MISSJUNA TA
A RJ
MA L
NEWSPAPER POST Ġunju 2022 SENA 90
2022 SEN A
MI
SS
TAʼ SE
JO N
I
1932 R V IZ Z G Ħ A L L-
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
#ilmissioint
VO/1178
02 Aktar Mill‑Ħajja Ta’ Santa Pauline Marie Jaricot 08 Tkunu Xhieda Tiegħi 17 Proġetti Fil‑Missjoni 28 Jum Il‑Missier għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL – CLAUDIA CINI
Ġunju 2022
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Aktar mill‑Ħajja ta’ Santa Pauline Marie Jaricot
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri:Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia Websajt u Facebook:
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Intenzjoni Missjunarja 8 Messaġġ Tal‑Papa Għall‑Ġurnata Missjunarja 2022 14 Il-Qaddis Tax-Xahar 17 Proġetti Fil‑Missjoni 22 Insellmu l‑Memorja ta’ Prof. Rizzo Naudi 24 90 Sena ta’ Storja 28 Poeżija 32 Dehriet tal‑Madonna 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Tfal Afrikani mir-raħal tribali tradizzjonali ta' Konso. 2
T
ul ix‑xhur li għaddew semmejna ħafna dwar l‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi li waqqfet Santa Pauline, li għadha kemm ġiet iddikjarata qaddisa minn Papa Franġisku. Illum ser immorru lura lejn is‑sena 1833, meta rat il‑bidu tagħha l‑Fondazzjoni tal‑Istabbiliment ta’ Loretto. Pauline bniet komunità ta’ tfajliet twajba żgħar, li sejħitilha ‘Il‑bniet ta’ Marija’, u nofs triq ’il fuq mill‑għoljiet ta’ Fourvière waqqfet għalihom dar li sejħitilha Loretto, billi ħasbet fid‑dar tal‑Familja Mqaddsa. Din id‑dar, bil‑memorji tagħha tal‑Familja Mqaddsa, u l‑atmosfera ta’ talb u missjoni, għadha tilqa’ pellegrini u viżitaturi mid‑dinja kollha. Sentejn wara, fl‑1835, għalkemm marida, Pauline telqet lejn Ruma fejn kellha żjara ma’ Papa Girgor XVI li ħeġġeġ l‑involviment
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
tagħha fl‑evanġelizzazzjoni u l‑ħajja tat‑talb. Hija għamlet pellegrinaġġ lejn Magnano fin‑Nofsinhar tal‑Italja, biex titlob l‑interċessjoni ta’ Santa Filomena peress li kellha problemi ta’ saħħa. Pauline marret lura Lyons imfejqa għal kollox u rat il‑bini ta’ knisja f ’ġieħ Santa Filomena. Matul ir‑Rewwixti ta’ Canut, rewwixti mill‑ħaddiema tal‑ħarir ta’ Lyons, u l‑problemi li ffermentaw fil‑belt mill‑1830 ‘il quddiem, Pauline kienet sensittiva ħafna għall‑miżerja ta’ dawk li kienu jaħdmu u jgħixu f ’kundizzjonijiet atroċi. Hija talbet ma’ u għenet lill‑midruba, sa anke poġġiet lilha nnifisha bejn ir‑rewwixti u t‑truppi. Pauline fiehmet li t‑titjib tal‑kundizzjonijiet tal‑ħajja u tax‑xogħol kienu kundizzjonijiet meħtieġa
għall‑evanġelizzazzjoni u għalhekk, billi wżat il‑flus tagħha stess u ġabret aktar fondi, Pauline bdiet tistabbilixxi fabbrika mudell. Hija xtrat sit industrijali f ’Rustrel fl‑inħawi ta’ Vaucluse u nedietha taħt l‑isem tal‑Madonna tal‑Anġli. Hija poġġiet it‑tmexxija tal‑fabbrika f ’idejn negozjanti li b’xorti ħażina daħku biha u ġabu l‑kollass tal‑intrapriża kollha. Santa Pauline temmet ħajjitha mħarbta u skreditata. Hija vvjaġġat ma’ Franza kollha biex tipprova tiġbor fondi biex tħallas lura lil dawk li faddlu u appoġġjaw il‑proġett tagħha, u waslet viċin ħafna li tirnexxi b’mod sħiħ. Hija mietet b’kawża naturali fid‑9 ta’ Jannar 1862, waqt li l‑intrapriżi missjunarji u spiritwali li kienet waqqfet għadhom jixegħlu dawl
qawwi mad‑dinja kollha sal‑ġurnata tal‑lum. Permezz tal‑viżjoni u l‑enerġija ta’ Pauline, illum network dinji ta’ missjunarji lajċi u mexxejja tal‑Knisja, fosthom 354,000 missjunarju u 3 miljun katekist f ’1,114‑il Djoċesi fl‑artijiet tal‑missjoni, qed jaħdmu flimkien mal‑komunitajiet l‑aktar fil‑bżonn, kawża ta’ persekuzzjoni, status ta’ minoranza jew nuqqas ta’ riżorsi materjali. Nistednuk tingħaqad magħna fi vjaġġ missjunarju billi żżur il‑website tagħna www.missio.org.mt u tkompli ssegwi l‑artikli fir‑rivista tagħna ‘Malta Missjunarja’. “Persuna fqira li għandha lil Alla biss bħala ħabib, lil Alla biss għall‑appoġġ, imma lil Alla biss.. huwa biżżejjed.” Santa Pauline Jaricot.
3
Ġunju 2022
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
Kun Int il‑Ferħ u l‑Hena ta’ Ħajti Kollha
I
x‑xahar ta’ Ġunju huwa marbut mas‑Sagrament tal‑Ewkaristija Mqaddsa. Matul dan ix‑xahar, normalment, niċċelebraw is‑Solennitajiet tal‑Ġisem u d‑Demm ta’ Kristu u tal‑Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù. Ħafna tfal jersqu biex jirċievu lil Ġesù Ewkaristija għall‑ewwel darba. Barra dan, diversi parroċċi jorganizzaw il‑‘Kwaranturi’, erbgħin siegħa t’adorazzjoni maqsuma fuq tlett jew ħamest ijiem. Għaliex l‑Ewkaristija hija daqshekk meħtieġa fil‑ħajja 4
tan‑Nisrani? Fit‑Testment l‑Antik insibu żewġ ġrajjiet li jgħinuna nifhmu dan. L‑ewwel: il‑poplu Lhudi
rnexxielu jterraq fid‑deżert għal erbgħin sena sa ma wasal fl‑Art Imwiegħda minħabba l‑manna li Alla ta’ kuljum kien jibagħtilhom. “Ftakar fil‑mixja kollha li mexxiek il‑Mulej, Alla tiegħek, matul dawn l‑erbgħin sena fid‑deżert; temgħek il‑manna, li la int u lanqas missirijietek ma kontu tafu biha.” (Dt 8:2) It‑tieni: il‑profeta Elija kien imfittex minn Ġeżabel, mart is‑sultan Aħab, biex toqtlu. Il‑profeta ħarab u rħielha lejn id‑deżert. Elija, għajjien u mbeżża’ kif kien, qal lill‑Mulej: “Issa biżżejjed, Mulej, ħudli ħajti. Iżda Alla bagħatlu anġlu li ħallielu ftira moħmija u ġarra ilma. Elija kiel u xorob, u bis‑saħħa ta’ dak l‑ikel baqa’ miexi għal erbgħin jum sa ma wasal Ħoreb, il‑muntanja tal‑Mulej.” (1Sl 19:4)
Ġunju 2022
B’SMS B’SMS ta’ €2.33 qed titma’ ta’ tkun 2.33 tkun qed 7 t’itfal7t għal ġurnata. titma’ itfal għal ġurnata.
O Ġesù Ewkaristija kun int il‑ferħ u l‑hena ta’ ħajti kollha.
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qed qed B’SMS ta’ 6.99 tixtri tixtri l‑kotba għal tifel jewtifel tifla jew l‑kotba għal għal tiflasena għalskolastika. sena skolastika.
Bħall‑poplu Lhudi u l‑profeta Elija, aħna lkoll ninsabu f ’mixja lejn Dar Missierna tas‑sema. U aħna wkoll neħtieġu ‘l‑ħobż’ li jsaħħaħna ħalli ma naqtgħux qalbna mit‑tiġrib li lkoll inħabbtu wiċċna miegħu hawn fuq l‑art. Permezz ta’ dan ‘il‑ħobż’, aħna żgur li naslu fejn ilkoll għandna naslu. Barra dan, l‑Ewkaristija tgħinna biex ninżgħu l‑bniedem il‑qadim ta’ ġo fina mħassar bid‑dnub u tgħinna nilbsu l‑bniedem il‑ġdid mifdi bid‑demm ta’ Kristu. (Mt 26:28) Għalhekk, l‑Ewkaristija mhix xi lussu li n‑Nisrani jista’ jgħaddi mingħajrha, imma hija bżonn għalih
sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99
Elija fid‑Deżert. Pittura ta’ Daniele da Volterra.
għaliex tgħinu bil‑mod il‑mod jaħseb u jħobb bħalma jaħseb u jħobb Kristu. “Jiena hu l‑ħobż ħaj, li niżel mis‑sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il‑ħobż jgħix għal dejjem.” (Ġw 6:51) Jeħtieġ li l‑Ewkaristija mhux biss niċċelebrawha b’tifkira tal‑Għid tal‑Mulej (Lq 22:19), iżda jeħtieġ ngħixuha fiċ‑ċirkostanzi kollha ta’ ħajjitna biex iġġib il‑bidla mistennija fina. Jeħtieġ li nħallu l‑Ewkaristija tinfluwenza l‑mod kif nitkellmu bejnietna u kif inġibu rwieħna ma’ xulxin. L‑Insara ewlenin huma xempju ta’ dan. Hekk li: “kienu ħaġa waħda u kienu jaqsmu kollox bejniethom. Kienu jmorru fit‑tempju flimkien, jaqsmu l‑ħobż fi djarhom u jissieħbu fl‑ikel bi qlub ferħana u safja.” (Atti 3:44‑6)
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel
21236962 5
Ġunju 2022
INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Ġunju 2022 Għall‑Familji
Nitolbu għall‑familji Nsara tad‑dinja kollha, sabiex b’ġesti konkreti jgħixu l‑gratwità tal‑imħabba u tal‑qdusija tal‑ħajja ta’ kuljum.
