5 minute read

Dehriet tal‑Madonna

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja

It‑Tlettax‑il Parti

Il‑Madonna ta’ Gietrzwald

Id‑dehriet Marjani l‑uniċi approvati mill‑Knisja Kattolika fil‑Polonja, bdew iseħħu mis‑sena 1877, proprju 145 sena ilu, f’Gietrzwald raħal fil‑Grigal tal‑Polonja, fir‑reġjun Masurian‑Warmia. Il‑Knisja f’Gietrzwald dak iż‑żmien kienet qed tħabbat wiċċha ma’ ċirkustanzi diffiċli. Fl‑1873 il‑lingwa Pollakka kienet ipprojbita fl‑iskejjel kollha tar‑reġjun. Bħala riżultat tal‑Kulturkampf (il‑konflitt li seħħ mill‑1872 sal‑1878 bejn il‑gvern tal‑Prussja mmexxi minn Otto von Bismarck u l‑Knisja Kattolika mmexxija mill‑Papa Piju IX. Il‑kwistjonijiet ewlenin kienu l‑kontroll klerikali tal‑edukazzjoni u l‑ħatriet ekkleżjastiċi), saċerdoti Kattoliċi ‘ribelli’ u Kongregazzjonijiet reliġjużi, bl‑eċċezzjoni ta’ dawk involuti b’mod attiv fil‑ħidma soċjali, tneħħew minn Warmia.

Kien fis‑27 ta’ Ġunju 1877, meta Justyna Szafryńska, tfajla ta’ tlettax‑il sena kienet sejra m’ommha lejn id‑dar mill‑knisja, wara li temmet b’suċċess il‑kors tat‑tħejjijiet u l‑eżami għall‑Ewwel Tqarbina tagħha. Kien filgħaxija u l‑qniepen tal‑knisja kienu qed idoqqu l‑Angelus, u hekk kif qalu t‑talb tal‑Angelus, it‑tifla rat dawl stramb u figura sabiħa mdawla ta’ mara fil‑qrib liebsa l‑abjad fuq is‑siġra tal‑aġġru bilqiegħda fuq tron tad‑deheb mimli bil‑perli. Mument wara rat ukoll figura tiddi t’anġlu bi ġwienaħ tad‑deheb, miksi bl‑abjad; l‑anġlu

kien niżel mis‑sema. Meta ż‑żagħżugħa Justyna qalet l‑Ave Marija, il‑figura tal‑mara telgħet minn fuq it‑tron lejn is‑sema flimkien mal‑anġlu. Għalkemm Szafryńdin kienet m’ommha, hi biss rat din id‑dehra. Justyna rrakkontat kollox lill‑kappillan Dun Augustyn Weichsel, li qalilha biex l‑għada terġa’ tmur fil‑post fejn kellha din id‑dehra. L‑għada, Justyna flimkien mal‑ħabiba tagħha Barbara Samulowska ta’ 12‑il sena, raw lill‑istess figura tal‑mara kollha dija bilqiegħda fuq tron u żewġ anġli ġabu lil Ġesù Bambin mis‑sema u poġġewh fuq l‑irkoppa tal‑mara sabiħa; il‑Bambin kien qiegħed iżomm sfera f’idu x‑xellugija. Ġew aktar anġli li poġġew kuruna fuq ras il‑mara. Anġlu ieħor ġab spettru tad‑deheb u żammu f’idu l‑leminija fuq il‑kuruna. Anġlu ieħor beda jdur ma’ dik id‑dehra tant sabiħa u jindika Salib. Iż‑żewġt ibniet staqsew lil dik il‑mara min kienet u hi wieġbet: “Jiena l‑Verġni Mqaddsa Marija tal‑Immakulata Kunċizzjoni.” Meta Justyna staqsietha: “X’teħtieġ, Omm Alla?” hija wieġbet: “Nixtieq li tgħidu ħafna r‑Rużarju kuljum.” Il‑Madonna tkellmet bid‑djalett lokali simili għal‑lingwa Pollakka. Fil‑jiem ta’ wara t‑tfal staqsewha diversi mistoqsijiet addizzjonali. Staqsewha wkoll x’jiġri min xi ħadd jekk jaħlef b’mod falz. L‑Omm Qaddisa wieġbet: “Dan ma jkunx jixraqlu li jmur il‑Ġenna, dik il‑persuna li tagħmel hekk tkun imqanqla minn Satana.” Matul ix‑xahar ta’ Lulju 1877, Szafryńska u Samulowska kienu jżuru kuljum lill‑Madonna waqt ir‑Rużarju ta’ filgħaxija. It‑tfajliet staqsew lill‑Madonna dwar is‑saħħa u s‑salvazzjoni ta’ diversi nies, u jekk il‑Knisja fil‑Polonja kinitx se tinħeles. Huma riedu wkoll ikunu jafu jekk is‑saċerdoti li kienu ġew imkeċċija u abbandunati wara l‑Kulturkampf, kinux se jiġu mill‑ġdid fil‑parroċċi ta’ Warmia. Bi tweġiba, il‑Madonna qaltilhom: “Iva, jekk in‑nies jitolbu r‑Rużarju bil‑ħerqa. Imbagħad il‑Knisja ma tiġix aktar ippersegwitata u l‑parroċċi jerġgħu jkollhom aktar saċerdoti.”

