
3 minute read
Editorjal
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook: missiomalta Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Messaġġ Tal‑Papa Għall‑Ġurnata
Missjunarja 2022 14 Il‑Qaddis Tax‑Xahar 17 Proġetti Fil‑Missjoni 22 Insellmu l‑Memorja ta’ Prof. Rizzo Naudi 24 90 Sena ta’ Storja 28 Poeżija 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna
Aktar mill‑Ħajja ta’ Santa Pauline Marie Jaricot
Tul ix‑xhur li għaddew semmejna ħafna dwar l‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi li waqqfet Santa Pauline, li għadha kemm ġiet iddikjarata qaddisa minn Papa Franġisku. Illum ser immorru lura lejn is‑sena 1833, meta rat il‑bidu tagħha l‑Fondazzjoni tal‑Istabbiliment ta’ Loretto. Pauline bniet komunità ta’ tfajliet twajba żgħar, li sejħitilha ‘Il‑bniet ta’ Marija’, u nofs triq ’il fuq mill‑għoljiet ta’ Fourvière waqqfet għalihom dar li sejħitilha Loretto, billi ħasbet fid‑dar tal‑Familja Mqaddsa. Din id‑dar, bil‑memorji tagħha tal‑Familja Mqaddsa, u l‑atmosfera ta’ talb u missjoni, għadha tilqa’ pellegrini u viżitaturi mid‑dinja kollha. Sentejn wara, fl‑1835, għalkemm marida, Pauline telqet lejn Ruma fejn kellha żjara ma’ Papa Girgor XVI li ħeġġeġ l‑involviment
tagħha fl‑evanġelizzazzjoni u l‑ħajja tat‑talb. Hija għamlet pellegrinaġġ lejn Magnano fin‑Nofsinhar tal‑Italja, biex titlob l‑interċessjoni ta’ Santa Filomena peress li kellha problemi ta’ saħħa. Pauline marret lura Lyons imfejqa għal kollox u rat il‑bini ta’ knisja f’ġieħ Santa Filomena.
Matul ir‑Rewwixti ta’ Canut, rewwixti mill‑ħaddiema tal‑ħarir ta’ Lyons, u l‑problemi li ffermentaw fil‑belt mill‑1830 ‘il quddiem, Pauline kienet sensittiva ħafna għall‑miżerja ta’ dawk li kienu jaħdmu u jgħixu f’kundizzjonijiet atroċi. Hija talbet ma’ u għenet lill‑midruba, sa anke poġġiet lilha nnifisha bejn ir‑rewwixti u t‑truppi. Pauline fiehmet li t‑titjib tal‑kundizzjonijiet tal‑ħajja u tax‑xogħol kienu kundizzjonijiet meħtieġa għall‑evanġelizzazzjoni u għalhekk, billi wżat il‑flus tagħha stess u ġabret aktar fondi, Pauline bdiet tistabbilixxi fabbrika mudell. Hija xtrat sit industrijali f’Rustrel fl‑inħawi ta’ Vaucluse u nedietha taħt l‑isem tal‑Madonna tal‑Anġli. Hija poġġiet it‑tmexxija tal‑fabbrika f’idejn negozjanti li b’xorti ħażina daħku biha u ġabu l‑kollass tal‑intrapriża kollha. Santa Pauline temmet ħajjitha mħarbta u skreditata. Hija vvjaġġat ma’ Franza kollha biex tipprova tiġbor fondi biex tħallas lura lil dawk li faddlu u appoġġjaw il‑proġett tagħha, u waslet viċin ħafna li tirnexxi b’mod sħiħ. Hija mietet b’kawża naturali fid‑9 ta’ Jannar 1862, waqt li l‑intrapriżi missjunarji u spiritwali li kienet waqqfet għadhom jixegħlu dawl qawwi mad‑dinja kollha sal‑ġurnata tal‑lum.
Permezz tal‑viżjoni u l‑enerġija ta’ Pauline, illum network dinji ta’ missjunarji lajċi u mexxejja tal‑Knisja, fosthom 354,000 missjunarju u 3 miljun katekist f’1,114‑il Djoċesi fl‑artijiet tal‑missjoni, qed jaħdmu flimkien mal‑komunitajiet l‑aktar fil‑bżonn, kawża ta’ persekuzzjoni, status ta’ minoranza jew nuqqas ta’ riżorsi materjali. Nistednuk tingħaqad magħna fi vjaġġ missjunarju billi żżur il‑website tagħna www.missio.org.mt u tkompli ssegwi l‑artikli fir‑rivista tagħna ‘Malta Missjunarja’.
“Persuna fqira li għandha lil Alla biss bħala ħabib, lil Alla biss għall‑appoġġ, imma lil Alla biss.. huwa biżżejjed.” Santa Pauline Jaricot.
