Malta Missjunarja Dicembru 2021

Page 8

Diċembru 2021

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Wiċċ imb Wiċċ ma’ Dawk Inviżibbli fis‑Soċjetà “Imma jiena, x’nista’ nagħmel għalih?”

D

in l‑esperjenza li qed inġibulkom hija parti mill‑proġett imsejjah ‘Qatra Wara Qatra’, li l‑għan tiegħu huwa li jgħin lir‑refuġjati Karen fuq il‑fruntiera bejn it‑Tajlandja u Myanmar; nies waħedhom u abbandunati f ’Ho Chi Minh, u tfal bi problemi ta’ malnutrizzjoni f ’Myanmar li jgħaddu biss b’żewġ bajdiet fil‑ġimgħa. B’kollox madwar 900 persuna huma megħjuna kull sena u f ’dawn l‑aħħar għaxar snin ta’ ħidma ntlaħqu madwar 10,000 persuna. Dan jinvolvi adulti, familji u gruppi mill‑Italja, l‑Iżvizzera u l‑Awstrija li ħolqu pont ta’ solidarjetà bejn il‑kontinenti. Innota kif Ġesù mill‑qalb tal‑missjunarju jgħaddi għall‑qalb tal‑ieħor. “Ma ppretendejtx li kont naf xi ħaġa fostkom, ħlief 8

lil Ġesù Kristu u ’l dan imsallab.” (1 Kor. 2:2) Din is‑silta minn San Pawl hija waħda mill‑isbaħ li nsibu fl‑Ewwel Ittra lill‑Korintin. Pawlu tkellem u ħabbar lil Kristu bħalma ħadd qatt qabel iddeskrivih, meta ppreżentahulna bħala l‑mudell għall‑evanġelizzazzjoni: id‑debbolizza u l‑biża’, u messaġġ mibni fuq il‑manifestazzjoni tal‑Ispirtu s‑Santu li ‘jgħaddi’ permezz ta’ Kristu u dan imsallab.

Ġesù għażel dak li kien ikrah, mistmell, abbandunat u dnub, u biddlu f ’pożittiv. U kull darba li nħares lejn Ġesù msallab, li narah jiena u għaddej mit‑toroq ta’ fejn noqgħod, f ’Yangun, Bangkok, Ho Chi Minh, inħossni noqrob lejn il‑mod kif Alla jaħdem, u nersaq lejn Alla u niftaħ il‑bieb biex il‑laqgħa miegħu tkun tabilħaqq vera: sempliċi u mhux superfiċjali. Hekk hu, pereżempju meta niltaqa’ ma’ Lek, li m’għandux


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.