Dawn id‑dehriet tal‑Madonna ġibdu ħafna pellegrini lejn Gietrzwald. Iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ tlett ijiem tal‑festa tat‑twelid ta’ Marija Bambina fit‑8 ta’ Settembru 1877, ġibdu madwar 50,000 pellegrin lejn Gietrzwald. Dakinhar, il‑Madonna stess bierket

Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja nixxiegħa u qalet: “Issa l‑morda jistgħu jieħdu dan l‑ilma għall‑fejqan tagħhom.” Minn dakinhar ħafna pellegrini ħadu mill‑ilma ta’ din in‑nixxiegħa u kien hemm ħafna fejqan. Fis‑16 ta’ Settembru, 1877 seħħet l‑aħħar dehra tal‑Madonna. Dakinhar, l‑Omm qaddisa bierket l‑ewwel ix‑xbieha tagħha stess fil‑kappella ċkejkna u wara bierket lil kull min talabha u lin‑nies kollha. Fl‑aħħar hija qalet: “ITOLBU

DEJJEM IR‑RUŻARJU BIL‑ĦEĠĠA.”

L‑Approvazzjonijiet tal‑Knisja għal dawn id‑dehriet

Waqt li kienu għaddejjin id‑dehriet, l‑Isqof ta’ Warmia, Filip Krementz, talab rapport dettaljat mill‑kappillan u waqqaf kummissjoni speċjali ta’ teologi biex teżamina l‑każ tad‑dehriet bir‑reqqa. Bagħat

ukoll delegati biex josservaw l‑istat u l‑imġiba tat‑tfajliet viżjonarji fil‑kors tad‑dehriet, biex jippreparaw ir‑rapport tax‑xhieda tagħhom u biex jiġbru l‑osservazzjoniijiet tal‑pellegrini u tal‑kleru. Ir‑rapport tad‑delegati ta verdett favorevoli u t‑tfajliet infushom ġew definiti bħala ‘mingħajr pretensjoni u ma kinux qed ifittxu xi profitt jew rikonoxximent, u kellhom deċenza, sinċerità u sempliċità.’ Aktar tard, fl‑1878, wara li rċieva wkoll ir‑riżultati tal‑kummissjonijiet, l‑Isqof Krementz ippromwova l‑pubblikazzjoni tal‑istudju ta’ Dun Franciszek Hipler bil‑Ġermaniz u bil‑Pollakk bit‑titlu: “Id‑Dehriet tal‑Madonna f’Gietrzwald lill‑poplu Kattoliku skont id‑Dokumenti Uffiċjali.” Fl‑10 ta’ Settembru 1967, il‑Primat tal‑Polonja, il‑Kardinal Stefan Wyszynski żar is‑Santwarju li kien inbeda aktar tard f’ġieħ il‑Madonna ta’ Gietrzwald biex ifakkar id‑90 Anniversarju tad‑dehriet u nkuruna l‑ikona tal‑miraklu billi qal: “Qegħdin inpoġġu l‑kuruni tad‑deheb fuqek Omm Qaddisa tal‑Art Warmiana, biex Inti li Int l‑Omm tagħna, tista’ ssaltan fuqna; qegħdin ninżlu għarkupptejna quddiemek fi spirtu ta’ devozzjoni sħiħa

