Malta Missjunarja Ġunju 2022

Page 22

Ġunju 2022

Insellmu l‑Memorja ta’ Prof. Rizzo Naudi

N

Il‑Professur Rizzo Naudi kien strumentali sabiex l‑Għaqda Voluntiera Lajċi Missjunarja (VLM), fi ħdan

Ritratt: Newsbook

har it‑23 ta’ April tħabbret il‑mewt tal‑Professur John Rizzo Naudi fl‑età ta’ 96 sena, imwieled nhar il‑25 ta’ Diċembru 1925, deskritt minn diversi bħala tabib tal‑affari tiegħu u maħbub minn kulħadd. Huwa kellu diversi karigi importanti tul ħajtu, fosthom kien lekċerer fir‑Royal University of Malta, kien elett diversi drabi fil‑Parlament Malti, kien l‑ewwel Segretarju Parlamentari tal‑Partit Nazzjonalista għall‑Anzjani, u għamel xogħol volontarju fl‑Afrika filwaqt li ħadem ħafna favur il‑volontarjat u għamel ħafna ġid.

Missio, tkun iffurmata. Fl‑1983 bdew il‑kuntatti mad‑Djoċesi ta’ Garissa fdata f ’idejn il‑Kapuċċini Maltin fil‑Kenja u fl‑1985 sar kuntatt mal‑Isqof Makram Max El Obeid fis‑Sudan. Matul l‑1984 bdew il‑preparazzjonijiet meħtieġa sabiex titwaqqaf l‑għaqda, u ta’ spiss kienet issir ħidma intensiva mill‑membri fundaturi fl‑Uffiċċju Missjunarju li dak

Il‑Professur John Rizzo Naudi jeżamina tarbija fil‑Kenja. 22

iż‑żmien kellu bħala direttur nazzjonali lil Mons. Mattew Chircop. Dan ta l‑appoġġ kollu possibbli sabiex l‑għaqda titwaqqaf. L‑Għaqda VLM twaqqfet uffiċjalment nhar l‑20 ta’ Frar 1985. Il‑Professur John Rizzo Naudi nħatar bħala l‑ewwel President tal‑għaqda. Il‑membri l‑oħra tal‑kumitat kienu s‑Sur Joseph Cassar bħala segretarju, is‑Sur Eddie Zammit bħala teżorier, u t‑Tabiba Marija Meilak, Sor Frances Jaccarini u s‑Sur Luke Gauci bħala membri fundaturi. L‑Għaqda VLM bagħtet diversi missjunarji lajċi f ’pajjiżi tat‑Tielet Dinja. Prof. Rizzo Naudi kien miżżewweġ u kellu tlett itfal. Il‑funeral tiegħu sar nhar it‑Tnejn 25 ta’ April fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Imsida. 


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.