Ż
gur li Papa Franġisku ddedika din l‑intenzjoni tax‑xahar ta’ Ġunju fil‑kuntest tal‑Jum Dinji tal‑Familji li din
6
is‑sena qed isir Ruma f ’dan ix‑xahar tas‑sajf, bit‑tema: ‘L‑imħabba fil‑familja: vokazzjoni u triq tal‑qdusija’. Hemm bżonn għalhekk, li bħala Knisja nkomplu naħdmu biex insaħħu l‑familji tagħna fid‑dinja tal‑lum ħalli fihom issaltan tassew l‑imħabba vera ta’ Kristu. Minbarra dan, fit‑8 t’April 2016, Papa Franġisku tana l‑Eżortazzjoni Appostolika post‑sinodali, ‘Amoris laetitia’, ‘Il‑Ferħ tal‑Imħabba’, dwar l‑imħabba fil‑familja, frott ta’ żewġ sinodi li kienu saru fl‑2014 u fl‑2015. Kif kiteb ukoll
il‑Ġiżwita Antonio Spadaro, fiċ‑Civilta’ Cattolica tat‑23 t’April 2016, il‑familja hija l‑post fejn wieħed jgħix il‑ferħ tal‑imħabba. Huwa f ’dan l‑ambjent sann, ta’ talb, ta’ qadi, ta’ qdusija u ta’ responsabbiltà li wliedna jistgħu jikbru fis‑sod ħalli jsiru l‑ġenituri t’għada. Għalhekk, huma importanti l‑mumenti flimkien fil‑familja, it‑talb u r‑responsabbilitajiet fid‑dar, anke bil‑parteċipazzjoni tat‑tfal. Il‑familja hija knisja żgħira, il‑knisja tad‑dar
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
(ecclesia domestica), kif tgħid il‑Lumen Gentium fin‑numru 11; hija l‑knisja ż‑żgħira fil‑knisja l‑kbira, ‘ecclesiola in ecclesia’. Iżda f’dawn l‑aħħar snin, deher biċ‑ċar li l‑familja, bħala l‑aqwa sies tas‑soċjetà, iġġarrfet mill‑bnedmin stess. Dak li għaqqad Alla, il‑bniedem kissru u dawru ta’ taħt fuq! Il‑bniedem nesa li ż‑żwieġ huwa, min‑natura tiegħu stess, kuntratt sagru u għal dejjem. San Pawl, fl‑ittra tiegħu lill‑Efesin, jgħidilna hekk dwar iż‑żwieġ: “Dan huwa sagrament kbir, fi Kristu u l‑Knisja”. (5:32) Għalhekk, il‑bnedmin għandhom iżommu f ’moħħhom li hu Alla li ħalaq iż‑żwieġ, u għalhekk mill‑imħabba tiegħu jmexxi ż‑żwieġ bil‑Liġi
Divina tiegħu li tibqa’ għal dejjem u ma titbiddilx: “Fuq xbihet Alla ħalqu: raġel u mara ħalaqhom”. (Ġen 1:27) Min‑naħa l‑oħra, filwaqt li l‑Knisja, bħala Omm qiegħda tkompli tgħin dawk is‑sitwazzjonijiet irregolari taż‑żwieġ, il‑Knisja, permezz tax‑xhieda, katekeżi u laqgħat pre‑matrimonjali serji, għandha tkompli xxandar l‑Evanġelju u
s‑Sbuħija tal‑Familja. Il‑Knisja mela hija d‑dar miftuħa tal‑Missier fejn hemm post għal kulhadd (‘Evangelii Gaudium’ numru 47). Fuq kollox il‑liġi suprema tagħha hija s‑salvazzjoni tal‑erwieħ: ‘suprema lex salus animarum’: ‘la salvezza delle anime, che deve essere nella Chiesa la legge suprema’. (Kanoni 1752)
BAŻAR
92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7
Ġunju 2022
MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2022
“Tkunu Xhieda Tiegħi” (Atti 1:8)
Għeżież ħuti, Dawn il‑kelmiet insibuhom fl‑aħħar laqgħa ta’ Ġesù rxoxt mad‑dixxipli tiegħu, qabel ma tela’ s‑sema, kif insibuha fl‑Atti tal‑Appostli: “Meta jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu, intom tirċievu l‑qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f ’Ġerusalemm, fil‑Lhudija kollha u s‑Samarija u sa truf l‑art” (1:8). U dan huwa wkoll is‑suġġett tal‑Ġurnata Missjunarja 2022, li bħal dejjem jgħinna ngħixu l‑fatt li l‑Knisja min‑natura tagħha, hija waħda
8
missjunarja. Din is‑sena, din il‑ġurnata qed tagħtina l‑opportunità li nfakkru xi rikorrenzi importanti għall‑ħajja u l‑missjoni tal‑Knisja: it‑twaqqif, 400 sena ilu, tal‑Kongregazzjoni de Propaganda Fide – illum għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli – u, 200 sena ilu, tal‑Opra tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi, li, flimkien mal‑Opra
tas‑Santa Infanzja u mal‑Opra ta’ San Pietru Appostlu, 100 sena ilu ġew rikonoxxuti bħala “Pontifiċji”. Ejja nieqfu fuq dawn it‑tliet espressjonijiet importanti li fihom jiġbru t‑tliet pedamenti tal‑ħajja u tal‑missjoni tad‑dixxipli: “Tkunu xhieda tiegħi”, “sa truf l‑art” u “jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu”.
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
1. “Tkunu xhieda tiegħi” – Is‑sejħa ta’ kull Nisrani li jkun xhud ta’ Kristu Dan huwa l‑fulkru, il‑qofol tat‑tagħlim ta’ Ġesù lid‑dixxipli fejn tidħol il‑missjoni tagħhom fid‑dinja. Id‑dixxipli kollha se jkunu xhieda ta’ Ġesù bis‑saħħa tal‑Ispirtu s‑Santu li se jirċievu: u dan se jagħmluh permezz tal‑grazzja. Kull fejn se jmorru, kull fejn se jkunu. Bħalma Kristu hu l‑ewwel mibgħut, jiġifieri missjunarju tal‑Missier (ara Ġw 20:21), u għalhekk huwa “x‑xhud fidil” tiegħu (ara Apok 1:5), hekk kull Nisrani huwa msejjaħ ikun missjunarju u xhud ta’ Kristu. U l‑Knisja, il‑komunità tad‑dixxipli ta’ Kristu, m’għandha l‑ebda missjoni oħra jekk mhux dik li tevanġelizza d‑dinja, billi tkun xhieda ta’ Kristu. L‑identità tal‑Knisja hi li tevanġelizza. Xħin naqrawha mill‑ġdid, iktar mill‑qrib, naqraw ċar xi aspetti dejjem attwali li għandha l‑missjoni li Kristu fada f ’idejn
id‑dixxipli: “Tkunu xhieda tiegħi”. Il‑plural juri l‑karattru komunitarju‑ekkleżjali li għandha din is‑sejħa missjunarja lid‑dixxipli. Kull mgħammed hu msejjaħ għall‑missjoni tal‑Knisja u għandu mandat mill‑Knisja: il‑missjoni għalhekk issir flimkien, mhux b’mod individwali, f ’għaqda mal‑komunità ekkleżjali u mhux b’inizjattiva personali. U anki jekk ikun hemm min, f ’xi sitwazzjoni partikulari, qed iwettaq il‑missjoni tal‑evanġelizzazzjoni waħdu, hu jagħmilha u għandu jibqa’ jagħmilha f ’għaqda mal‑Knisja li minnha kien mibgħut. Bħalma jgħallimna San Pawlu VI fl‑Eżortazzjoni Appostolika Evangelii nuntiandi, dokument għal qalbi ħafna: “L‑evanġelizzazzjoni mhi għal ħadd att individwali u iżolat; hija ħidma profondament ‘ekkleżjali’ (tal‑ġemgħa). Meta xi predikatur, anki l‑inqas magħruf, xi katekista
jew ragħaj fl‑ibgħad rokna tad‑dinja jiġbor il‑komunità ċkejkna tiegħu jew jamministra Sagrament, anki jekk waħdu, huwa jkun qed jagħmel att ekkleżjali u għemilu hu ċertament marbut mal‑opra evanġelizzatriċi strutturali, iżda wkoll bir‑rabtiet profondi li ma jidhrux, fl‑ordni tal‑grazzja” (n. 60). Fil‑fatt, mhuwiex b’kumbinazzjoni li l‑Mulej Ġesù bagħat lid‑dixxipli tiegħu tnejn tnejn; meta l‑Insara jkunu xhieda ta’ Kristu, dan qed jagħmluh fuq kollox bi spirtu komunitarju. Minn hawn ġejja l‑importanza fundamentali tal‑preżenza ta’ komunità, anki ċkejkna, li tmexxi ’l quddiem il‑missjoni. It‑tieni nett, lid‑dixxipli qed issirilhom sejħa biex jgħixu l‑ħajja personali tagħhom bħala missjoni: huma mibgħuta minn Ġesù biex imorru fid‑dinja mhux biss biex iwettqu l‑missjoni, imma wkoll, u fuq kollox, biex jgħixu l‑missjoni
9
Ġunju 2022
fdata f ’idejhom; mhux biss biex jagħtu xhieda, imma wkoll u fuq kollox biex ikunu xhieda ta’ Kristu. Bħalma jgħid l‑Appostlu San Pawl bi kliem li jmiss tassew il‑qalb: “F’ġisimna dejjem inġorru l‑mewt ta’ Ġesù, biex f ’ġisimna tidher ukoll il‑ħajja ta’ Ġesù” (2 Kor 4:10). Il‑qofol tal‑missjoni jinsab fix‑xhieda għal Kristu, jiġifieri għal ħajtu, il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien għall‑imħabba tal‑Missier u tal‑umanità. Mhijiex kumbinazzjoni li l‑Appostli fittxew dak li kellu jieħu post Ġuda fost dawk li,
10
MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2022
bħalhom, raw b’għajnejhom il‑qawmien (ara Atti 1:22). Huwa Kristu, u Kristu rxoxt, dak li għalih għandna nagħtu xhieda u hi l‑ħajja tiegħu li għandna naqsmu mal‑oħrajn. Il‑missjunarji ta’ Kristu mhumiex imsejħa jwasslu lilhom infushom, juru l‑kwalitajiet tagħhom u l‑kapaċitajiet li jipperswadu jew it‑talenti bħala mexxejja. Għandhom, iżda, l‑unur tant importanti li jwasslu lil Kristu, permezz tal‑kliem u ta’ mġibithom, billi jxandru lil kulħadd il‑Bxara t‑Tajba tas‑salvazzjoni li ġabilna, b’ferħ u b’verità, bħall‑ewwel
Appostli. Għalhekk, nikkonkludu li l‑veru xhud hu “l‑martri”, dak li li jagħti ħajtu għal Kristu, billi jrodd lura r‑rigal li għamlilna hu stess meta tana lilu nnifsu. “L‑ewwel motivazzjoni għall‑evanġelizzazzjoni hi l‑imħabba ta’ Ġesù li aħna rċivejna, l‑esperjenza tal‑fidwa li hu ġabilna u li ssuqna biex inħobbuh dejjem iżjed” (Evangelii gaudium, 264). Fl‑aħħar nett, meta nitkellmu dwar ix‑xhieda Nisranija, tibqa’ dejjem valida l‑osservazzjoni ta’ San Pawlu VI: “Il‑bniedem modern jisma’ iżjed bil‑qalb lix‑xhieda milli lill‑għalliema, u jekk jisma’ lill‑għalliema, dan jagħmlu għaliex huma xhieda” (Evangelii nuntiandi, 41). Għalhekk importanti, fix‑xandir tal‑fidi, ix‑xhieda ta’ ħajja evanġelika tal‑Insara. Min‑naħa l‑oħra, jibqa’ daqshekk ieħor bżonnjuż ix‑xandir tal‑persuna ta’ Kristu u tal‑messaġġ tiegħu. Fil‑fatt, l‑istess Pawlu VI jżid: “Il‑predikazzjoni, ix‑xandir ta’ messaġġ bil‑kliem, hu dejjem indispensabbli. Il‑kelma tibqa’ dejjem f ’lokha, speċjalment meta tkun qed twassal is‑setgħa ta’ Alla. Għalhekk dak li San Pawl jgħidilna: ‘Il‑Fidi tiġi mis‑smigħ’ (Rum 10:17) huwa f ’loku anki llum: hija l‑Kelma mismugħa li twassal għat‑twemmin” (ibid., 42).
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Fl‑evanġelizzazzjoni, għaldaqstant, l‑eżempju tal‑ħajja Nisranija u x‑xandir ta’ Kristu jimxu id f ’id. Wieħed jgħin lill‑ieħor. Huma ż‑żewġ pulmuni li bihom tieħu n‑nifs kull komunità biex tkun missjunarja. Din ix‑xhieda sħiħa ta’ Kristu, xhieda koerenti u mimlija ferħ, żgur li tkun qawwa li tiġbed sabiex il‑Knisja tikber anki fit‑tielet millennju. Inħeġġeġ għalhekk lil kulħadd biex jerġa’ jagħmel tiegħu l‑kuraġġ, il‑freskezza, dik il‑parresia li kellhom l‑ewwel Insara, biex jixhdu lil Kristu bi kliemhom u mġibithom, f ’kull qasam tal‑ħajja.
2. “Sa truf l‑art” – L‑attwalità dejjiema ta’ missjoni ta’ evanġelizzazzjoni universali Meta ħeġġeġ lid‑dixxipli biex ikunu xhieda tiegħu, il‑Mulej irxoxt ħabbrilhom fejn kien qed jibgħathom: “F’Ġerusalemm, fil‑Lhudija kollha u s‑Samarija u sa truf l‑art” (Atti 1:8). Hawn tidher ċara l‑karatteristika universali fil‑missjoni tad‑dixxipli. Qed
tingħata importanza liċ‑ċaqliq ġeografiku li miċ‑ċentru jieħu ’l barra, kważi forma ta’ ċrieki ħerġin mill‑istess ċentru, minn Ġerusalemm, li fit‑tradizzjoni Lhudija kienet titqies bħala ċ‑ċentru tad‑dinja, lejn il‑Lhudija u s‑Samarija, sa “truf l‑art”. Mhumiex mibgħuta biex jikkonvertu, iżda biex ixandru; in‑Nisrani m’għandux ikun proselita. L‑Atti tal‑Appostli jirrakkuntawlna dan iċ‑ċaqliq missjunarju: jagħtuna stampa sabiħa ħafna tal‑Knisja “li toħroġ” biex twettaq il‑vokazzjoni tagħha li tkun xhieda ta’ Kristu l‑Mulej, immexxija mill‑providenza divina permezz taċ‑ċirkustanzi konkreti tal‑ħajja. L‑ewwel Insara, fil‑fatt, kienu ppersegwitati f ’Ġerusalemm u għalhekk xterdu mal‑Lhudija u mas‑Samarija u kullimkien kienu xhieda ta’ Kristu (ara Atti 8:1,4). Xi ħaġa simili għadha tiġri llum fi żmienna. Minħabba l‑persekuzzjonijiet reliġjużi u s‑sitwazzjonijiet ta’ gwerer u vjolenza, ħafna Nsara jkollhom jaħarbu minn arthom u jerħulha lejn pajjiżi oħra. Inroddu ħajr lil dawn ħutna li ma jingħalqux fit‑tbatija imma li jkunu xhieda ta’ Kristu u tal‑imħabba ta’ Alla fil‑pajjiżi li jilqgħuhom. Hekk kien iħeġġeġ San Pawlu VI u kien jaraha bħala “responsabbiltà tal‑emigranti li jmorru jgħixu
f ’artijiet li jilqgħuhom” (Evangelii nuntiandi, 21). Fil‑fatt, qed inħossu dejjem iktar kemm il‑preżenza tal‑fidili minn nazzjonalitajiet differenti qed jagħnu lill‑parroċċi u jagħmluhom iktar universali, iktar Kattoliċi. Għaldaqstant, il‑kura pastorali lejn il‑migranti hija xogħol missjunarju li m’għandniex ninsew, u li jista’ jgħin ukoll lill‑fidili lokali biex jiftakru fil‑ferħ tal‑fidi Nisranija li huma rċevew. Il‑kelmiet “sa truf l‑art” għandhom imissu l‑qalb tad‑dixxipli ta’ Ġesù ta’ kull żmien u għandhom jixprunawhom dejjem biex imorru lil hinn mill‑imkejjen tas‑soltu biex iwasslu x‑xhieda tiegħu. Minkejja l‑ħafna għajnuna ġejja mill‑progressi tal‑modernità, sal‑lum għadhom jeżistu żoni ġeografiċi li fihom għadhom ma waslux il‑missjunarji xhieda ta’ Kristu u tal‑Bxara t‑Tajba tal‑imħabba tiegħu. Min‑naħa l‑oħra, mhux se jkun hemm l‑ebda realtà umana li mhux se tingħata l‑attenzjoni mid‑dixxipli ta’ Kristu fil‑missjoni tagħhom. Il‑Knisja ta’ Kristu kienet, hi, u dejjem se tkun “qed toħroġ” lejn orizzonti ġeografiċi, soċjali u eżistenzjali ġodda, u timxi lejn l‑inħawi u s‑sitwazzjonijiet umani “tal‑konfini”, biex ikunu xhieda ta’ Kristu u 11
Ġunju 2022
tal‑imħabba tiegħu lejn kull bniedem ta’ kull poplu, kultura u stat soċjali. F’dan is‑sens, il‑missjoni dejjem tkun ukoll missio ad gentes, bħalma għallimna l‑Konċilju Vatikan II, għaliex il‑Knisja għandha dejjem tmur lil hinn, lil hinn mill‑konfini tagħha, biex tixhed lil kulħadd l‑imħabba ta’ Kristu. Nixtieq għalhekk infakkar u nrodd ħajr lill‑ħafna missjunarji li taw ħajjithom biex marru “lil hinn”, billi għexu tassew il‑karità ta’ Kristu lejn il‑ħafna aħwa li ltaqgħu magħhom.
3. “Jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu” – Dejjem inħallu lill‑Ispirtu jqawwina u jmexxina. Meta ħabbar lid‑dixxipli l‑missjoni tagħhom li jkunu xhieda, Kristu rxoxt wegħedhom ukoll il‑grazzja li tmur ma’ responsabbiltà hekk kbira: “Jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu u tkunu xhieda tiegħi” (Atti 1:8). Fil‑fatt, skont ir‑rakkont tal‑Atti, kien eżatt wara li niżel l‑Ispirtu s‑Santu 12
MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2022
fuq id‑dixxipli ta’ Ġesù li seħħ l‑ewwel att ta’ xhieda lejn Kristu, li miet u qam, bl‑aħbar tal‑kerygma, l‑hekk imsejjaħ diskors missjunarju ta’ San Pietru lin‑nies ta’ Ġerusalemm. Hekk bdiet l‑era tal‑evanġelizzazzjoni tad‑dinja mid‑dixxipli ta’ Ġesù, li qabel kienu dgħajfa, imbeżżgħa, magħluqa. L‑Ispirtu s‑Santu qawwiehom, tahom il‑kuraġġ u l‑għerf biex ikunu xhieda ta’ Kristu quddiem kulħadd. Bħalma “ħadd ma jista’ jgħid: ‘Ġesù hu l‑Mulej’, jekk mhux imqanqal mill‑Ispirtu s‑Santu” (1 Kor 12:3), bl‑istess mod l‑ebda Nisrani ma jista’ jagħti xhieda sħiħa u ġenwina ta’ Kristu l‑Mulej mingħajr l‑ispirazzjoni u l‑għajnuna tal‑Ispirtu. Għalhekk kull dixxiplu missjunarju ta’ Kristu huwa msejjaħ jagħraf l‑importanza fundamentali tal‑ħidma tal‑Ispirtu, kif jgħix miegħu kuljum u kif jirċievi l‑qawwa u l‑ispirazzjoni kontinwa tiegħu. Anzi, proprju meta nħossuna għajjiena, iddemotivati u mitlufa għandna nduru lejn l‑Ispirtu s‑Santu fit‑talb, li – dan nixtieq nerġa’ nisħqu – għandu rwol fundamentali fil‑ħajja missjunarja, biex inħalluh jagħtina l‑ħeġġa u jqawwina, għajn divina li ma tinħeliex u li tagħtina enerġiji ġodda u twasslilna l‑ferħ biex
naqsmu mal‑oħrajn il‑ħajja ta’ Kristu. “Li tirċievi l‑ferħ tal‑Ispirtu hija grazzja. U hija l‑unika qawwa li jista’ jkollna biex inxandru l‑Vanġelu, biex nistqarru l‑fidi fil‑Mulej” (Messaġġ tal‑Qdusija Tiegħu lill‑Opri Missjunarji, 21 ta’ Mejju 2020). Hekk naraw kif huwa l‑Ispirtu l‑veru protagonist fil‑missjoni: huwa dak li joffri l‑aħjar kelma, fl‑aħjar ħin, bl‑aħjar mod. Huwa fid‑dawl ta’ din il‑ħidma tal‑Ispirtu s‑Santu li rridu naraw anki l‑anniversarji missjunarji ta’ dan l‑2022. It‑twaqqif tas‑Sagra Kongregazzjoni de Propaganda Fide, fl‑1622, kien immotivat mix‑xewqa li tingħata imbuttatura lill‑mandat missjunarju f ’territorji ġodda. Kienet intuwizzjoni providenzjali! Il‑Kongregazzjoni kienet ta’ importanza kruċjali biex tagħmel il‑missjoni evanġelizzatriċi tal‑Knisja waħda verament tali, indipendenti fil‑fatt mill‑indħil tal‑poteri tad‑dinja, bl‑iskop li jinbnew dawk il‑knejjes lokali li llum tant għandhom enerġija. Nawgura li, bħalma ġara fl‑erba’ sekli li għaddew, il‑Kongregazzjoni, bid‑dawl u l‑qawwa tal‑Ispirtu, tibqa’ u żżid xogħolha fil‑kordinament, l‑organizzazzjoni, u t‑tħeġġiġ tal‑ħidma missjunarja tal‑Knisja.
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Santa Pauline Marie Jaricot
L‑Isqof Charles de Forbin‑Janson
L‑istess Spirtu, li jmexxi l‑Knisja universali, jispira wkoll irġiel u nisa sempliċi għal missjonijiet straordinarji. U kien hekk li tfajla Franċiża, Pauline Jaricot, eżattament 200 sena ilu, waqqfet l‑Assoċjazzjoni tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi; il‑beatifikazzjoni tagħha se niċċelebrawha f ’din is‑sena ġubilari. Għalkemm f ’kundizzjonijiet imwiegħra, hi laqgħet l‑ispirazzjoni ta’ Alla biex tagħti l‑ħajja lil xibka ta’ talb u ġabra għall‑missjunarji, b’tali mod li l‑fidili setgħu jieħdu sehem attiv fil‑missjoni “sa truf l‑art”. Minn din l‑idea ġenjali twieldet il‑Ġurnata Missjunarja Dinjija li niċċelebraw kull sena, u li l‑ġabra li ssir fiha f ’kull komunità tmur għall‑fond universali li bih il‑Papa jsostni l‑ħidma missjunarja. F’dan l‑ambitu nixtieq infakkar ukoll lill‑Isqof Franċiż Charles de Forbin‑Janson, li beda l‑Opra tas‑Santa Infanzja biex iġib ’il quddiem
Jeanne Bigard
il‑missjoni fost it‑tfal bil‑motto “It‑tfal jevanġelizzaw lit‑tfal, it‑tfal jitolbu għat‑tfal, it‑tfal jgħinu lit‑tfal tad‑dinja kollha”; kif ukoll is‑Sinjura Jeanne Bigard, li tat il‑ħajja lill‑Opra ta’ San Pietru Appostlu li toffri sostenn lis‑seminaristi u lis‑saċerdoti fl‑artijiet tal‑missjoni. Dawn it‑tliet Opri missjunarji ġew irrikonoxxuti bħala “pontifiċji” proprju 100 sena ilu. U kien ukoll permezz tal‑ispirazzjoni tal‑Ispirtu s‑Santu li l‑Beatu Paolo Manna, li twieled 150 sena ilu, waqqaf dik li llum nafu bħala l‑Unjoni Pontifiċja Missjunarja biex tissensibilizza u tressaq lejn il‑missjoni s‑saċerdoti, ir‑reliġjużi u l‑poplu kollu ta’ Alla. Kien jagħmel parti minn din l‑aħħar Opra proprju Pawlu VI, li kkonfermalha r‑rikonoxximent pontifiċju. Qed insemmi dawn l‑erba’ Opri Missjunajri Pontifiċji għall‑merti kbar storiċi tagħhom kif ukoll biex nistedinkom tifirħu magħhom f ’din is‑sena speċjali għall‑ħidmiet imwettqa favur
Il‑Beatu Paolo Manna
il‑missjoni evanġelizzatriċi fil‑Knisja universali u f ’dawk lokali. Nawgura lill‑knejjes lokali li f ’dawn l‑Opri jippruvaw isibu strument validu biex iqawwu l‑ispirtu missjunarju tal‑Poplu ta’ Alla. Għeżież ħuti, nibqa’ noħlom Knisja kollha missjunarja u staġun ġdid ta’ ħidma missjunarja fil‑komunitajiet Insara. U ntenni l‑awgurju ta’ Mosè lill‑poplu ta’ Alla waqt li kien miexi: “Jalla l‑poplu tal‑Mulej ikun kollu profeti!” (Num 11:29). Iva, aħna wkoll fil‑Knisja għandna bżonn inkunu dak li diġà għamlet minna l‑magħmudija: profeti, xhieda, missjunarji tal‑Mulej! Bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu u sa truf l‑art. Marija, Reġina tal‑missjoni, itlob għalina! Ruma, San Ġwann Lateran, 6 ta’ Jannar 2022, l‑Epifanija tal‑Mulej.
Miġjuba mit‑Taljan għall‑Malti minn Rossana Cremona. 13
IL-QADDIS TAX-XAHAR – NANCY CAMILLERI
Ġunju 2022
Charles De Foucauld
C
harles De Foucauld twieled fil‑15 ta’ Settembru 1858 fi Strasburgu, minn Elisabeth u Édouard. Ta’ 6 snin hu u oħtu Marie, kienu diġà sfaw iltiema u trabbew min‑nannuhom. Ta’ 10 snin, Charles mar jgħaddi l‑vaganzi maz‑zija Ines u hemm iltaqa’ għall‑ewwel darba mal‑kuġina tiegħu Marie ta’ 18‑il sena. Kienet l‑aktar persuna li minnha ra ħafna eżempji tajbin. Magħha kien imur għall‑quddiesa kull filgħodu. Bejn l‑1874 u l‑1876 Charles attendi skola mmexxija mill‑Ġiżwiti. Kien hemm dixxiplina stretta li ġegħlitu
jirribella kontra l‑osservanza reliġjuża. Għalkemm tajjeb fl‑iskola, Charles xorta kien imdejjaq, sakemm il‑patrijiet bagħtuh lejn id‑dar. Sfortunatament ftit kien hemm min qed jifhmu. Ta’ 18‑il sena daħal fi skola militari. Ftit wara, miet nannuh u Charles wiret somma kbira flus. Il‑Logutenet Foucauld beda jgħix ħajja kollha xalar, tberbiq u pjaċiri.
Il‑kurunell arrestah kemm‑il darba u fl‑aħħar kellu jissospendih mill‑militar. Charles stqarr maz‑zijiet tiegħu li xtaq iħalli l‑armata biex imur il‑Marokk. L‑Afrika kienet taffaxxinah. Irriżenja mill‑armata u qatta’ 11‑il xahar jivvjaġġa. Mar l‑Alġerija u t‑Tuneżija sakemm ta’ 28 sena reġa’ lura lejn Franza ddiżappuntat bħal qabel; qisu xejn ma seta’ jissodisfah. Charles kien għadu jfittex lil Alla. Darba filgħaxija fi knisja talab: “O Alla tiegħi, jekk inti teżisti, agħmel li jien nagħrfek.” Kien hawn li Charles għażel lil Dun Henry Huvelin bħala d‑direttur spiritwali tiegħu. F’Ottubru 1886 iddeċieda li
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. 14
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
jmur il‑knisja biex iqerr għax kien ilu 13‑il sena mbiegħed mill‑fidi. Wara esperjenza mat‑Trappisti, erħielha għall‑Palestina fejn f ’Nażaret ħadem bħala sagristan f’kunvent tas‑Sorijiet Franġiskani fuq il‑Muntanja Tabor. Fl‑1900, ġietu l‑vokazzjoni li jirċievi l‑Ordni Sagri u ordna saċerdot fid‑9 ta’ Ġunju 1901. Huwa għażel li jmur l‑Alġerija u 3 xhur wara, bl‑għajnuna tas‑suldati Franċiżi kien diġà bena dar ta’ eremitaġġ u kappella mit‑tajn. Il‑fqar kienu jiġu ħdejh, mal‑200 kuljum. Dawn kienu jibdew ġejjin minn filgħodu sa ma jidlam. F’kull min hu fil‑bżonn, Patri Charles kien jara lil Ġesù Kristu. Fl‑1905 iċċaqlaq għal Tamanrasset, fl‑Alġerija stess, post fqir u iżolat. Nhar l‑1 ta’ Diċembru 1916, ħabbat il‑bieb tal‑fortizza u Charles ħasbu l‑pustier. Imma arralu. Kienu s‑Senoussi li kaxkruh ’il barra u rabtulu jdejh ma’ saqajh. Charles de Foucauld miet b’tir f ’rasu. Mal‑art tal‑fortizza kien hemm il‑ktieb tan‑noti ta’ Charles. Fuqu nstabu l‑kelmiet: “O Alla tiegħi, aħfer lill‑għedewwa tiegħi u agħmel li huma jsalvaw.” Huwa kien iddikjarat beatu fit‑13 ta’ Novembru 2005 minn Papa Benedittu XVI, filwaqt li nhar il‑15 ta’ Mejju 2022 Papa Franġisku ddikjarah qaddis.
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 15
Ġunju 2022
missio jippreżenta
(V0/1178)
BARBEQUE TAS‑SAJF
23 ta’ Lulju 2022 Ħin: 7:30pm Kbar €20 Post: Ġnien tal‑Argotti, il‑Furjana. Bil‑parteċipazzjoni ta’ Laħam / Tiġieġ / Ħut Ikel Veġetarjan
Tfal €12 bejn 6 u 12-il sena
& Fiona BILJETTI: Faith Hope & Charity, il-Belt Valletta IMEJL: info@missio.org.mt | ĊEMPEL: 2123 6962 www.showshappening.com 16
PROĠETTI FIL‑MISSJONI – JOAN LIBRERI
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Joan’s Crafts for Charity
MALAWI
Indja
“Whoever is generous to the poor lends to the Lord, and he will repay him for his deed.” This Proverb indeed inspires me to carry on with my mission, although the situation of COVID‑19 created a huge hurdle in my line of selling school resources and workbooks. The important thing is that I do not give up and continue preparing and selling to raise funds for the projects assigned to me by Missio Malta. Organising a SALE on all resources and giving out
Kambodja free dice spelling games, when purchasing a pack of workbooks, encouraged customers to order more! So, with God’s help and my dear customers’ orders and purchases, I managed
Kambodja
17
PROĠETTI FIL‑MISSJONI – JOAN LIBRERI
Ġunju 2022
to sponsor the following projects: 1.Two large tanks to supply clean water to the houses and their fields in Chikwawa Malawi. 2.Christmas Hampers for children in an India Orphanage run by Fr. Thaniah. 3.School bags and chairs for 110 children in Cambodia. 4.14 benches for a school in a poor area in Ethiopia.
Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
Etjopja When you make a purchase you will be automatically helping in my projects, which I thank you very much for! This will certainly give you a rewarding feeling similar to mine since you are participating in this mission.
Visit my website: zaype.com/ missio or my Facebook page: JOAN’S CRAFT FOR CHARITY and feel free to ask for any information.
€ 27 Qażquż lil familja
€ 60 6 xhur terapija kontra
€ 160 Ħobż kuljum għal xahar sħiħ għal 100 tifel u tifla abbandunati jew orfni
€ 500 Tħaffir u bini ta’ bir
fil‑bżonn
€ 100 Mediċini u apparat mediku fi sptarijiet u kliniċi żgħar f’komunitajiet foqra
Thank you all very much!
t‑tuberkolożi għal tifel jew tifla morda
fejn m’hemmx ilma nadif għal raħal sħiħ
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! 18
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
CHILD SPONSORSHIP Me. You. Us. Together.
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21. Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 41474120039
Account No: 50011468005
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: APSBMTMT
Swift Code: VALLMTMT
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 • 51802064 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Iżżur il‑websajt www.missio.org.mt kklikkja fil‑parti Donations.
u
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962.
Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
19
Ġunju 2022
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
PAULINE PAULINE 1799 ‑ 1862
“Saħħan O Mulej lir‑ruħ imsejkna tiegħi bi xrar ta’ fidi u tama.”
Pauline M. Jaricot waqqfet dik li kellha ssir l‑akbar organizzazzjoni ta’ appoġġ għall‑missjonijiet fid‑dinja kollha, b’120 uffiċċju f’pajjiżi differenti. Il‑200 Sena Anniversarju tal‑Assoċjazzjoni tal‑Propagazzjoni tal‑Fidi.
https://missio.org.mt/news/pauline‑jaricot/ 20
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
21
Ġunju 2022
Insellmu l‑Memorja ta’ Prof. Rizzo Naudi
N
Il‑Professur Rizzo Naudi kien strumentali sabiex l‑Għaqda Voluntiera Lajċi Missjunarja (VLM), fi ħdan
Ritratt: Newsbook
har it‑23 ta’ April tħabbret il‑mewt tal‑Professur John Rizzo Naudi fl‑età ta’ 96 sena, imwieled nhar il‑25 ta’ Diċembru 1925, deskritt minn diversi bħala tabib tal‑affari tiegħu u maħbub minn kulħadd. Huwa kellu diversi karigi importanti tul ħajtu, fosthom kien lekċerer fir‑Royal University of Malta, kien elett diversi drabi fil‑Parlament Malti, kien l‑ewwel Segretarju Parlamentari tal‑Partit Nazzjonalista għall‑Anzjani, u għamel xogħol volontarju fl‑Afrika filwaqt li ħadem ħafna favur il‑volontarjat u għamel ħafna ġid.
Missio, tkun iffurmata. Fl‑1983 bdew il‑kuntatti mad‑Djoċesi ta’ Garissa fdata f ’idejn il‑Kapuċċini Maltin fil‑Kenja u fl‑1985 sar kuntatt mal‑Isqof Makram Max El Obeid fis‑Sudan. Matul l‑1984 bdew il‑preparazzjonijiet meħtieġa sabiex titwaqqaf l‑għaqda, u ta’ spiss kienet issir ħidma intensiva mill‑membri fundaturi fl‑Uffiċċju Missjunarju li dak
Il‑Professur John Rizzo Naudi jeżamina tarbija fil‑Kenja. 22
iż‑żmien kellu bħala direttur nazzjonali lil Mons. Mattew Chircop. Dan ta l‑appoġġ kollu possibbli sabiex l‑għaqda titwaqqaf. L‑Għaqda VLM twaqqfet uffiċjalment nhar l‑20 ta’ Frar 1985. Il‑Professur John Rizzo Naudi nħatar bħala l‑ewwel President tal‑għaqda. Il‑membri l‑oħra tal‑kumitat kienu s‑Sur Joseph Cassar bħala segretarju, is‑Sur Eddie Zammit bħala teżorier, u t‑Tabiba Marija Meilak, Sor Frances Jaccarini u s‑Sur Luke Gauci bħala membri fundaturi. L‑Għaqda VLM bagħtet diversi missjunarji lajċi f ’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Prof. Rizzo Naudi kien miżżewweġ u kellu tlett itfal. Il‑funeral tiegħu sar nhar it‑Tnejn 25 ta’ April fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Imsida.
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.
AVVIŻ IMPORTANTI Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 19 u fost l‑oħrajn avża li, mill‑1 ta' Jannar 2022, il‑banek lokali kollha mhux ser isarrfu aktar ċekkijiet li jammontaw għal €20 jew anqas. Għalhekk niġbdulkom l‑attenzjoni u nitolbukom sabiex l‑abbonament tar‑rivista Malta Missjunarja, isir billi tagħżel waħda minn dawn l‑għażliet: 1. 'Cash' ‑ billi tmur personalment f'wieħed mill‑uffiċini tagħna fil‑Belt jew il‑Mosta, 2. Permezz ta' 'bank transfer' (ara dettalji f'paġna 19), 3. Tabbona għal sentejn b’ċekk ta’ €21 pagabbli lil Missio Malta (ara dettalji f'paġna 35 u formola fil‑paġna ta' wara). Missio jirriserva d‑dritt li, f'ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom, jieħu deċiżjonijiet għall‑benefiċċju tal‑qarrejja u tal‑missjonijiet li nsostnu. Għal aktar tagħrif ikkuntattjana fuq 2123 6962.
Grazzi mill‑qalb ‑ Missio Malta 23
Ġunju 2022
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
MALTA MISSJUNARJA – IL‑15‑IL PARTI Inkomplu naqraw mill‑imgħoddi
Fl
‑aħħar artiklu rajna li bejn Frar u Novembru 1954, fil‑paġna tat‑tfal bdew jidhru xi poeżini ta’ DAX fis‑serje Ġanni, Ġiġi u Ġużi. Dawn komplew jidhru anki f’xi xhur li ġew wara.
fjuri mgħobbi kien. (2) Il‑Madonna kollha mżejna / Fjuri, xema’, ward kemm trid; / It‑tfal żgħar kulħadd ikanta / Donnha l‑qalb tinqasam trid. (3) It‑tfal tagħna qagħdu jaħsbu; / Kemm tfal oħra fil‑Missjoni, / Ma jistgħux jagħtuha qima / U jmexxuha f ’purċissjoni! Ix‑xahar ta’ Mejju huwa ddedikat lill‑Madonna. L‑awtur jiftaħ il‑kelmtejn tiegħu billi jgħidilhom: “Tfal Għeżież, kif jasal Mejju kollu fjuri, ifakkarna fil‑Madonna. U bilfors li jfakkarna fiha wisq iżjed illum, li ħabtet ukoll is‑Sena Marjana. Għax il‑Madonna hija l‑Omm t’Alla u tagħna wkoll. Tal‑bnedmin kollha. Intom tgħidu: ‘Sliem għalik, Sultana!’ u t‑tfal tal‑Missjoni wkoll. Kollha! Taċ‑Ċina, tal‑Ġappun, tal‑Indja, tal‑Afrika, tal‑Oċeanja, tal‑Amerika u tar‑Russja.”
Santa tal‑Madonna bil‑Bambin imdawrin bi tfal suwed.
Mejju 1954, Sena XXII, nru 5, p.77: (1) Ġiġi, Ġanni, Ġużi ltaqgħu / Biex imorru lkoll flimkien / Mat‑tfal l‑oħra għall‑purċissjoni / Kulħadd 1 2
24
F’paragrafu ieħor – Il‑Kuruna – l‑awtur jgħarrafna li fil‑ktieb tiegħu Dwal, insibu storja fuq wieħed missjunarju, li qabel ma mar għall‑missjoni, ommu tatu kuruna tar‑rużarju. Iżda ġara li wara
Hawn il‑kelma trid tiġi ‘xbin’: ħabib; qarib; wieħed qisu/tal‑familja. Kelma djalettali għal ‘tinsewhom’. DAX kien min‑Naxxar.