Il‑Bażilika tat‑Twelid ta’ Marija Bambina, f’Gietrzwald.

għall‑ħidma tiegħek t’Omm, biex tipprovdi lill‑Polonja l‑paċi u l‑ispirtu t’għaqda. Nitolbuk tgħallimna nċedu dejjem għall‑qawwiet għonja tal‑Vanġelju, għall‑imħabba u l‑affett lejn Alla u l‑bnedmin kollha, u għal dak kollu meħtieġ biex titwettaq din l‑Imħabba. Irridu niġu lejk, fiduċjużi li inti dejjem tieħu ħsiebna, dejjem tilqagħna u dejjem tismagħna.”

L‑għarfien ta’ dawn id‑dehriet Marjani li kienu sors ta’ konverżjonijiet u fejqan, ma ngħatax qabel is‑sena 1977, mitt sena wara li bdew. Waħda mir‑raġunijet għal dan id‑dewmien kien ta’ oriġini politika, minħabba n‑nazzjonaliżmu Pollakk u l‑konnessjoni tiegħu ma’ Gietrzwald. Fit‑2 ta’ Frar 1970, Papa Pawlu VI għolla s‑Santwarju tal‑Madonna f’Gietrzwald għall‑Bażilka Minuri. Fl‑1 ta’ Settembru 1977 saru ċ‑Ċelebrazzjonijiet taċ‑Ċentinarju ppreseduti mill‑Kardinal Karol Wojtyla, il‑futur Papa Ġwanni

Pawlu II, dak iż‑żmien l‑Arċisqof Metropolitan ta’ Krakovja. Dakinhar l‑Isqof ta’ Warmia, Josef Drzazga, irrikonoxxa solennement il‑qima tal‑Verġni Marija f’Gietrzwald. Ħareġ digriet li jivvalida l‑kredibbiltà tad‑dehriet u jipproklamahom bħala konformi għalkollox mal‑Fidi u l‑Moralità Nisranija. Bil‑waqgħa tal‑Kommuniżmu l‑pellegrini u l‑viżitaturi f’Gietrzwald żdiedu ħafna aktar. Wara d‑dehriet, iż‑żewġ tfajliet viżjonarji daħlu fil‑kongregazzjoni reliġjuża ta’ Ulied il‑Karità mwaqqfa minn San Vinċenz de Paul, l‑ewwel f’Chelmo u mbagħad f’Pariġi.

Sor Barbara Samulowska ħadet l‑isem reliġjuż Stanislawa, ħalliet Pariġi u marret għall‑missjonijiet fil‑Gwatemala fejn kienet direttriċi t’orfanatrofju

Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja lokali. Mietet fil‑Gwatemala fis‑6 ta’ Diċembru 1950. Fit‑2 ta’ Frar 2005, l‑Arċisqof Edmund Piszcz ta’ Warmia inawgura l‑proċess għall‑beatifikazzjoni ta’ Sor Stanislawa.

Justyna Szafryńska, min‑naħa tagħha, wara 14‑il sena u wara li għamlet biss il‑wegħdiet temporali, ħalliet il‑Kongregazzjoni fl‑1897 u reġgħet lura għall‑ħajja lajkali. Fl‑1899, iżżewġet f’Pariġi lil Raymond Etienne Bigot. Iżda wara l‑1904 ma kien hemm l‑ebda aktar tagħrif dwarha u lanqas hu magħruf fejn hi midfuna. 

TFAL MISSJUNARJI Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena

Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib: Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.

This article is from: