Malta Missjunarja Ġunju 2022

Page 28

POEŻIJA

Ġunju 2022

Jum il‑Missier Ja ħelu missieri kont nieqa ta’ kenn Għallimtni nitbiegħed mill‑ħażen u l‑ġenn Int biss kollok ħniena, kollok ħlewwa Serraħli nitolbok din qalbi għajjiena. Missier kemm kont twajjeb fik paċi insib Mhux l‑għadu ta’ ħajti mal‑akbar ħabib Warrabli mill‑ħajja ix‑xkiel u t‑tbatija Benninni fi ħdanek bħal żmien l‑imgħoddija. Benninni benninni nessini kull dieqa Benninni bħal meta kont ċkejken f ’benniena Żommni taħt ħarstek il‑ħin kollu miegħek Ftakar missieri li jien kollni tiegħek. Għallimtni nlissen mamà u papà U nxejjer idejja u ngħidlek tatà Dan kollu niftakru u ma ninsieh qatt Bħal ommi u missieri ma jħobbni ħadd. Jien nibqa’ nħażżiżlek kultant xi kelmtejn B’xi demgħa li ċċarċar ma’ dawn il‑ħaddejn Għax int sofrejt u ġarrabt tant tbatija B’hekk moħħi ntilef fuq din il‑poeżija. Paul Caruana

Nawguraw Minn Qalbna lill‑Missirijiet Kollha l‑Isbaħ Xewqat f ’Jum il‑Missier. Jalla l‑Barka tal‑Mulej Tinżel Fuqkom u Timliekom bis‑Saħħa u l‑Imħabba Llum u Għal Dejjem. 28


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.