ħafna snin, ikkonverta waħda xwejħa u kellu jagħtihielha bħala tifkira. Fil‑paragrafu l‑ieħor – Sultana tal‑Missjoni – jgħid lit‑tfal biex huma, li huma miktubin fl‑Opra tas‑Santa Infanzja, jitolbu kuljum lil Marija, ir‑Reġina tal‑Missjoni, biex tgħin lill‑missjunarji u tibagħtilhom aktar minnhom, biex l‑artijiet tal‑missjoni kollha jikkonvertu, u biex jieqaf il‑kommuniżmu. Fuq kollox, biex kulħadd iħobb lil binha Ġesù u biex kulħadd isalva. Lulju 1954, Sena XII, nru 7, p.109: (1) Qabda tfal kienu jilagħbu / Boċċi, żibeġ u x’naf jien; / Bil‑għajjat ferrieħi tagħhom / Għamlu storbju kullimkien. (2) Ġiġi, Ġanni, Ġużi qagħdu / Hemm jarawhom għal ftit ħin; / Ġiġi qabeż: “Tfal – qalilhom – / “Tridux nagħmlu biċċa, ġbin1?” (3) Ġanni, Ġużi qablu miegħu, / Magħhom qablu t‑tfal kulħadd; / “Xi ftit żibeg għall‑missjoni; / Ara dawn tinsuhom2 qatt.” Fl‑istess paġna, huwa jieħu lit‑tfal sal‑Arabja tan‑Nofs, qrib il‑Baħar l‑Aħmar,
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Impressjoni artistika tal‑kaaba li skont il‑Koran kienet mibnija mill‑Profeta Abram u ibnu Iżmaeli
fil‑post fejn twieled Mawmettu – il‑belt ta’ Mekka. Kull Musulman irid jagħmel vjaġġ għal hemm tal‑anqas darba f’ħajtu biex imur jitlob fil‑Moskea tas‑Santwarju. F’nofs il‑bitħa nsibu il‑Kaaba mgħottija bi drapp iswed, bin‑naħa ta’ fuq imberfla bid‑deheb u b’xi versi mill‑Koran miktuba fiha. Dan l‑eqdes post għall‑Musulmani hu l‑eqdem fid‑dinja, fejn Adam beka wara li tkeċċa mill‑ġenna. Qribu nsibu l‑bir ta’ Żemżem, fejn l‑ilma tiegħu huwa dak li l‑anġlu seqa bih lill‑Iżraeli bin Agar fix‑xagħri. Huwa jsemmi wkoll il‑mina fejn raqad Mawmettu meta ħarab, u l‑għoljiet ta’ Arafa, fejn Adam kien iltaqa’ m’Eva wara li tkeċċew mill‑Eden, u fejn Mawmettu ta l‑addiju fil‑ħarba tiegħu. Isemmi wkoll it‑tliet pilastri – il‑post
fejn Iżmaeli kien imġarrab mix‑xitan – li l‑Musulmani jgħaddu ħdejhom fi triqithom lura mill‑pellegrinaġġ. U minkejja li hemm evidenza ta’ qrubija bejn iż‑żewġ reliġjonijiet, skontu xorta jibqa’ l‑fatt li ‘miljuni kbar ta’ bnedmin għadhom jaħasra jemmnu f’dawn l‑affarijiet u ma jemmnux bil‑veru Alla.
Awwissu 1954, Sena XXII, nru 8, p.127: (1) F’xatt il‑baħar il‑ħbieb tagħna / Qagħdu jħarsu għal żmien twil / Raw il‑ħut iżiġġ ġol‑ilma / Raw xi dgħajjes għaddejjin. / (2) Ftakru dlonk fil‑kliem ta’ Kristu / F’ kemm mijiet u eluf t’erwieħ / Għad mhumiex maħsula bl‑ilma / Illi jġagħalhom jemmnu fiH. (3) Ftakru f ’ħafna missjunarji / Kollha mħabba lejn Ġesù / Dlonk jitilqu lil pajjiżhom / Jagħmlu dak li qalhom Hu. F’din it‑taqbila nsibu tixbiha ħelwa bejn il‑ħut u d‑dgħajjes, u l‑eluf t’erwieħ mhux mgħammda. U peress li f’Awwissu t‑tfal ikunu fl‑eqqel tal‑vaganzi sajfin, fl‑istess paġna fejn tidher din il‑poeżija qasira, l‑awtur javża li l‑vjaġġ madwar id‑dinja kien se jieqaf
Kif is‑serduk jidden bl‑amment kull filgħodu, hekk ukoll it‑tfal għandhom jiftakru kuljum fi tfal oħra tal‑missjoni. 25
Ġunju 2022
għall‑mistrieħ. (1) Fis‑sajf m’hemmx il‑Miss u s‑Sir: Huwa jfakkar lit‑tfal kemm l‑għalliema kienu jfakkruhom fil‑missjoni. Iżda fis‑sajf iridu jkunu huma li jieħdu ħsieb. Jgħidilhom li t‑tagħlim li jieħdu mill‑iskola jgħodd għal ħajjithom kollha, l‑istess bħalma ġara lilu meta kien għadu żgħir. Dan wasslu biex isir missjunarju u mbagħad is‑superjuri tiegħu ħallewh joqgħod jikteb lit‑tfal kull darba fuq ħafna affarijiet tal‑missjoni. (2) Is‑serduk jidden ta’ kull filgħodu: Skontu, it‑tfal għandhom jitgħallmu mis‑serduk, li kif hu tgħallem jidden bl‑amment, hekk ukoll huma jmisshom jiftakru fihom kull filgħodu, issa li l‑affari tal‑missjoni tgħallmuha bl‑amment. U filwaqt li jfakkarhom biex ma jittraskurawx il‑quddies u t‑tqarbin, iħeġġiġhom biex isibu aktar ħin jaqraw ir‑rivista, u jirrakkuntaw xi stejjer minnha kull darba li jinġabru flimkien. (3) Albums: Biex aktar ikebbes fihom l‑imħabba lejn il‑missjoni, jgħidilhom kif għandhom jagħmlu biex ikollhom album tassew sabiħ tal‑missjoni u fuq il‑pajjiżi kollha tad‑dinja – billi jaqtgħu l‑istampi milli jsibu fil‑kotba l‑qodma tal‑missjoni u jwaħħluhom 26
90 SENA TA’ STORJA – MRO MANOEL PIROTTA
fuq il‑pitazzi qodma. Biex dan il‑proġett żgur jirnexxi, joffrilhom li anki jmorru sal‑Uffiċċju Missjunarju minn fejn jistgħu jiksbu xi għaddijiet qodma b’xejn. U għal dawk li jħobbu jġemmgħu l‑kartolini, jistgħu jixtruhom minn hemmhekk ukoll. (4) Biex meta terġa’ tibda l‑iskola: “Tgħidu lil Ġesù li ġbartu ħafna opri tajba għal opra hekk qaddisa.” Novembru 1954, Sena XXII, nru 11, p.175: (1) Wara ż‑żmien minn tal‑vaganzi / Il‑ħbieb tagħna reġgħu ġew, / Biex jitkellmu mal‑ħbieb
tagħna / U jgħidulhom kif għaddew. (2) L‑ewwel nett is‑sajf għalihom / Mimli ħidma kollu kien, / Qabdu l‑kotba tal‑Missjoni / Jistudjaw qagħdu flimkien. (3) Fil‑‘Ġurnata Missjunarja’ / Tassew għamlu għoġbijiet, / Ġewwa l‑Knisja u kemm barra / Rawhom jaħdmu bla mistrieħ. Fl‑istess paġna tat‑tfal, huwa jkompli bil‑vjaġġ tiegħu tas‑soltu billi din id‑darba jlaqqagħhom mal‑pajjiż tal‑fjuri – il‑Kongo‑Belġjan, fil‑qalba tal‑Afrika sewda – fejn is‑siġar twal tal‑foresti jkenninhom minn qillet
Sett sħiħ bolol tal‑fjuri tal‑Kongo‑Belġjan tal‑1953
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
ix‑xemx. L‑awtur isemmi xi erbgħa minnhom għall‑ġmiel u l‑ilwien tagħhom, u jħeġġeġ lid‑dilettanti tal‑bolli biex ifittxu dawk tal‑Kongo‑Belġjan biex ikunu jistgħu jarawhom. Il‑bolol dlonk ifakkruna fil‑ġbir li hu kien jagħmel tagħhom meta kien Direttur fl‑Uffiċċju Missjunarju.
Il‑qoxra tal‑ktejjeb ta’ ‘Ben Said’ ta’ DAX (stampar: O.M.P.)
Rumanz ieħor li kien jintrebaħ bix‑xorti kważi kull xahar, flimkien ma’ xi rigal ieħor, mill‑abbonati tal‑MM, huwa Ben Said ta’ DAX. Fl‑Enċiklopedija tan‑Naxxar, Vol. 3, p.15, insibu tagħrif dwaru: ‘Rakkont [Afrikan]: ‘Ben Said, ir‑Rajjes tal‑Iġmla
tal‑Mahdi’ – pubblikazzjoni Opri Missjunarji Pontifiċji ‑ huwa traduzzjoni ta’ rakkont b’172 faċċata miktub minn P. Angelo Negri F.S.C.J. (1889‑1949), u miġjub għall‑Malti minn DAX, stampat f’4,000 kopja, mill‑Opri Missjunarji Pontifiċji fl‑1954.’ Fih insibu ‘rakkont l‑iktar kommoventi, li jġagħlek tgħix il‑ġrajja fl‑ilwien ħajjin li fiha.’ Skont riklami li dehru f’MM (Sena XXII, Novembru 1954, nru 11, qoxra ta’ wara), ir‑rumanz tal‑ikbar avventura, intiż biex ibikki, jgħallem u jeduka, kien imżewwaq b’ħafna stampi sbieħ għall‑gost ta’ min jixtrih bil‑prezz baxx ta’ 1s. 8d. L‑Isqof Taljan Angelo Negri, missjunarju Comboni3 fl‑Uganda, kien l‑ewwel Vigarju Appostoliku tan‑Nil Ekwatorjali. T’età żgħira, daħal fil‑kongregazzjoni t’Ulied il‑Qalb ta’ Ġesù u ħa l‑ewwel voti fl‑1907. Ordna qassis f’Verona fl‑1912. Qabel ma mar għall‑missjonijiet fl‑Uganda ta’ Fuq, fl‑1920, kien teżorier u għalliem f’għadd ta’ djar tal‑kongregazzjoni fl‑Italja. Fl‑1926, minħabba raġunijiet ta’ saħħa, kien imġiegħel
P. Angelo Negri F.S.C.J. (1889‑1949)
iħalli l‑prefettorju appostoliku tan‑Nil Ekwatorjali u jmur lura lejn art twelidu. Meta mbagħad fl‑1934 il‑prefettorju appostoliku tan‑Nil Ekwatorjali ġie elevat għall‑vigarjat appostoliku, Negri ġie elett Isqof ta’ Barika in partibus u vigarju appostoliku, fejn ġie kkonsagrat fil‑Katidral ta’ Brescia. Daħal fil‑belt ta’ Gulu, is‑sede tal‑vigarjat, f’Lulju tal‑1935. Ir‑rakkont storiku Ben Said: il cammelliere del Mahdi ta’ Negri kien stampat fl‑1949 mid‑dar tal‑pubblikazzjoni Nigrizia – ir‑rivista mensili Taljana tal‑missjunarji Combonjani ddedikata lill‑kontinent Afrikan u għall‑Afrikani fid‑dinja.
