni fis‑Sod
D
awk li għandhom qalbhom ħelwa huma mberkin minn issa stess, għaliex minn issa jaraw li għandhom il‑possibiltà li jibdlu d‑dinja ta’ madwarhom; l‑aktar billi jibdlu l‑mod kif jirrelataw man‑nies ta’ madwarhom. F’soċjetà li ħafna drabi hija ddominata minn vjolenza, arroganza u inġustizzja, huma jsiru ‘sinjal ta’ kontradizzjoni’ u jirradjaw ġustizzja, ftehim, tolleranza, ħlewwa u stima ma’ kulħadd.
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Il‑Qaddis tax‑Xahar 24 90 Sena ta’ Storja 28 Esperjenza Missjunarja 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: In‑nies kollha fir‑raħal ta' Sengal Soolai f 'Tamil Nadu l‑Indja, jaħdmu għal tnax‑il siegħa kuljum, sitt ijiem fil‑ġimgħa, jagħmlu l‑briks bl‑idejn għall‑bini tad‑djar. 2
Esperjenza 1 ‑ Inkulturazzjoni Fl‑iskola elementarja fejn ngħallem hemm ħafna tfal stranġieri. Mhux faċli tissoċjalizza magħhom, speċjalment ma’ grupp żgħir minnhom li huma żingari. Klassi jħarbtuha u huma aggressivi ħafna, bil‑ġenituri tagħhom deħlin u ħerġin il‑ħabs. Ġurnata waħda, biex ngħin waħda minn sħabi l‑għalliema, li ma setgħetx aktar tiffaċċja s‑sitwazzjoni, iddeċidejt li nieħu dan il‑grupp tagħha fil‑klassi tiegħi. Ħsibt f’Ġesù li huwa l‑mudell tal‑ħlewwa u l‑paċenzja, ippreparajtilhom l‑aħjar postijiet fil‑klassi u kif waslu ppreżentajthom lit‑tfal