
2 minute read
Poeżija
Jum il‑Missier
Ja ħelu missieri kont nieqa ta’ kenn Għallimtni nitbiegħed mill‑ħażen u l‑ġenn Int biss kollok ħniena, kollok ħlewwa Serraħli nitolbok din qalbi għajjiena. Missier kemm kont twajjeb fik paċi insib Mhux l‑għadu ta’ ħajti mal‑akbar ħabib Warrabli mill‑ħajja ix‑xkiel u t‑tbatija Benninni fi ħdanek bħal żmien l‑imgħoddija. Benninni benninni nessini kull dieqa Benninni bħal meta kont ċkejken f’benniena Żommni taħt ħarstek il‑ħin kollu miegħek Ftakar missieri li jien kollni tiegħek. Għallimtni nlissen mamà u papà U nxejjer idejja u ngħidlek tatà Dan kollu niftakru u ma ninsieh qatt Bħal ommi u missieri ma jħobbni ħadd. Jien nibqa’ nħażżiżlek kultant xi kelmtejn B’xi demgħa li ċċarċar ma’ dawn il‑ħaddejn Għax int sofrejt u ġarrabt tant tbatija B’hekk moħħi ntilef fuq din il‑poeżija.
Paul Caruana


Nawguraw Minn Qalbna lill‑Missirijiet Kollha l‑Isbaħ Xewqat f’Jum il‑Missier.
Jalla l‑Barka tal‑Mulej Tinżel Fuqkom u Timliekom bis‑Saħħa u l‑Imħabba Llum u Għal Dejjem.


Jien. Int. Aħna. Flimkien.
(VO/1178)

'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu f’irħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi. Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna. Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek.
https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/dinja‑mutur/

Kull nhar ta’ Sibt fit‑3 ta’ waranofsinhar fuq Net TV.
Waqt intervista individwali ta' 50 minuta, 'Ara Min Mar!' jintroduċi lit‑telespettaturi ma' persuni li għamlu esperjenza fil‑missjoni. L‑għan tal‑programm huwa li juri u jispjega l‑esperjenza missjunarja kollha; mill‑bidu nett tal‑preparazzjoni għall‑vjaġġ sal‑esperjenza attwali f'pajjiż tal‑missjoni sal‑effett ta' wara l‑esperjenza ladarba l‑individwu jkun lura d‑dar. L‑intervista, li turi l‑effett li tħalla fil‑persuna minn din l‑esperjenza, tgħin lil dak li jkun jirrealizza li kulħadd jista’ jesperjenza l‑missjoni, irrilevanti l‑età, il‑professjoni u l‑isfond tal‑ħajja li ġej minnha. Turi wkoll li persuna tista’ tagħmel esperjenza missjunarja sew għal żmien qasir kif ukoll għal perijodu itwal ta' żmien. Produzzjoni Missio Malta.

Lifestyle Ltd.
64,Triq Joseph Sciberras, Ħamrun, ĦMR1553 +356 2133 7343 info@haircaremalta.com www.haircaremalta.com

PAVIA
Hardware Stores
COSPICUA
4, BLK 12, TRIQ IR‑REGATTA, BORMLA
PLUMBERS, ELECTRICAL GOODS DEALERS SPECIAL DISCOUNTS ON WATER HEATERS (GEYSERS) Dealers in CLARKE and SEDEF Power Tools Tel: 2182 1174 ‑ Mob: 7782 1174 E‑mail: adrianpavia@onvol.net

Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta.
WHERE QUALITY COMES FIRST Auto and Marine Electrical Parts and Accessories. Specialising in exchange of starter and alternator units.

Triq il‑Mitħna ta’ Caraffa, Luqa LQA 1521. Tel: 21 665 642/ 21 677 570/ 21 821 769 Email: sales@eretric.com Website: www.eretric.com