Dil‑kongregazzjoni ġiet imwaqqfa minn Daniele Comboni (1831‑1881) li kien Isqof Taljan li serva fil‑missjonijiet Afrikani u kien fundatur, kemm tal‑Missjunarji Comboni t’Ulied il‑Qalb ta’ Ġesù, kif ukoll tas‑Sorijiet Missjunarji Comboni.
3
27
POEŻIJA
Ġunju 2022
Jum il‑Missier Ja ħelu missieri kont nieqa ta’ kenn Għallimtni nitbiegħed mill‑ħażen u l‑ġenn Int biss kollok ħniena, kollok ħlewwa Serraħli nitolbok din qalbi għajjiena. Missier kemm kont twajjeb fik paċi insib Mhux l‑għadu ta’ ħajti mal‑akbar ħabib Warrabli mill‑ħajja ix‑xkiel u t‑tbatija Benninni fi ħdanek bħal żmien l‑imgħoddija. Benninni benninni nessini kull dieqa Benninni bħal meta kont ċkejken f ’benniena Żommni taħt ħarstek il‑ħin kollu miegħek Ftakar missieri li jien kollni tiegħek. Għallimtni nlissen mamà u papà U nxejjer idejja u ngħidlek tatà Dan kollu niftakru u ma ninsieh qatt Bħal ommi u missieri ma jħobbni ħadd. Jien nibqa’ nħażżiżlek kultant xi kelmtejn B’xi demgħa li ċċarċar ma’ dawn il‑ħaddejn Għax int sofrejt u ġarrabt tant tbatija B’hekk moħħi ntilef fuq din il‑poeżija. Paul Caruana
Nawguraw Minn Qalbna lill‑Missirijiet Kollha l‑Isbaħ Xewqat f ’Jum il‑Missier. Jalla l‑Barka tal‑Mulej Tinżel Fuqkom u Timliekom bis‑Saħħa u l‑Imħabba Llum u Għal Dejjem. 28
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna.
Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek. https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/dinja‑mutur/
Kull nhar ta’ Sibt fit‑3 ta’ waranofsinhar fuq Net TV. Waqt intervista individwali ta' 50 minuta, 'Ara Min Mar!' jintroduċi lit‑telespettaturi ma' persuni li għamlu esperjenza fil‑missjoni. L‑għan tal‑programm huwa li juri u jispjega l‑esperjenza missjunarja kollha; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ sal‑esperjenza attwali f'pajjiż tal‑missjoni sal‑effett ta' wara l‑esperjenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista, li turi l‑effett li tħalla fil‑persuna minn din l‑esperjenza, tgħin lil dak li jkun jirrealizza li kulħadd jista’ jesperjenza l‑missjoni, irrilevanti l‑età, il‑professjoni u l‑isfond tal‑ħajja li ġej minnha. Turi wkoll li persuna tista’ tagħmel esperjenza missjunarja sew għal żmien qasir kif ukoll għal perijodu itwal ta' żmien. Produzzjoni Missio Malta. 29
Ġunju 2022
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com
30
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
PAVIA Hardware Stores COSPICUA 4, BLK 12, TRIQ IR‑REGATTA, BORMLA PLUMBERS, ELECTRICAL GOODS DEALERS SPECIAL DISCOUNTS ON WATER HEATERS (GEYSERS)
Lifestyle Ltd. 64,Triq Joseph Sciberras, Ħamrun, ĦMR1553 +356 2133 7343 info@haircaremalta.com www.haircaremalta.com
Dealers in CLARKE and SEDEF Power Tools Tel: 2182 1174 ‑ Mob: 7782 1174 E‑mail: adrianpavia@onvol.net
Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta. tel: +356 2766 1166 info@thecyclistmalta.com www.thecyclistmalta.com
WHERE QUALITY COMES FIRST Auto and Marine Electrical Parts and Accessories. Specialising in exchange of starter and alternator units.
Triq il‑Mitħna ta’ Caraffa, Luqa LQA 1521. Tel: 21 665 642/ 21 677 570/ 21 821 769 Email: sales@eretric.com Website: www.eretric.com 31
Ġunju 2022
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja It‑Tlettax‑il Parti
tal‑Prussja mmexxi minn Otto von Bismarck u l‑Knisja Kattolika mmexxija mill‑Papa Piju IX. Il‑kwistjonijiet ewlenin kienu l‑kontroll klerikali tal‑edukazzjoni u l‑ħatriet ekkleżjastiċi), saċerdoti Kattoliċi ‘ribelli’ u Kongregazzjonijiet reliġjużi, bl‑eċċezzjoni ta’ dawk involuti b’mod attiv fil‑ħidma soċjali, tneħħew minn Warmia.
Il‑Madonna ta’ Gietrzwald Id‑dehriet Marjani l‑uniċi approvati mill‑Knisja Kattolika fil‑Polonja, bdew iseħħu mis‑sena 1877, proprju 145 sena ilu, f ’Gietrzwald raħal fil‑Grigal tal‑Polonja, fir‑reġjun Masurian‑Warmia. Il‑Knisja 32
f ’Gietrzwald dak iż‑żmien kienet qed tħabbat wiċċha ma’ ċirkustanzi diffiċli. Fl‑1873 il‑lingwa Pollakka kienet ipprojbita fl‑iskejjel kollha tar‑reġjun. Bħala riżultat tal‑Kulturkampf (il‑konflitt li seħħ mill‑1872 sal‑1878 bejn il‑gvern
Kien fis‑27 ta’ Ġunju 1877, meta Justyna Szafryńska, tfajla ta’ tlettax‑il sena kienet sejra m’ommha lejn id‑dar mill‑knisja, wara li temmet b’suċċess il‑kors tat‑tħejjijiet u l‑eżami għall‑Ewwel Tqarbina tagħha. Kien filgħaxija u l‑qniepen tal‑knisja kienu qed idoqqu l‑Angelus, u hekk kif qalu t‑talb tal‑Angelus, it‑tifla rat dawl stramb u figura sabiħa mdawla ta’ mara fil‑qrib liebsa l‑abjad fuq is‑siġra tal‑aġġru bilqiegħda fuq tron tad‑deheb mimli bil‑perli. Mument wara rat ukoll figura tiddi t’anġlu bi ġwienaħ tad‑deheb, miksi bl‑abjad; l‑anġlu
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
kien niżel mis‑sema. Meta ż‑żagħżugħa Justyna qalet l‑Ave Marija, il‑figura tal‑mara telgħet minn fuq it‑tron lejn is‑sema flimkien mal‑anġlu. Għalkemm Szafryńdin kienet m’ommha, hi biss rat din id‑dehra. Justyna rrakkontat kollox lill‑kappillan Dun Augustyn Weichsel, li qalilha biex l‑għada terġa’ tmur fil‑post fejn kellha din id‑dehra. L‑għada, Justyna flimkien mal‑ħabiba tagħha Barbara Samulowska ta’ 12‑il sena, raw lill‑istess figura tal‑mara kollha dija bilqiegħda fuq tron u żewġ anġli ġabu lil Ġesù Bambin mis‑sema u poġġewh fuq l‑irkoppa tal‑mara sabiħa; il‑Bambin kien qiegħed iżomm sfera f ’idu x‑xellugija. Ġew aktar anġli li poġġew kuruna fuq ras il‑mara. Anġlu ieħor ġab spettru tad‑deheb u żammu f ’idu l‑leminija fuq il‑kuruna. Anġlu ieħor beda jdur ma’ dik id‑dehra tant sabiħa u jindika Salib. Iż‑żewġt ibniet staqsew lil dik il‑mara min kienet u hi wieġbet: “Jiena l‑Verġni Mqaddsa Marija tal‑Immakulata Kunċizzjoni.” Meta Justyna staqsietha: “X’teħtieġ, Omm Alla?” hija wieġbet: “Nixtieq li tgħidu ħafna r‑Rużarju kuljum.” Il‑Madonna tkellmet bid‑djalett lokali simili għal‑lingwa
Pollakka. Fil‑jiem ta’ wara t‑tfal staqsewha diversi mistoqsijiet addizzjonali. Staqsewha wkoll x’jiġri min xi ħadd jekk jaħlef b’mod falz. L‑Omm Qaddisa wieġbet: “Dan ma jkunx jixraqlu li jmur il‑Ġenna, dik il‑persuna li tagħmel hekk tkun imqanqla minn Satana.” Matul ix‑xahar ta’ Lulju 1877, Szafryńska u Samulowska kienu jżuru kuljum lill‑Madonna waqt ir‑Rużarju ta’ filgħaxija. It‑tfajliet staqsew lill‑Madonna dwar is‑saħħa u s‑salvazzjoni ta’ diversi nies, u jekk il‑Knisja fil‑Polonja kinitx se tinħeles. Huma riedu wkoll ikunu jafu jekk is‑saċerdoti li kienu ġew imkeċċija u abbandunati wara l‑Kulturkampf, kinux se jiġu mill‑ġdid fil‑parroċċi ta’ Warmia. Bi tweġiba, il‑Madonna qaltilhom: “Iva, jekk in‑nies jitolbu r‑Rużarju bil‑ħerqa. Imbagħad il‑Knisja ma tiġix aktar ippersegwitata u l‑parroċċi jerġgħu jkollhom aktar saċerdoti.” Dawn id‑dehriet tal‑Madonna ġibdu ħafna pellegrini lejn Gietrzwald. Iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ tlett ijiem tal‑festa tat‑twelid ta’ Marija Bambina fit‑8 ta’ Settembru 1877, ġibdu madwar 50,000 pellegrin lejn Gietrzwald. Dakinhar, il‑Madonna stess bierket
nixxiegħa u qalet: “Issa l‑morda jistgħu jieħdu dan l‑ilma għall‑fejqan tagħhom.” Minn dakinhar ħafna pellegrini ħadu mill‑ilma ta’ din in‑nixxiegħa u kien hemm ħafna fejqan. Fis‑16 ta’ Settembru, 1877 seħħet l‑aħħar dehra tal‑Madonna. Dakinhar, l‑Omm qaddisa bierket l‑ewwel ix‑xbieha tagħha stess fil‑kappella ċkejkna u wara bierket lil kull min talabha u lin‑nies kollha. Fl‑aħħar hija qalet: “ITOLBU DEJJEM IR‑RUŻARJU BIL‑ĦEĠĠA.”
