
2 minute read
Insellmu l‑Memorja ta’ Prof. Rizzo Naudi
Nhar it‑23 ta’ April tħabbret il‑mewt tal‑Professur John Rizzo Naudi fl‑età ta’ 96 sena, imwieled nhar il‑25 ta’ Diċembru 1925, deskritt minn diversi bħala tabib tal‑affari tiegħu u maħbub minn kulħadd. Huwa kellu diversi karigi importanti tul ħajtu, fosthom kien lekċerer fir‑Royal University of Malta, kien elett diversi drabi fil‑Parlament Malti, kien l‑ewwel Segretarju Parlamentari tal‑Partit Nazzjonalista għall‑Anzjani, u għamel xogħol volontarju fl‑Afrika filwaqt li ħadem ħafna favur il‑volontarjat u għamel ħafna ġid.
Il‑Professur Rizzo Naudi kien strumentali sabiex l‑Għaqda Voluntiera Lajċi Missjunarja (VLM), fi ħdan Missio, tkun iffurmata. Fl‑1983 bdew il‑kuntatti mad‑Djoċesi ta’ Garissa fdata f’idejn il‑Kapuċċini Maltin fil‑Kenja u fl‑1985 sar kuntatt mal‑Isqof Makram Max El Obeid fis‑Sudan. Matul l‑1984 bdew il‑preparazzjonijiet meħtieġa sabiex titwaqqaf l‑għaqda, u ta’ spiss kienet issir ħidma intensiva mill‑membri fundaturi fl‑Uffiċċju Missjunarju li dak iż‑żmien kellu bħala direttur nazzjonali lil Mons. Mattew Chircop. Dan ta l‑appoġġ kollu possibbli sabiex l‑għaqda titwaqqaf.
L‑Għaqda VLM twaqqfet uffiċjalment nhar l‑20 ta’ Frar 1985. Il‑Professur John Rizzo Naudi nħatar bħala l‑ewwel President tal‑għaqda. Il‑membri l‑oħra tal‑kumitat kienu s‑Sur Joseph Cassar bħala segretarju, is‑Sur Eddie Zammit bħala teżorier, u t‑Tabiba Marija Meilak, Sor Frances Jaccarini u s‑Sur Luke Gauci bħala membri fundaturi. L‑Għaqda VLM bagħtet diversi missjunarji lajċi f’pajjiżi tat‑Tielet Dinja.
Prof. Rizzo Naudi kien miżżewweġ u kellu tlett itfal. Il‑funeral tiegħu sar nhar it‑Tnejn 25 ta’ April fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Imsida.

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal: Tel: Kodiċi Postali:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.
AVVIŻ IMPORTANTI
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ id‑Direttiva Nru 19 u fost l‑oħrajn avża li, mill‑1 ta' Jannar 2022, il‑banek lokali kollha mhux ser isarrfu aktar ċekkijiet li jammontaw għal €20 jew anqas. Għalhekk niġbdulkom l‑attenzjoni u nitolbukom sabiex l‑abbonament tar‑rivista Malta Missjunarja, isir billi tagħżel waħda minn dawn l‑għażliet:
1. 'Cash' ‑ billi tmur personalment f'wieħed mill‑uffiċini tagħna fil‑Belt jew il‑Mosta,
2. Permezz ta' 'bank transfer' (ara dettalji f'paġna 19),
3. Tabbona għal sentejn b’ċekk ta’ €21 pagabbli lil Missio Malta
(ara dettalji f'paġna 35 u formola fil‑paġna ta' wara).
Missio jirriserva d‑dritt li, f'ċirkostanzi li m'għandux kontroll fuqhom, jieħu deċiżjonijiet għall‑benefiċċju tal‑qarrejja u tal‑missjonijiet li nsostnu. Għal aktar tagħrif ikkuntattjana fuq 2123 6962. Grazzi mill‑qalb ‑ Missio Malta