
1 minute read
Kompetizzjoni u Ċajt
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
1 9 5 4 8 7 7 8 1 9 6 4
Isem u Kunjom: ____________________________________
Indirizz:___________________________________________
Kodiċi Postali: ____________________________________
7
3 7 9 2 9 1 4 3 5 5 2 3 6 4 7 1 6 8 8 9 3
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ April 2022:
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Pauline Dingli mill‑Imtarfa. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
1 8 9 2 6 7 3 4 5 5 2 6 4 3 8 1 7 9 3 4 7 5 1 9 2 6 8 2 5 1 8 9 6 4 3 7 9 3 4 7 5 2 8 1 6 6 7 8 1 4 3 9 5 2 8 6 2 3 7 4 5 9 1 4 9 5 6 8 1 7 2 3 7 1 3 9 2 5 6 8 4
Nitbissmu ftit:
Tanja, tfajla l‑ġmiel tagħha, kienet qed tixtri minn ħanut tad‑drappijiet u xtaqet tkun taf kemm kien jiswa d‑drapp li għoġobha. Bi tbissima makakka fuq fommu, is‑sid weġibha: “Bewsa kull metru, Sinjorina.” “Tajjeb wisq,” weġbitu fil‑pront Tanja, “mela nieħu sitt metri, jekk jogħġbok.” Malajr, malajr is‑sid qatgħalha sitt metri, gerbibhomlha u newwilhomlha. Pronta, Tanja ħadet il‑pakkett u qaltlu: “Ser tħallas in‑nanna,” filwaqt li ppuntat lejn mara anzjana biswitha! Tlett irġiel kienu fuq iz‑zuntier jitkellmu u tnejn minnhom kienu qed jiftaħru kemm jiswa l‑arloġġ li kellhom; wieħed qal li xtrah €5000 u l‑ieħor qal li nefaq €9000! Indunaw li seħibhom ma kellux arloġġ u għalhekk staqsewh kif kien jgħaddi bla arloġġ! “Tajba din,” weġibhom. “Fis‑6 ta’ filgħodu jidden is‑serduq, fit‑8 jdoqqu l‑qniepen għal quddies, f’12 .....” “U jekk tistenbaħ bil‑lejl, kif ser tkun taf x’ħin hu?” riedu jkunu jafu sħabu. “Dik ħaġa żgħira, naqbad it‑trumbetta u noħroġ indoqqha fil‑gallarija. Malajr joħroġ xi ġar jgħajjat b’kemm jiflaħ: “Dan ħin li ddoqq għadhom is‑sagħtejn!”