L‑Approvazzjonijiet tal‑Knisja għal dawn id‑dehriet Waqt li kienu għaddejjin id‑dehriet, l‑Isqof ta’ Warmia, Filip Krementz, talab rapport dettaljat mill‑kappillan u waqqaf kummissjoni speċjali ta’ teologi biex teżamina l‑każ tad‑dehriet bir‑reqqa. Bagħat 33
Ġunju 2022
ukoll delegati biex josservaw l‑istat u l‑imġiba tat‑tfajliet viżjonarji fil‑kors tad‑dehriet, biex jippreparaw ir‑rapport tax‑xhieda tagħhom u biex jiġbru l‑osservazzjoniijiet tal‑pellegrini u tal‑kleru. Ir‑rapport tad‑delegati ta verdett favorevoli u t‑tfajliet infushom ġew definiti bħala ‘mingħajr pretensjoni u ma kinux qed ifittxu xi profitt jew rikonoxximent, u kellhom deċenza, sinċerità u sempliċità.’ Aktar tard, fl‑1878, wara li rċieva wkoll ir‑riżultati tal‑kummissjonijiet, l‑Isqof Krementz ippromwova l‑pubblikazzjoni tal‑istudju ta’ Dun Franciszek Hipler bil‑Ġermaniz u bil‑Pollakk bit‑titlu: “Id‑Dehriet tal‑Madonna f ’Gietrzwald lill‑poplu Kattoliku skont id‑Dokumenti Uffiċjali.” Fl‑10 ta’ Settembru 1967, il‑Primat tal‑Polonja, il‑Kardinal Stefan Wyszynski żar is‑Santwarju li kien inbeda aktar tard f ’ġieħ il‑Madonna ta’ Gietrzwald biex ifakkar id‑90 Anniversarju tad‑dehriet u nkuruna l‑ikona tal‑miraklu billi qal: “Qegħdin inpoġġu l‑kuruni tad‑deheb fuqek Omm Qaddisa tal‑Art Warmiana, biex Inti li Int l‑Omm tagħna, tista’ ssaltan fuqna; qegħdin ninżlu għarkupptejna quddiemek fi spirtu ta’ devozzjoni sħiħa 34
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il-Bażilika tat-Twelid ta’ Marija Bambina, f’Gietrzwald.
għall‑ħidma tiegħek t’Omm, biex tipprovdi lill‑Polonja l‑paċi u l‑ispirtu t’għaqda. Nitolbuk tgħallimna nċedu dejjem għall‑qawwiet għonja tal‑Vanġelju, għall‑imħabba u l‑affett lejn Alla u l‑bnedmin kollha, u għal dak kollu
meħtieġ biex titwettaq din l‑Imħabba. Irridu niġu lejk, fiduċjużi li inti dejjem tieħu ħsiebna, dejjem tilqagħna u dejjem tismagħna.” L‑għarfien ta’ dawn id‑dehriet Marjani li kienu sors ta’ konverżjonijiet u fejqan, ma ngħatax qabel is‑sena 1977, mitt sena wara li bdew. Waħda mir‑raġunijet għal dan id‑dewmien kien ta’ oriġini politika, minħabba n‑nazzjonaliżmu Pollakk u l‑konnessjoni tiegħu ma’ Gietrzwald. Fit‑2 ta’ Frar 1970, Papa Pawlu VI għolla s‑Santwarju tal‑Madonna f ’Gietrzwald għall‑Bażilka Minuri. Fl‑1 ta’ Settembru 1977 saru ċ‑Ċelebrazzjonijiet taċ‑Ċentinarju ppreseduti mill‑Kardinal Karol Wojtyla, il‑futur Papa Ġwanni
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Pawlu II, dak iż‑żmien l‑Arċisqof Metropolitan ta’ Krakovja. Dakinhar l‑Isqof ta’ Warmia, Josef Drzazga, irrikonoxxa solennement il‑qima tal‑Verġni Marija f ’Gietrzwald. Ħareġ digriet li jivvalida l‑kredibbiltà tad‑dehriet u jipproklamahom bħala konformi għalkollox mal‑Fidi u l‑Moralità Nisranija. Bil‑waqgħa tal‑Kommuniżmu l‑pellegrini u l‑viżitaturi f ’Gietrzwald żdiedu ħafna aktar. Wara d‑dehriet, iż‑żewġ tfajliet viżjonarji daħlu fil‑kongregazzjoni reliġjuża ta’ Ulied il‑Karità
mwaqqfa minn San Vinċenz de Paul, l‑ewwel f ’Chelmo u mbagħad f ’Pariġi.
Sor Barbara Samulowska ħadet l‑isem reliġjuż Stanislawa, ħalliet Pariġi u marret għall‑missjonijiet fil‑Gwatemala fejn kienet direttriċi t’orfanatrofju
lokali. Mietet fil‑Gwatemala fis‑6 ta’ Diċembru 1950. Fit‑2 ta’ Frar 2005, l‑Arċisqof Edmund Piszcz ta’ Warmia inawgura l‑proċess għall‑beatifikazzjoni ta’ Sor Stanislawa. Justyna Szafryńska, min‑naħa tagħha, wara 14‑il sena u wara li għamlet biss il‑wegħdiet temporali, ħalliet il‑Kongregazzjoni fl‑1897 u reġgħet lura għall‑ħajja lajkali. Fl‑1899, iżżewġet f ’Pariġi lil Raymond Etienne Bigot. Iżda wara l‑1904 ma kien hemm l‑ebda aktar tagħrif dwarha u lanqas hu magħruf fejn hi midfuna.
TFAL MISSJUNARJI Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt 35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Ġunju 2022
FROĠA TAL‑BASAL U L‑ĦOBŻ MILL‑ĠORDAN Metodu: • Xarrab il‑ħobż fl‑ilma għal ftit ħin. • Poġġi l‑ħobż ġo skutella, żid it‑tursin u mgħarfa żejt taż‑żebbuġa, u ħawwad flimkien. • Ġo skutella oħra ħawwad sew il‑bajd u żid nofs kuċċarina melħ. • Ġo taġen ferrex ftit żejt taż‑żebbuġa u aqli r‑roti tal‑basal ma’ ftit melħ. X’għandek bżonn: • 300 gramma ħobż xott imqatta’ f ’dadi • 2 basliet ħomor imqattgħa roti • 8 bajdiet • 80 gramma mozzarella maħkuka
• Ixħet it‑taħlita tal‑bajd fuq il‑basal, ferrex il‑mozzarella u poġġi l‑ħobż fil‑wiċċ filwaqt li tagħfsu ‘l isfel b’mgħarfa tal‑injam. • Għatti t‑taġen u ħalli l‑froġa ssir sew. Aqleb il‑froġa u sajjarha min‑naħa l‑oħra jekk tara li hemm bżonn.
• Melħ • Żejt taż‑żebbuġa • Ftit tursin niexef
ةيفاعلاب Bialeafia (L‑ikla t‑tajba)
• Ilma
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq:
Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
ARITY H
FAITH H
Ġunju 2022
E& OP C
G IF
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
T SHOP
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta ● Tel: 21234328
Adopt a
Grandparent
Combat Loneliness POWERED BY
MALTA
Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org POWERED BY
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.
37
KOMPETIZZJONI ‑ ĠUNJU 2022
Ġunju 2022
SUDOKU
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
1
9
5
6
4 7
8 8
1
4 Isem u Kunjom: ____________________________________
7
__________________________________________________
9
7
Indirizz:___________________________________________
3 5
7
9
2
9
1
4
3
5
2
3
6
4
7
6
8
1 8
9
__________________________________________________ __________________________________________________ __________________________________________________ Kodiċi Postali: ____________________________________
3
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ April 2022: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Pauline Dingli mill‑Imtarfa. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
1
8
9
2
6
7
3
4
5
5
2
6
4
3
8
1
7
9
3
4
7
5
1
9
2
6
8
2
5
1
8
9
6
4
3
7
9
3
4
7
5
2
8
1
6
6
7
8
1
4
3
9
5
2
8
6
2
3
7
4
5
9
1
4
9
5
6
8
1
7
2
3
7
1
3
9
2
5
6
8
4
Nitbissmu ftit: Tanja, tfajla l‑ġmiel tagħha, kienet qed tixtri minn ħanut tad‑drappijiet u xtaqet tkun taf kemm kien jiswa d‑drapp li għoġobha. Bi tbissima makakka fuq fommu, is‑sid weġibha: “Bewsa kull metru, Sinjorina.” “Tajjeb wisq,” weġbitu fil‑pront Tanja, “mela nieħu sitt metri, jekk jogħġbok.” Malajr, malajr is‑sid qatgħalha sitt metri, gerbibhomlha u newwilhomlha. Pronta, Tanja ħadet il‑pakkett u qaltlu: “Ser tħallas in‑nanna,” filwaqt li ppuntat lejn mara anzjana biswitha! 38
Tlett irġiel kienu fuq iz‑zuntier jitkellmu u tnejn minnhom kienu qed jiftaħru kemm jiswa l‑arloġġ li kellhom; wieħed qal li xtrah €5000 u l‑ieħor qal li nefaq €9000! Indunaw li seħibhom ma kellux arloġġ u għalhekk staqsewh kif kien jgħaddi bla arloġġ! “Tajba din,” weġibhom. “Fis‑6 ta’ filgħodu jidden is‑serduq, fit‑8 jdoqqu l‑qniepen għal quddies, f’12 .....” “U jekk tistenbaħ bil‑lejl, kif ser tkun taf x’ħin hu?” riedu jkunu jafu sħabu. “Dik ħaġa żgħira, naqbad it‑trumbetta u noħroġ indoqqha fil‑gallarija. Malajr joħroġ xi ġar jgħajjat b’kemm jiflaħ: “Dan ħin li ddoqq għadhom is‑sagħtejn!”
Ġunju 2022 23 ta' Ottubru 2022 ‑ Ġurnata Missjunarja
Eżempji sbieħ
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb. • 14 ta’ April 2022 Doris Gauci minn Hilltop Gardens in‑Naxxar • Pressede Vella Brincat minn Tas‑Sliema
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.
Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi. Missio Malta • Missio Tfal
Websajt Missio • Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
www.missio.org.mt
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess. 39
Ġunju 2022
Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com
Lorem Elementary Science F 40