3 minute read

Il‑Qaddis Tax‑Xahar

Charles De Foucauld

Charles De Foucauld twieled fil‑15 ta’ Settembru 1858 fi Strasburgu, minn Elisabeth u Édouard. Ta’ 6 snin hu u oħtu Marie, kienu diġà sfaw iltiema u trabbew min‑nannuhom. Ta’ 10 snin, Charles mar jgħaddi l‑vaganzi maz‑zija Ines u hemm iltaqa’ għall‑ewwel darba mal‑kuġina tiegħu Marie ta’ 18‑il sena. Kienet l‑aktar persuna li minnha ra ħafna eżempji tajbin. Magħha kien imur għall‑quddiesa kull filgħodu.

Bejn l‑1874 u l‑1876 Charles attendi skola mmexxija mill‑Ġiżwiti. Kien hemm dixxiplina stretta li ġegħlitu jirribella kontra l‑osservanza reliġjuża. Għalkemm tajjeb fl‑iskola, Charles xorta kien imdejjaq, sakemm il‑patrijiet bagħtuh lejn id‑dar. Sfortunatament ftit kien hemm min qed jifhmu. Ta’ 18‑il sena daħal fi skola militari. Ftit wara, miet nannuh u Charles wiret somma kbira flus. Il‑Logutenet Foucauld beda jgħix ħajja kollha xalar, tberbiq u pjaċiri. Il‑kurunell arrestah kemm‑il darba u fl‑aħħar kellu jissospendih mill‑militar. Charles stqarr maz‑zijiet tiegħu li xtaq iħalli l‑armata biex imur il‑Marokk. L‑Afrika kienet taffaxxinah. Irriżenja mill‑armata u qatta’ 11‑il xahar jivvjaġġa. Mar l‑Alġerija u t‑Tuneżija sakemm ta’ 28 sena reġa’ lura lejn Franza ddiżappuntat bħal qabel; qisu xejn ma seta’ jissodisfah. Charles kien għadu jfittex lil Alla. Darba filgħaxija fi knisja talab: “O Alla tiegħi, jekk inti teżisti, agħmel li jien nagħrfek.” Kien hawn li Charles għażel lil Dun Henry Huvelin bħala d‑direttur spiritwali tiegħu. F’Ottubru 1886 iddeċieda li

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt

jmur il‑knisja biex iqerr għax kien ilu 13‑il sena mbiegħed mill‑fidi.

Wara esperjenza mat‑Trappisti, erħielha għall‑Palestina fejn f’Nażaret ħadem bħala sagristan f’kunvent tas‑Sorijiet Franġiskani fuq il‑Muntanja Tabor. Fl‑1900, ġietu l‑vokazzjoni li jirċievi l‑Ordni Sagri u ordna saċerdot fid‑9 ta’ Ġunju 1901. Huwa għażel li jmur l‑Alġerija u 3 xhur wara, bl‑għajnuna tas‑suldati Franċiżi kien diġà bena dar ta’ eremitaġġ u kappella mit‑tajn. Il‑fqar kienu jiġu ħdejh, mal‑200 kuljum. Dawn kienu jibdew ġejjin minn filgħodu sa ma jidlam. F’kull min hu fil‑bżonn, Patri Charles kien jara lil Ġesù Kristu. Fl‑1905 iċċaqlaq għal Tamanrasset, fl‑Alġerija stess, post fqir u iżolat. Nhar l‑1 ta’ Diċembru 1916, ħabbat il‑bieb tal‑fortizza u Charles ħasbu l‑pustier. Imma arralu. Kienu s‑Senoussi li kaxkruh ’il barra u rabtulu jdejh ma’ saqajh. Charles de Foucauld miet b’tir f’rasu. Mal‑art tal‑fortizza kien hemm il‑ktieb tan‑noti ta’ Charles. Fuqu nstabu l‑kelmiet: “O Alla tiegħi, aħfer lill‑għedewwa tiegħi u agħmel li huma jsalvaw.” Huwa kien iddikjarat beatu fit‑13 ta’ Novembru 2005 minn Papa Benedittu XVI, filwaqt li nhar il‑15 ta’ Mejju 2022 Papa Franġisku ddikjarah qaddis. 

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

This article is from: